Ġwanni
4 Issa, meta l-Mulej intebaħ li l-Fariżej kienu semgħu li Ġesù kien qed jagħmel u jgħammed+ iktar dixxipli minn Ġwanni— 2 għalkemm, tabilħaqq, Ġesù nnifsu ma kienx jgħammed imma d-dixxipli tiegħu— 3 ħalla l-Lhudija u telaq mill-ġdid lejn il-Galilija. 4 Imma kien jeħtieġlu jgħaddi mis-Samarija.+ 5 Għaldaqstant ġie f’belt tas-Samarija, jisimha Sikar, qrib l-għalqa li Ġakobb kien ta lil ibnu Ġużeppi.+ 6 Fil-fatt, hemmhekk kien hemm l-għajn taʼ Ġakobb.+ Issa, billi kien għajjien mill-vjaġġ, Ġesù qagħad bil-qiegħda ħdejn l-għajn kif kien. Kienet madwar is-sitt siegħa.*
7 Imbagħad ġiet mara mis-Samarija ttellaʼ l-ilma. Qalilha Ġesù: “Agħtini nixrob.” 8 (Għax id-dixxipli tiegħu kienu marru l-belt jixtru l-ikel.) 9 Għalhekk, il-mara Samaritana qaltlu: “Dan kif, minkejja li int Lhudi, titlobni biex tixrob, meta jien mara Samaritana?” (Għax il-Lhud ma jagħmluhiex mas-Samaritani.)+ 10 Ġesù wieġeb u qalilha: “Kieku għaraft l-għotja b’xejn+ mingħand Alla u min+ qed jgħidlek, ‘Agħtini nixrob,’ kont titolbu int, u kien jagħtik ilma ħaj.”+ 11 Qaltlu: “Sinjur, lanqas biss għandek barmil biex ittellaʼ l-ilma, u l-bir fond. Għalhekk, minfejn se ġġibu dan l-ilma ħaj? 12 M’intix akbar+ minn missierna Ġakobb, li tana l-bir u li hu stess xorob minnu flimkien maʼ wliedu u l-bhejjem tiegħu, hux hekk?” 13 Ġesù wieġeb u qalilha: “Kulmin jixrob minn dan l-ilma jerġaʼ jaqbdu l-għatx. 14 Kulmin jixrob mill-ilma li nagħtih jien qatt iktar ma jaqbdu għatx,+ imma l-ilma li nagħtih jien isir fih għajn taʼ ilma ġieri+ biex jagħtih il-ħajja taʼ dejjem.”+ 15 Il-mara qaltlu: “Sinjur, agħtini dan l-ilma, sabiex la jaqbadni għatx u lanqas noqgħod ġejja u sejra f’dan il-post biex intellaʼ l-ilma.”
16 Qalilha: “Mur sejjaħ lil żewġek u ejja hawnhekk.” 17 Il-mara wieġbet u qaltlu: “M’iniex miżżewġa.” Qalilha Ġesù: “Sewwa għedt, ‘M’iniex miżżewġa.’ 18 Għax kont miżżewġa ħames darbiet u r-raġel li għandek issa m’huwiex żewġek. Dan int għedtu bil-verità kollha.” 19 Qaltlu l-mara: “Sinjur, qed nara li int profeta.+ 20 Missirijietna qiemu fuq din il-muntanja;+ imma intom tgħidu li f’Ġerusalemm hu l-post fejn in-nies għandhom iqimu.”+ 21 Qalilha Ġesù: “Emminni, mara, Ġejja s-siegħa meta la fuq din il-muntanja u lanqas f’Ġerusalemm+ ma tqimuh+ lill-Missier. 22 Intom tqimu dak li ma tafux;+ aħna nqimu dak li nafu, għax is-salvazzjoni toriġina mil-Lhud.+ 23 Madankollu, ġejja s-siegħa, u hi issa, meta l-aduraturi veri jqimu lill-Missier bl-ispirtu+ u l-verità,+ għax, tabilħaqq, il-Missier qed ifittex nies bħal dawn biex iqimuh.+ 24 Alla hu Spirtu,+ u dawk li jqimuh iridu jqimu bl-ispirtu u l-verità.”+ 25 Qaltlu l-mara: “Naf li ġej il-Messija,+ li jgħidulu Kristu.+ Meta jasal, ixandrilna kollox bil-miftuħ.” 26 Qalilha Ġesù: “Jien hu, li qed nitkellem miegħek.”+
27 F’dan il-waqt waslu d-dixxipli tiegħu u bdew jistagħġbu għax kien qed jitkellem maʼ mara. Naturalment, ħadd ma qal: “Xi trid?” jew, “Għala qed tkellimha?” 28 Għalhekk, il-mara ħalliet warajha l-ġarra taʼ l-ilma u daħlet il-belt u qalet lin-nies: 29 “Ejjew araw raġel li qalli kulma għamilt. M’huwiex dan forsi l-Kristu,+ hux?” 30 Huma ħarġu mill-belt u bdew ġejjin lejh.
31 Sadanittant, id-dixxipli tiegħu kienu qed iħeġġuh u jgħidulu: “Rabbi,+ kul.” 32 Imma hu qalilhom: “Għandi ikel x’niekol li ma tafux bih.” 33 Għalhekk, id-dixxipli bdew jgħidu lil xulxin: “Ħadd ma ġablu x’jiekol, hux?” 34 Qalilhom Ġesù: “L-ikel+ tiegħi hu li nagħmel ir-rieda+ taʼ dak li bagħatni u li ntemm xogħlu.+ 35 Ma tgħidux li għad baqaʼ erbaʼ xhur għall-ħsad? Ara! Ngħidilkom: Erfgħu għajnejkom u ħarsu lejn l-għelieqi, kif inhuma bojod għall-ħsad.+ Diġà 36 l-ħassâd qed jitħallas u jiġbor il-frott għall-ħajja taʼ dejjem,+ u b’hekk min jiżraʼ+ u min jaħsad jifirħu flimkien.+ 37 Tabilħaqq, f’dan ir-rigward veru l-kliem, Wieħed jiżraʼ u l-ieħor jaħsad. 38 Jien bgħattkom taħsdu dak li ma tħabattux għalih. Oħrajn tħabtu,+ u intom ibbenefikajtu mit-taħbit tagħhom.”
39 Issa ħafna mis-Samaritani minn dik il-belt poġġew il-fidi+ fih minħabba l-kelma li xehdet il-mara: “Hu qalli kulma għamilt.”+ 40 Għalhekk, meta s-Samaritani ġew ħdejh, bdew jitolbuh joqgħod magħhom; u qagħad hemmhekk jumejn.+ 41 Għaldaqstant, ħafna iktar nies emmnu minħabba kliemu,+ 42 u bdew jgħidu lill-mara: “Qed nemmnu, mhux iktar minħabba dak li għedtilna int, imma għax smajnieh aħna stess+ u nafu li dan ir-raġel żgur hu s-salvatur+ tad-dinja.”
43 Wara l-jumejn, telaq minn hemmhekk lejn il-Galilija.+ 44 Madankollu, Ġesù nnifsu xehed li profeta m’huwiex onorat f’pajjiżu stess.+ 45 U meta wasal il-Galilija, il-Galilin laqgħuh għax kienu raw kulma għamel f’Ġerusalemm fil-festa,+ peress li huma wkoll kienu marru għall-festa.+
46 Għalhekk, reġaʼ ġie f’Kana+ tal-Galilija, fejn kien biddel l-ilma fi nbid.+ Issa kien hemm wieħed qaddej tas-sultan li kellu ibnu marid f’Kafarnahum.+ 47 Meta dan ir-raġel semaʼ li Ġesù kien telaq mil-Lhudija u ġie l-Galilija, mar għandu u beda jitolbu biex jinżel u jfejjaq lil ibnu, għax dan kien wasal biex imut. 48 Madankollu, Ġesù qallu: “Jekk ma tarawx sinjali+ u għeġubijiet,+ żgur ma temmnux.” 49 Qallu l-qaddej tas-sultan: “Mulej, inżel qabel ma jmutli t-tifel.” 50 Qallu Ġesù: “Mur;+ ibnek jgħix.”+ Ir-raġel emmen dak li qallu Ġesù u telaq. 51 Issa, hu u nieżel, l-ilsiera tiegħu ltaqgħu miegħu biex jgħidulu li t-tifel tiegħu kien ħaj.+ 52 Għalhekk, beda jistaqsihom is-siegħa li fiha għadda għall-aħjar. U qalulu: “Il-bieraħ fis-sebaʼ siegħa* ħallieh id-deni.”+ 53 Għalhekk, il-missier kien jaf li din kienet l-istess siegħa+ li fiha Ġesù qallu: “Ibnek jgħix.” U emmen hu u daru kollha.+ 54 Jerġaʼ dan kien it-tieni sinjal+ li għamel Ġesù meta telaq mil-Lhudija u ġie l-Galilija.