1 Timotju
3 Din l-istqarrija hi minnha.+
Jekk raġel qed jirsisti għal kariga taʼ indokratur,+ ikun jixtieq xogħol tajjeb. 2 Għalhekk, l-indokratur għandu jkun bniedem li ma ssibx xi tgħid fih,+ raġel taʼ mara waħda, moderat+ fi drawwietu, għandu moħħu f’loku,+ jimxi bl-ordni,+ juri l-ospitalità,+ ikun kwalifikat biex jgħallem,+ 3 ma jiskirx u jaqlaʼ l-inkwiet,*+ ma jsawwatx,+ imma jkun raġunevoli,+ mhux ġellied,+ mhux wieħed li jħobb il-flus,+ 4 raġel li jippresiedi fuq dawk taʼ daru bl-aħjar mod+ u li għandu wliedu sottomessi bis-serjetà kollha;+ 5 (għax jekk raġel ma jafx jippresiedi fuq dawk taʼ daru stess, kif se jieħu ħsieb il-kongregazzjoni t’Alla?) 6 mhux raġel li għadu kif ikkonverta,+ li ma jmurx jitkabbar+ u jaqaʼ fl-istess ġudizzju li ngħata lix-Xitan.+ 7 Iktar minn hekk, għandu jkollu wkoll xiehda tajba min-nies taʼ barra,+ sabiex ma jaqax fl-għajb u fin-nassa+ tax-Xitan.
8 Bl-istess mod, il-qaddejja ministerjali+ għandhom ikunu serji, ma jilagħbux bid-diskors, mhux mogħtijin għal ħafna nbid, mhux rgħiba għal qligħ diżonest,+ 9 waqt li b’kuxjenza nadifa+ jżommu s-sigriet sagru+ tal-fidi.
10 U dawn, l-ewwel, ħa jgħaddu minn prova+ jekk jistħoqqilhomx, imbagħad jaqdu bħala ministri, għax ma jkollhomx fuqiex jiġu akkużati.+
11 Bl-istess mod, in-nisa għandhom ikunu serji, ma jimmalafamawx,+ moderati+ fi drawwiethom, juru fedeltà f’kollox.+
12 Il-qaddejja ministerjali għandhom ikunu rġiel taʼ mara waħda,+ u jippresiedu bl-aħjar mod fuq uliedhom u fuq dawk taʼ darhom.+ 13 Għax l-irġiel li jaqdu bl-aħjar mod qed jiksbu għalihom infushom reputazzjoni tajba+ u libertà kbira tal-kelma+ fil-fidi fi Kristu Ġesù.
14 Qed niktiblek dan, għalkemm nittama li niġi għandek dalwaqt,+ 15 imma fil-każ li nittardja, tkun taf kif għandek iġġib ruħek fid-dar t’Alla,+ il-kongregazzjoni taʼ l-Alla l-ħaj, li hi pilastru u appoġġ+ tal-verità. 16 Tabilħaqq, is-sigriet sagru+ taʼ din id-devozzjoni lejn Alla ċertament li hu kbir: ‘Intwera fil-ġisem tal-laħam,+ ġie dikjarat ġust fl-ispirtu,+ deher lill-anġli,+ ġie pridkat fost il-ġnus,+ ġie emmnut fid-dinja,+ intlaqaʼ fis-sema bil-glorja.’+