Galatin
5 Kristu ħelisna+ biex ikollna din il-libertà. Għalhekk, żommu sħiħ,+ u terġgħux tintrabtu taħt madmad taʼ jasar.+
2 Ara! Jien, Pawlu, qed ngħidilkom li jekk issiru ċirkonċiżi,+ Kristu ma jkun taʼ ebda benefiċċju għalikom. 3 Iktar minn hekk, nerġaʼ nixhed lil kull bniedem li jiġi ċirkonċiż li dan għandu l-obbligu li jwettaq il-Liġi kollha.+ 4 Intom li tipprovaw tkunu dikjarati ġusti permezz tal-liġi+ nfridtu minn Kristu, tbegħedtu mill-qalb tajba mhix mistħoqqa tiegħu.+ 5 Min-naħa tagħna, bl-ispirtu, aħna qed nistennew ħerqanin il-ġustizzja li nittamaw għaliha u li tiġi mill-fidi.+ 6 Għax rigward Kristu Ġesù la tiswa ċ-ċirkonċiżjoni u lanqas in-nuqqas taʼ ċirkonċiżjoni,+ imma l-fidi+ li taħdem permezz taʼ l-imħabba.+
7 Kontu qed tiġru sew.+ Min fixkilkom biex ma tibqgħux tobdu l-verità?+ 8 Din ix-xorta taʼ persważjoni mhix ġejja minn Dak li jsejħilkom.+ 9 Ftit ħmira tħemmer l-għaġna kollha.+ 10 Jien għandi fiduċja+ fikom, intom li qegħdin f’unjoni+ mal-Mulej, li m’intomx se tibdew taħsbu mod ieħor; imma hu min hu li qed jaqlgħalkom l-inkwiet+ se jieħu l-ġudizzju tiegħu.+ 11 Ngħid għalija, ħuti, jekk għadni nippriedka ċ-ċirkonċiżjoni, għala għadni niġi persegwitat? Mela, allura, it-tfixkil+ taz-zokk tat-tortura+ tneħħa.+ 12 Nixtieq li dawk li qed jipprovaw idawrukom+ saħansitra jagħmlu lilhom infushom ewnuċi.+
13 Naturalment, ħuti, intom kontu msejħin għal-libertà;+ biss tużawx din il-libertà bħala okkażjoni għal-laħam,+ imma tjassru għal xulxin permezz taʼ l-imħabba.+ 14 Għax il-Liġi kollha titwettaq+ fi kmand wieħed, jiġifieri: “Ħobb lill-proxxmu tiegħek bħalek innifsek.”+ 15 Iżda, jekk tibqgħu tigdmu u tibilgħu lil xulxin,+ oqogħdu attenti li ma tinqerdux għalkollox minn xulxin.+
16 Imma ngħidilkom, Ibqgħu mexjin bl-ispirtu+ u ma twettqu assolutament l-ebda xewqa tal-laħam.+ 17 Għax, fix-xewqa tiegħu, il-laħam hu kontra l-ispirtu,+ u l-ispirtu kontra l-laħam; għax dawn huma opposti għal xulxin, sabiex dak li tixtiequ tagħmlu ma tagħmluhx.+ 18 Iktar minn hekk, jekk tkunu mmexxijin mill-ispirtu,+ m’intomx taħt il-liġi.+
19 Issa l-għemejjel tal-laħam jidhru ċar,+ u huma ż-żína,+ in-nuqqas taʼ ndafa, il-kondotta laxka,+ 20 l-idolatrija, l-ipprattikar taʼ l-ispiritiżmu,+ il-mibegħda, il-ġlied, l-għira, l-għadab, it-tilwim, il-firda, is-setet, 21 l-invidja, is-sokor,+ ix-xalar, u affarijiet bħal dawn. Rigward dan kollu qed inwissikom minn qabel, bħalma diġà wissejtkom, li min jipprattika+ dawn l-affarijiet ma jiritx is-saltna t’Alla.+
22 Mill-banda l-oħra, il-frott+ taʼ l-ispirtu hu l-imħabba, il-ferħ, il-paċi, is-sabar fit-tul, il-qalb tajba, it-tjubija,+ il-fidi, 23 il-ħlewwa, ir-rażna.+ Kontra dawn m’hemmx liġi.+ 24 Iktar minn hekk, dawk li huma taʼ Kristu Ġesù sammru maʼ zokk il-laħam flimkien mal-passjonijiet u x-xewqat tiegħu.+
25 Jekk qed ngħixu bl-ispirtu, ħa nkomplu mexjin bl-ordni kif ukoll bl-ispirtu.+ 26 Ħa ma nintefħux bina nfusna, għax b’hekk inqanqlu l-kompetizzjoni+ bejnietna, u ngħiru għal xulxin.+