2 Korintin
6 Waqt li naħdmu flimkien miegħu,+ nitolbukom bil-ħrara wkoll biex ma taċċettawx il-qalb tajba mhix mistħoqqa t’Alla u titilfu l-iskop tagħha.+ 2 Għax hu jgħid: “Fi żmien aċċettabbli smajtek, u f’jum taʼ salvazzjoni għentek.”+ Ara! Issa speċjalment hu ż-żmien aċċettabbli.+ Ara! Issa hu jum is-salvazzjoni.+
3 Bl-ebda mod m’aħna noħolqu xi raġuni għal tfixkil,+ biex ħadd ma jsib xi jgħid fil-ministeru tagħna;+ 4 imma b’kull mod nirrikkmandaw+ lilna nfusna bħala ministri t’Alla billi nissaportu ħafna affarijiet, fit-tribulazzjonijiet, fil-bżonn, fid-diffikultajiet,+ 5 fis-swat, fil-ħabsijiet,+ fit-taqlib, fit-taħbit, fl-iljieli bla rqad, fi żminijiet mingħajr ikel,+ 6 bis-safa, bl-għarfien, bis-sabar fit-tul,+ bil-qalb tajba,+ bl-ispirtu qaddis, bl-imħabba ħielsa mill-ipokrisija,+ 7 bi kliem mimli verità, bil-qawwa t’Alla;+ bl-armi+ tal-ġustizzja fuq il-lemin u fuq ix-xellug,* 8 bil-glorja u bid-diżunur, b’fama ħażina u b’fama tajba; bħala qarriqin+ iżda ngħidu l-verità, 9 bħala mhux magħrufin iżda qed niġu rikonoxxuti,+ bħala li qed immutu iżda, ara, qed ngħixu,+ bħala dixxiplinati+ iżda mhux mogħtijin għall-mewt,+ 10 bħala mnikktin imma dejjem nithennew, bħala fqar imma nagħmlu lil ħafna sinjuri, bħala li m’għandna xejn iżda għandna kollox.+
11 Ftaħna fommna għalikom, Korintin, wessajna qalbna.+ 12 M’hemmx nuqqas taʼ wisaʼ għalikom fina,+ imma hemm nuqqas taʼ wisaʼ fl-affezzjoni tenera tagħkom.+ 13 Għalhekk, biex tpattulna—inkellimkom bħallikieku tfal+—wessgħu qalbkom intom ukoll.
14 Tintrabtux taħt madmad li mhux indaqs maʼ dawk li ma jemmnux.+ Għax xi sħubija hemm bejn il-ġustizzja u l-ksur tal-liġi?+ Jew x’għandu x’jaqsam id-dawl mad-dlam?+ 15 Iktar minn hekk, xi qbil hemm bejn Kristu u Beljal?*+ Jew x’sehem+ għandu min hu leali maʼ min ma jemminx? 16 U xi ftehim għandu t-tempju t’Alla maʼ l-idoli?+ Għax aħna tempju+ t’Alla ħaj; bħalma qal Alla: “Ngħammar fosthom+ u nimxi fosthom, u nkun Alla tagħhom, u huma jkunu l-poplu tiegħi.”+ 17 “‘Għalhekk, oħorġu minn ġo nofshom, u nfirdu minn magħhom,’ jgħid Ġeħova, ‘u tibqgħux tmissu dak li mhux nadif’”;+ “‘u jien nilqagħkom.’”+ 18 “‘U nkun missier għalikom,+ u intom tkunu għalija wlied subien u bniet,’+ jgħid Ġeħova li Jistaʼ Kollox.”+