Atti
2 Issa, f’jum il-festa taʼ Pentekoste,+ kienu lkoll flimkien fl-istess post, 2 u f’daqqa waħda ġie mis-sema ħoss bħal kurrent taʼ riħ qawwi, u mela d-dar kollha fejn kienu qegħdin.+ 3 U dehrulhom ilsna qishom tan-nar+ li tqassmu u qagħdu fuq kull wieħed minnhom, 4 u lkoll imtlew bl-ispirtu qaddis+ u bdew jitkellmu b’ilsna differenti,+ bħalma l-ispirtu kien qed jagħtihom li jitkellmu.
5 Issa inzerta li f’Ġerusalemm kien hemm joqogħdu xi Lhud,+ irġiel li kellhom il-biżaʼ t’Alla,+ minn kull ġens taħt is-sema. 6 Għalhekk, meta ġie dan il-ħoss, inġabret kotra nies, u kulħadd tħawwad għax kull wieħed beda jismagħhom jitkellmu bil-lingwa tiegħu stess. 7 Tabilħaqq, baqgħu mbellhin u bdew jistagħġbu u jgħidu: “Ara! Dawn li qed jitkellmu mhux kollha Galilin?+ 8 Mela kif inhu li kull wieħed minna qed jismaʼ l-lingwa t’art twelidu? 9 Partin u Medin+ u Għelamin,+ u l-abitanti tal-Mesopotamja, u l-Lhudija+ u l-Kappadoċja,+ il-Pontu+ u d-distrett taʼ l-Asja,+ 10 u l-Friġja+ u l-Pamfilja,+ l-Eġittu u l-partijiet mil-Libja, li qegħdin lejn Ċirene, u viżitaturi minn Ruma, kemm Lhud u kemm proseliti,*+ 11 Kretin+ u Għarab,+ nisimgħuhom jitkellmu bl-ilsna tagħna dwar l-affarijiet grandjużi t’Alla.” 12 Iva, kollha mbellhin u mħawdin bdew jgħidu wieħed lill-ieħor: “Dan xi jfisser?” 13 Iżda oħrajn bdew jiżżuffjettaw bihom u jgħidu: “Mimlijin inbid ħelu.”+
14 Imma Pietru, flimkien mal-ħdax,+ qam bil-wieqfa u għolla leħnu u qalilhom: “Irġiel tal-Lhudija u intom l-abitanti kollha taʼ Ġerusalemm,+ ħa jkun dan mgħarraf lilkom u agħtu widen għal dak li se ngħid. 15 Fil-fatt, dawn in-nies m’humiex fis-sakra,+ kif qed taħsbu intom, għax għadha t-tielet siegħa* tal-jum. 16 Għall-kuntrarju, dan hu li ntqal permezz tal-profeta Ġoel, 17 ‘“U fl-aħħar jiem,” jgħid Alla, “inferraʼ ftit mill-ispirtu tiegħi+ fuq kull xorta taʼ bnedmin, u wliedkom subien u bniet jipprofetizzaw u ż-żgħażagħ tagħkom jaraw viżjonijiet u x-xjuħ tagħkom joħolmu ħolm;+ 18 u saħansitra fuq l-ilsiera tiegħi, irġiel u nisa, inferraʼ ftit mill-ispirtu tiegħi f’dawk il-jiem, u huma jipprofetizzaw.+ 19 U nagħmel għeġubijiet fuq fis-sema u sinjali isfel fuq l-art, demm u nar u ċpar tad-duħħan;+ 20 ix-xemx+ tinbidel fi dlam u l-qamar f’demm qabel ma jasal il-jum il-kbir+ u glorjuż taʼ Ġeħova. 21 U kulmin isejjaħ isem Ġeħova jkun salvat.”’+
22 “Irġiel taʼ Israel, isimgħu dan il-kliem: Ġesù n-Nazzarenu,+ raġel li Alla wriekom pubblikament permezz t’għemejjel setgħanin+ u għeġubijiet u sinjali li Alla għamel fostkom+ permezz tiegħu, bħalma tafu intom stess, 23 lil dan ir-raġel, li ngħata f’idejkom skond l-għarfien minn qabel u l-iskop determinat minn Alla,+ intom sammartuh maʼ zokk permezz taʼ nies bla liġi u ħlistu minnu.+ 24 Imma Alla rxoxtah+ billi ħall l-irbit tal-mewt,+ għax ma kienx possibbli li jibqaʼ miżmum sod minnha.+ 25 Għax David jgħid dwaru, ‘Kelli lil Ġeħova l-ħin kollu quddiem għajnejja; għax hu qiegħed fuq leminti biex qatt ma nitħarrek.+ 26 Minħabba dan, qalbi ferħet u lsieni thenna bil-kbir. Barra minn hekk, anki ġismi* jgħammar fit-tama;+ 27 għax int ma tħallix lil ruħi fil-Qabar,* lanqas ma tħalli lil-leali tiegħek jara t-taħsir.+ 28 Int għarraftli t-triqat tal-ħajja, b’wiċċek timlieni bil-ferħ.’+
29 “Irġiel, aħwa, nistaʼ nkellimkom bil-libertà tal-kelma dwar il-patrijarka David, li miet+ u ndifen u li qabru għadu fostna sa dan il-jum. 30 Peress li kien profeta u kien jaf li Alla ħaliflu b’ġurament li kellu jpoġġi wieħed li kien imnissel minnu* fuq it-tron tiegħu,+ 31 hu ra minn qabel u tkellem dwar l-irxoxt tal-Kristu,* li la kien abbandunat fil-Qabar u lanqas ġismu ma ra t-taħsir.+ 32 Lil dan Ġesù Alla rxoxtah, u taʼ dan il-fatt aħna lkoll xhieda.+ 33 Għalhekk, peress li tgħolla għal fuq il-lemin t’Alla+ u rċieva l-ispirtu qaddis imwiegħed mingħand il-Missier,+ ferraʼ dan li qed taraw u tisimgħu. 34 Fil-fatt, David ma telax fis-smewwiet,+ imma hu stess jgħid, ‘Ġeħova qal lill-Mulej tiegħi: “Oqgħod bil-qiegħda fuq il-lemin tiegħi,+ 35 sakemm inqiegħed l-għedewwa tiegħek bħala banketta għal saqajk.”’+ 36 Għalhekk, ħa tkun taf fiċ-ċert id-dar kollha taʼ Israel li lil dan Ġesù, li intom sammartuh maʼ zokk,+ Alla għamlu kemm Mulej+ u kemm Kristu.”
37 Issa, dan il-kliem li semgħu nifdilhom qalbhom+ u qalu lil Pietru u lill-bqija taʼ l-appostli: “Irġiel, aħwa, x’għandna nagħmlu?”+ 38 Qalilhom Pietru: “Indmu,+ u ħa jitgħammed+ kull wieħed minnkom f’isem+ Ġesù Kristu għall-maħfra+ tad-dnubiet, u tirċievu l-ispirtu qaddis bħala għotja b’xejn.+ 39 Għax il-wegħda+ hi għalikom u għal uliedkom u għal dawk kollha fil-bogħod,+ lil kulmin Ġeħova Alla tagħna jsejjaħ lejh.”+ 40 U b’ħafna kliem ieħor xehdilhom bis-sħiħ u baqaʼ jħeġġiġhom u jgħidilhom: “Salvaw minn din il-ġenerazzjoni mgħawġa.”+ 41 Għalhekk, dawk li laqgħu l-kelma tiegħu mill-qalb tgħammdu,+ u dakinhar żdiedu madwar tlett elef ruħ.+ 42 U baqgħu jingħataw għat-tagħlim taʼ l-appostli u għall-qsim taʼ kollox bejniethom,+ għall-qsim taʼ l-ikel+ u għat-talb.+
43 Tabilħaqq, beda jaqaʼ biżaʼ fuq kull ruħ, u bdew iseħħu ħafna għeġubijiet u sinjali permezz taʼ l-appostli.+ 44 Dawk kollha li saru jemmnu kienu jaqsmu kollox bejniethom,+ 45 u kienu jbigħu l-affarijiet+ u l-proprjetajiet tagħhom u jaqsmu l-flus li jdaħħlu bejn kulħadd, skond il-bżonn taʼ dak li jkun.+ 46 U jum wara l-ieħor kienu jqattgħu ħafna ħin fit-tempju b’fehma waħda,+ u kienu jieklu fi djar privati b’hena kbir+ u b’qalb sinċiera, 47 waqt li kienu jfaħħru lil Alla u kienu miġjubin min-nies kollha.+ Fl-istess ħin, Ġeħova kompla jżid+ magħhom kuljum lil dawk li kienu qed jiġu salvati.+