Rivelazzjoni
22 U wrieni xmara taʼ ilma tal-ħajja,+ ċar daqs il-kristall, ħierġa mit-tron t’Alla u tal-Ħaruf,+ 2 u nieżla min-nofs it-triq il-prinċipali tagħha. U fuq kull naħa tax-xmara kien hemm siġar+ tal-ħajja li jipproduċu l-frott tnax-il darba fis-sena, billi jagħtu l-frott tagħhom kull xahar.+ U l-weraq tas-siġar kien għall-fejqan tal-ġnus.+
3 U ma jkunx hemm iktar saħta,+ imma fil-belt ikun hemm it-tron t’Alla+ u tal-Ħaruf,+ u l-ilsiera tiegħu jagħtuh servizz sagru;+ 4 u jaraw wiċċu,+ u ismu jkun fuq ġbinhom.+ 5 Ukoll, ma jkunx hemm iżjed lejl,+ u la jkollhom bżonn id-dawl tal-musbieħ u lanqas id-dawl tax-xemx, għax Alla Ġeħova jitfaʼ d-dawl+ fuqhom, u jsaltnu għal dejjem taʼ dejjem.+
6 U qalli: “Dan il-kliem hu żgur u veru;+ iva, Ġeħova l-Alla taʼ l-espressjonijiet imnebbħin+ tal-profeti+ bagħat lill-anġlu tiegħu biex juri lill-ilsiera tiegħu dak li jrid iseħħ dalwaqt.+ 7 U, ara! Jien ġej malajr.+ Hieni kulmin josserva kliem il-profezija taʼ dan ir-romblu.”+
8 Kont jien, Ġwanni, li smajt u rajt dawn l-affarijiet. U wara li smajt u rajt, inxtħett inqim+ f’riġlejn l-anġlu li wrieni dawn l-affarijiet. 9 Imma qalli: “Oqgħod attent! Tagħmilx hekk! Jien sempliċement ilsir bħalek u bħal ħutek li huma profeti+ u bħal dawk li qed josservaw il-kliem taʼ dan ir-romblu. Qim lil Alla.”+
10 Qalli wkoll: “Tissiġillax il-kliem tal-profezija taʼ dan ir-romblu, għax qorob iż-żmien stabbilit.+ 11 Min mhux qed jagħmel is-sewwa, ħa jkompli ma jagħmilx is-sewwa;+ u min hu maħmuġ, ħa jkompli jitħammeġ;+ imma min hu sewwa,+ ħa jkompli jagħmel is-sewwa, u min hu qaddis, ħa jkompli jitqaddes.+
12 “‘Ara! Jien ġej malajr,+ u l-ħlas+ li nagħti jkun miegħi, biex nagħti lil kull wieħed skond għemilu.+ 13 Jien l-Alfa u l-Omega,*+ l-ewwel u l-aħħar,+ il-bidu u t-tmiem. 14 Henjin dawk li jaħslu lbieshom,+ biex ikollhom l-awtorità li jmorru lejn is-siġar tal-ħajja+ u li jidħlu fil-belt mill-bibien tagħha.+ 15 Barra hemm il-klieb+ u dawk li jipprattikaw l-ispiritiżmu+ u ż-żienja+ u l-qattilin u l-idolatri u kulmin iħobb jgħid il-gideb.’+
16 “‘Jien, Ġesù, bgħatt lill-anġlu tiegħi biex jixhdilkom dwar dawn l-affarijiet għall-kongregazzjonijiet. Jien l-għerq+ u n-nisel+ taʼ David, u l-kewkba tiddi taʼ fil-għodu.’”+
17 U l-ispirtu+ u l-għarusa+ jibqgħu jgħidu: “Ejja!” U kulmin jismaʼ ħa jgħid: “Ejja!”+ U kulmin hu bil-għatx ħa jiġi;+ u kulmin jixtieq ħa jieħu l-ilma tal-ħajja b’xejn.+
18 “Jien nixhed lil kulmin jismaʼ l-kliem tal-profezija taʼ dan ir-romblu: Jekk xi ħadd iżid+ maʼ dawn l-affarijiet, Alla jżidlu l-kastigi+ li huma miktubin f’dan ir-romblu; 19 u jekk xi ħadd ineħħi mill-kliem tar-romblu taʼ din il-profezija, Alla jneħħilu sehmu mis-siġar tal-ħajja+ u mill-belt il-qaddisa+ li dwarhom hemm miktub f’dan ir-romblu.
20 “Dak li jixhed dwar dawn l-affarijiet jgħid, ‘Iva; jien ġej malajr.’”+
“Amen! Ejja, Mulej Ġesù.”
21 Il-qalb tajba mhix mistħoqqa tal-Mulej Ġesù Kristu tkun mal-qaddisin.+