2 Timotju
2 Għalhekk, int, ibni,+ ibqaʼ ikseb il-qawwa+ permezz tal-qalb tajba mhix mistħoqqa+ li tiġi milli tkun f’unjoni maʼ Kristu Ġesù; 2 u dak li smajt mingħandi u li ssaħħaħ minn ħafna xhieda+ għaddih lil nies leali li, mill-banda l-oħra, ikunu kwalifikati biżżejjed biex jgħallmu lil oħrajn.+ 3 Bħala suldat tajjeb+ taʼ Kristu Ġesù aċċetta li ssofri l-ħażen int ukoll.+ 4 Ebda raġel li jaqdi bħala suldat+ ma jinvolvi ruħu fin-negozju tal-ħajja ċivili,+ sabiex jikseb l-approvazzjoni taʼ min ingaġġah bħala suldat. 5 Iktar minn hekk, anki jekk xi ħadd jitqabad fil-logħob,+ ma jiġix inkurunat jekk ma jkunx tqabad skond ir-regoli. 6 Il-bidwi li jaħdem iebes għandu jkun l-ewwel wieħed li jieħu mill-frott.+ 7 Aħseb kontinwament f’dak li qed ngħid; il-Mulej tassew jagħtik id-dixxerniment+ f’kollox.
8 Ftakar li Ġesù Kristu kien imqajjem mill-imwiet+ u kien minn nisel David,+ skond l-aħbar tajba li nippriedka;+ 9 li minħabba fiha qed insofri l-ħażen tant li ġejt marbut fil-ħabs+ bħala raġel ħażin. Minkejja dan, il-kelma t’Alla m’hijiex marbuta.+ 10 Għalhekk, nibqaʼ nissaporti kollox minħabba l-magħżulin,+ sabiex huma wkoll jiksbu s-salvazzjoni li hi fi Kristu Ġesù flimkien mal-glorja taʼ dejjem.+ 11 Minnu hu dak li ntqal:+ Ċertament li jekk mitna flimkien, se ngħixu wkoll flimkien;+ 12 jekk nibqgħu nissaportu, se nsaltnu wkoll flimkien;+ jekk niċħdu,+ hu se jiċħadna wkoll; 13 jekk ma nurux fedeltà, hu jibqaʼ juri fedeltà,+ għax ma jistax jiċħad lilu nnifsu.
14 Ibqaʼ fakkarhom+ dawn l-affarijiet u bħala xhud+ ordnalhom+ quddiem Alla biex ma jiġġildux dwar kliem,+ ħaġa li ma tiswa għal xejn għax tħawwad lil dawk li jisimgħu. 15 Agħmel l-almu tiegħek biex tidher quddiem Alla bħala bniedem approvat,+ ħaddiem+ li m’għandux minn xiex jistħi,+ billi timmaniġġa sew il-kelma tal-verità.+ 16 Imma aħrab minn diskors vojt li jipprofana dak li hu qaddis;+ għax huma se jkomplu jagħmlu iktar u iktar dak li hu kontra r-rieda t’Alla,+ 17 u kelmithom se tinxtered bħall-kankru.+ Fost dawn hemm Imeni u Filetu.+ 18 Dawn l-irġiel tbiegħdu mill-verità,+ għax jgħidu li l-irxoxt diġà seħħ;+ u qed jaqilbu l-fidi taʼ xi wħud.+ 19 Madankollu, il-pedament sod t’Alla jibqaʼ wieqaf,+ għax għandu dan il-kliem bħala siġill: “Ġeħova jafhom lil dawk li huma tiegħu,”+ u: “Kulmin isejjaħ isem Ġeħova,+ ħa jwarrab l-inġustizzja.”+
20 Issa f’dar kbira ma jkunx hemm biss reċipjenti tad-deheb u l-fidda imma wkoll taʼ l-injam u l-fuħħar, u xi wħud għal skop onorabbli imma oħrajn għal skop mhux onorabbli.+ 21 Għalhekk, jekk xi ħadd iżomm ’il bogħod minn dawn taʼ l-aħħar, ikun reċipjent għal skop onorabbli, imqaddes, utli għal sidu, imħejji għal kull għemil tajjeb.+ 22 Għaldaqstant aħrab mix-xewqat li jistaʼ jkollok fiż-żgħożija,+ imma iġri wara s-sewwa,+ il-fidi, l-imħabba, il-paċi,+ flimkien maʼ dawk li b’qalb nadifa jsejħu lill-Mulej.+
23 Iktar minn hekk, warrab kwistjonijiet bla sens u stupidi,+ għax taf li dawn iġibu l-ġlied.+ 24 Ilsir tal-Mulej m’għandux għalfejn jiġġieled,+ imma għandu jkun ġentili* maʼ kulħadd,+ kwalifikat biex jgħallem,+ iżomm ruħu mrażżan quddiem il-ħażen,+ 25 jistruwixxi bil-ħlewwa lil dawk li ma jurux attitudni favorevoli;+ għax forsi lil dawn Alla jagħtihom indiema+ li twassalhom għal għarfien eżatt dwar il-verità,+ 26 u jerġgħu jiġu f’sensihom u joħorġu min-nassa+ tax-Xitan, peress li kien qabadhom+ biex jagħmlu r-rieda tiegħu.