Kolossin
3 Madankollu, jekk intom ġejtu mqajmin+ mal-Kristu, ibqgħu fittxu l-affarijiet t’hemm fuq,+ fejn il-Kristu qiegħed bil-qiegħda fuq il-leminija t’Alla.+ 2 Żommu moħħkom fiss fuq l-affarijiet taʼ fuq,+ mhux fuq dawk taʼ l-art.+ 3 Għax intom mittu,+ u ħajjitkom+ inħbiet mal-Kristu f’unjoni+ m’Alla. 4 Meta jidher il-Kristu, il-ħajja tagħna,+ imbagħad intom ukoll tidhru+ miegħu fil-glorja.+
5 Għalhekk, mewtu+ l-membri+ taʼ ġisimkom li qegħdin fuq l-art fejn tidħol iż-żína, in-nuqqas taʼ ndafa, l-aptit sesswali,+ ix-xewqa li twassal għall-ħsara, u x-xenqa b’għira,+ li hi idolatrija. 6 Minħabba dawn l-affarijiet ġejja l-korla t’Alla.+ 7 Intom, ukoll, kontu timxu f’dawn l-affarijiet meta kontu tgħixu fihom.+ 8 Imma issa qisu li twarrbuhom kollha,+ il-korla, ir-rabja, il-ħażen, it-tgħajjir,+ u l-kliem oxxen+ minn fommkom. 9 Tigdbux lil xulxin.+ Inżgħu l-personalità l-qadima+ bid-drawwiet tagħha, 10 u ilbsu l-personalità l-ġdida,+ li permezz taʼ l-għarfien eżatt qed tiġġedded skond ix-xbieha+ taʼ Dak li ħalaqha, 11 li fiha la hemm Grieg u lanqas Lhudi, la ċirkonċiż u lanqas m’huwiex, la barrani, la Skita,* la lsir u lanqas ħieles,+ imma Kristu hu kollox u f’kulħadd.+
12 Għaldaqstant, bħala l-magħżulin t’Alla,+ imqaddsin u maħbubin, ilbsu sentimenti profondi taʼ mogħdrija,+ u qalb tajba, umiltà,+ ħlewwa,+ u sabar fit-tul.+ 13 Komplu ssaportu lil xulxin u aħfru lil xulxin mill-qalb+ jekk xi ħadd għandu għalxiex jilmenta+ kontra ħaddieħor. Bħalma Ġeħova ħafrilkom mill-qalb,+ agħmlu hekk intom ukoll. 14 Imma, minbarra dawn l-affarijiet kollha, ilbsu l-imħabba,+ għax hi rabta+ perfetta li tgħaqqad.
15 Ukoll, ħallu l-paċi+ tal-Kristu jkollha kontroll fi qlubkom,+ għax, fil-fatt, intom kontu msejħin għaliha f’ġisem wieħed.+ U uru li intom grati. 16 Ħa tgħammar fikom il-kelma tal-Kristu b’mod għani bl-għerf kollu.+ Komplu għallmu+ u widdbu lil xulxin b’salmi,+ tifħir lil Alla, għanjiet spiritwali+ b’radd il-ħajr, u kantaw fi qlubkom lil Ġeħova.+ 17 U kulma tgħidu jew tagħmlu,+ agħmluh f’isem il-Mulej Ġesù,+ waqt li troddu ħajr+ lil Alla l-Missier permezz tiegħu.
18 Intom nisa miżżewġin, kunu sottomessi+ lejn żwieġkom bħalma jixraq fil-Mulej. 19 Intom irġiel miżżewġin, ibqgħu ħobbu lin-nisa tagħkom+ u tkunux ħorox magħhom.+ 20 Intom tfal, obdu+ lill-ġenituri tagħkom f’kollox, għax dan jogħġob lill-Mulej. 21 Intom missirijiet, iddejquhomx lil uliedkom,+ sabiex ma jaqtgħux qalbhom. 22 Intom ilsiera, obdu f’kollox lis-sidien tagħkom tad-demm u l-laħam,+ mhux għal għajn in-nies, biex togħġbu lill-bnedmin,+ imma bis-sinċerità tal-qalb, bil-biżaʼ minn Ġeħova.+ 23 Kulma tagħmlu, agħmluh b’ruħkom kollha+ qisu għal Ġeħova,+ u mhux għall-bnedmin, 24 għax tafu li mingħand Ġeħova+ se tirċievu l-premju mistħoqq tal-wirt.+ Tjassru għas-Sid, Kristu.+ 25 Min jagħmel il-ħażen żgur se jitħallas+ tal-ħażen li jkun għamel, u m’hemm ebda parzjalità.+