Proverbji
22 Aħjar jintgħażel isem tajjeb minflok ħafna rikkezzi;+ l-approvazzjoni hi saħansitra aħjar mill-fidda u d-deheb.+
2 L-għani u dak taʼ ftit mezzi ltaqgħu.+ Ilkoll Ġeħova għamilhom.+
3 Min hu prudenti jara l-gwaj u jinħeba,+ imma dawk taʼ bla esperjenza jibqgħu sejrin u jkollhom iħallsu l-piena.+
4 Ir-riżultat taʼ l-umiltà u l-biżaʼ taʼ Ġeħova hu rikkezzi u glorja u ħajja.+
5 Xewk u nases hemm fit-triq tal-qarrieq;+ min joqgħod għassa jżomm ’il bogħod minnhom.+
6 Ħarreġ tifel skond it-triq xierqa għalih;+ lanqas meta jixjieħ ma jwarrab minnha.+
7 L-għani jaħkem fuq dawk taʼ ftit mezzi,+ u min jissellef hu l-qaddej taʼ min isellfu.+
8 Min qed jiżraʼ l-inġustizzja se jaħsad il-ħsara,+ u l-ħatar tal-qilla tiegħu se jiġi fix-xejn.+
9 Dak li għandu għajnu ħanina se jitbierek għax ta mill-ikel tiegħu lill-batut.+
10 Keċċi lil min iwaqqaʼ kollox għaċ-ċajt, sabiex jitlaq il-ġlied u jispiċċaw il-kawżi legali u d-diżunur.+
11 Min iħobb il-purità tal-qalb+ u huwa ħelu f’xofftejh, is-sultan se jkun sieħbu.+
12 Għajnejn Ġeħova jipproteġu l-għarfien,+ imma hu jwaqqaʼ kliem it-traditur.+
13 L-għażżien qal:+ “Hemm iljun barra!+ Se joqtolni f’nofs il-pjazez!”
14 Fomm il-mara stranġiera huwa ħofra fonda.+ Min hu kundannat minn Ġeħova jaqaʼ fiha.+
15 Il-bluha hi marbuta maʼ qalb taʼ tifel;+ il-ħatar tad-dixxiplina hu dak li se jbegħedha minnu.+
16 Min qed jimbrolja lill-batut sabiex jipprovdi ħafna affarijiet għalih innifsu,+ kif ukoll min qed jagħti lill-għani, żgur jaqaʼ fl-għaks.+
17 Mejjel widintek u ismaʼ kliem l-għorrief,+ sabiex taċċetta l-għarfien tiegħi b’qalbek kollha.+ 18 Għax sabiħ jekk iżżommhom ġo fik,+ sabiex flimkien ikunu għal-lest fuq xofftejk.+
19 Biex il-fiduċja tiegħek tkun f’Ġeħova,+ illum tajtek l-għarfien, iva, lilek.
20 Mhux diġà ktibtlek jien sabiex nagħtik pariri u għarfien,+ 21 biex nurik kemm hu minnu dan il-kliem veru, ħalli tkun tistaʼ tieħu lura kliem taʼ verità lil dak li qed jibagħtek?+
22 Tisraqx lill-batut għax hu batut,+ u lil min qed isofri tgħakksux f’bieb il-belt.+ 23 Għax Ġeħova nnifsu jiddefendi l-kawża tagħhom,+ u jisraq ruħ dawk li qed jisirquhom.+
24 Tissiħibx maʼ min jirrabja malajr;+ u tagħmilhiex maʼ bniedem li jisbel, 25 sabiex ma ssirx midħla taʼ mogħdijietu għax żgur ikun nassa għal ruħek.+
26 Tkunx fost dawk li jħabbtu idejhom flimkien biex jagħmlu ftehim,+ fost dawk li jagħmlu tajjeb għas-self.+ 27 Jekk ma jkollokx biex tħallas, għala għandu jiħodlok soddtok minn taħtek?
28 Tressaqx lura t-trufijiet tal-proprjetà li missirijietek stabbilew żmien twil ilu.+
29 Rajt lil xi ħadd tas-sengħa f’xogħlu? Quddiem is-slaten se joqgħod;+ ma joqgħodx quddiem nies komuni.