1 Tessalonikin
5 Issa rigward iż-żminijiet u l-istaġuni,+ aħwa, m’għandkom bżonn li niktbulkom xejn. 2 Għax intom stess tafu tajjeb li jum+ Ġeħova ġej eżattament bħal ħalliel bil-lejl.+ 3 Meta jkunu+ qed jgħidu: “Paċi+ u sigurtà!” imbagħad tiġi fuqhom minnufih qerda+ f’daqqa bħall-weġgħa tal-ħlas fuq mara tqila;+ u żgur ma jeħilsuhiex.+ 4 Imma intom, aħwa, m’intomx fid-dlam,+ biex dak il-jum jiġi fuqkom bħalma jagħmel lill-ħallelin,+ 5 għax intom ilkoll ulied id-dawl+ u wlied il-jum.+ Aħna la aħna tal-lejl u lanqas tad-dlam.+
6 Għalhekk, mela, ħa ma nibqgħux reqdin+ bħalma jagħmlu l-oħrajn,+ imma ħa nibqgħu mqajmin+ u f’sensina.+ 7 Għax min jorqod+ imdorri jorqod bil-lejl,+ u min jisker is-soltu jisker bil-lejl. 8 Imma aħna li aħna tal-jum, ħa nibqgħu f’sensina u nilbsu l-kurazza+ tal-fidi+ u l-imħabba u bħala elmu+ t-tama tas-salvazzjoni;+ 9 għax Alla m’għażilniex għall-għadab,+ imma biex niksbu s-salvazzjoni+ permezz tal-Mulej tagħna Ġesù Kristu.+ 10 Hu miet għalina,+ biex, sew jekk nibqgħu mqajmin u sew jekk inkunu reqdin, ngħixu flimkien miegħu.+ 11 Għalhekk, ibqgħu farrġu lil xulxin u ibnu lil xulxin,+ bħalma fil-fatt qed tagħmlu.+
12 Issa nitolbukom, aħwa, biex tistmaw lil dawk li qegħdin jaħdmu iebes fostkom u jippresiedu+ fuqkom fil-Mulej u jwissukom; 13 u turuhom konsiderazzjoni kbira bl-imħabba għax-xogħol tagħhom.+ Żommu l-paċi bejnietkom.+ 14 Mill-banda l-oħra, inħeġġukom, aħwa, wissu lil min ma jimxix bl-ordni,+ ikkonslaw lid-dipressi,+ wieżnu lid-dgħajfin, uru sabar fit-tul+ lejn kulħadd. 15 Araw li ħadd ma jrodd ħsara bi ħsara lil ħaddieħor,+ imma dejjem fittxu l-ġid taʼ xulxin u taʼ kulħadd.+
16 Thennew dejjem.+ 17 Itolbu bla waqfien.+ 18 Roddu ħajr f’kollox.+ Għax din hi r-rieda t’Alla f’unjoni maʼ Kristu Ġesù għalikom. 19 Titfux in-nar taʼ l-ispirtu.+ 20 Tiddisprezzawx l-ipprofetizzar.+ 21 Aċċertaw ruħkom minn kollox;+ żommu sod mat-tajjeb.+ 22 Tbiegħdu minn kull xorta taʼ ħażen.+
23 L-Alla tal-paċi+ nnifsu jqaddiskom kompletament.+ Jalla l-ispirtu u r-ruħ u l-ġisem tagħkom, aħwa, ikunu sħaħ f’kull aspett u jinżammu bla ħtija għall-preżenza tal-Mulej tagħna Ġesù Kristu.+ 24 Dak li qed isejħilkom hu leali, u wkoll se jagħmel dan.
25 Aħwa, komplu itolbu għalina.+
26 Agħtu merħba lill-aħwa kollha b’bewsa qaddisa.+
27 Qed nobbligakom solennement bil-Mulej biex din l-ittra tinqara lill-aħwa kollha.+
28 Il-qalb tajba mhix mistħoqqa+ tal-Mulej tagħna Ġesù Kristu tkun magħkom.