Ekkleżjasti
7 Isem tajjeb aħjar minn żejt tajjeb,+ u jum il-mewt aħjar minn jum it-twelid.+ 2 Aħjar tmur f’dar fejn hemm in-niket minħabba mewt milli f’dar fejn hemm festa,+ għax dan hu t-tmiem tal-bnedmin kollha; u l-ħaj għandu jieħu dan bis-serjetà. 3 Aħjar id-dwejjaq mid-daħq,+ għax minħabba wiċċ serju l-qalb issir aħjar.+ 4 Qalb l-għorrief qiegħda f’dar in-niket,+ imma qalb l-istupidi qiegħda f’dar il-ferħ.+
5 Aħjar tismaʼ ċ-ċanfira taʼ xi ħadd għaref+ milli tkun wieħed li jismaʼ l-għanja taʼ l-istupidi.+ 6 Għax bħall-ħoss tax-xewk jaqbad taħt il-borma, hekk hu d-daħq taʼ l-istupidu;+ u dan ukoll frugħa. 7 Għax il-moħqrija tistaʼ ġġiegħel lill-għaref jaġixxi taʼ miġnun,+ u rigal+ jistaʼ jħassar il-qalb.+
8 Aħjar it-tmiem taʼ xi ħaġa milli l-bidu tagħha.+ Aħjar min hu paċenzjuż milli min għandu spirtu supperv.+ 9 Tgħaġġilx biex tieħu għalik,+ għax l-istupidi jieħdu għalihom u jżommu f’qalbhom.+
10 Tgħidx: “Kif inhi li l-jiem taʼ qabel kienu aħjar minn dawn?”+ għax ma jkunx għaqli+ li tistaqsi dan.
11 L-għerf flimkien maʼ wirt hu tajjeb u vantaġġuż għal dawk li jaraw ix-xemx.+ 12 Għax l-għerf hu protezzjoni+ bħalma l-flus huma protezzjoni;+ imma l-vantaġġ taʼ l-għarfien hu li l-għerf iżomm ħaj lil sidu.+
13 Ħares lejn l-għemil+ taʼ l-Alla l-veru, għax dak li għawweġ hu min jistaʼ jiddrittah?+ 14 F’jum tajjeb uri t-tjubija,+ u f’jum mimli għali agħraf li l-Alla l-veru għamel dan il-jum bħalma għamel l-ieħor,+ bil-ħsieb li l-bnedmin ma jiskopru xejn minn dak li jsir warajhom.+
15 Tul il-jiem fiergħa tiegħi rajt minn kollox.+ Hemm il-ġust li qed jgħib bil-ġustizzja tiegħu,+ u hemm il-wieħed mill-agħar li qed jgħix fit-tul bil-ħażen tiegħu.+
16 Issirx ġust iżżejjed,+ u turix li int għaref wisq.+ Għala għandek teqred lilek innifsek?+ 17 Tkunx ħażin iżżejjed,+ u tibliehx.+ Għala għandek tmut qabel iż-żmien?+ 18 Aħjar iżżomm maʼ din it-twissija, mingħajr ma titlaq l-oħra;+ għax min jibżaʼ minn Alla jżomm magħhom it-tnejn.+
19 L-għerf taʼ l-għaref jagħmlu iktar b’saħħtu minn għaxart irġiel setgħanin f’belt.+ 20 Għax m’hemm l-ebda bniedem ġust fuq l-art li dejjem jagħmel it-tajjeb u ma jidnibx.+
21 Barra minn hekk, tiħux wisq bis-serjetà l-kliem kollu li jistgħu jgħidu n-nies,+ li ma tmurx tismaʼ lill-qaddej tiegħek stess jgħid affarijiet ħżiena dwarek.+ 22 Għax qalbek stess taf tajjeb li int, iva, int, kemm-il darba għedt affarijiet ħżiena dwar ħaddieħor.+
23 Dan kollu eżaminajtu bl-għerf. Għedt: “Jien se nsir għaref.” Imma dan kien ’il bogħod minni.+ 24 Kulma sar qiegħed ’il bogħod u fil-fond wisq. Min jistaʼ jsibu?+ 25 Jien stess dort, u stinkajt b’qalbi kollha,+ biex insir naf u nifli u nfittex l-għerf+ u r-raġuni għal kollox,+ u biex inkun naf dwar il-ħżunija taʼ l-istupidità u l-bluha tal-ġenn;+ 26 u dan hu li sibt: Il-mara li hi bħal nases u qalbha bħal xbieki u idejha bħal irbit+ hi iktar morra mill-mewt.+ Wieħed ikun tajjeb quddiem l-Alla l-veru jekk jaħrab minnha, imma jkun qed jidneb jekk jinqabad minnha.+
27 “Ara! Sibt dan,” qal il-kongregatur,+ “stħarriġt ħaġa wara l-oħra, biex insib il-qofol taʼ kollox,+ 28 imma ma sibtux għalkemm fittixtu bla heda. Raġel rett minn elf sibtu,+ imma mara retta fost dawn kollha ma sibthiex.+ 29 Ara! Dan biss sibt, li l-Alla l-veru għamel lill-bnedmin retti,+ imma huma fittxew ħafna pjanijiet oħrajn.”+