Ġwanni
1 Fil-bidu+ kien il-Kelma,*+ u l-Kelma kien m’Alla,+ u l-Kelma kien alla.+ 2 Dan kien fil-bidu+ m’Alla.+ 3 Kollox beda jeżisti permezz tiegħu,+ u mingħajru xejn ma beda jeżisti.
Bdiet teżisti 4 permezz tiegħu l-ħajja,+ u l-ħajja kienet id-dawl+ tal-bnedmin. 5 U d-dawl qed jiddi fid-dlam,+ imma d-dlam m’għelbux.
6 Kien hemm raġel li ntbagħat bħala rappreżentant t’Alla:+ kien jismu Ġwanni.+ 7 Dan ġie biex jagħti xiehda,+ sabiex jixhed dwar id-dawl,+ biex kull xorta taʼ nies jemmnu permezz tiegħu.+ 8 Hu ma kienx dak id-dawl,+ imma ġie biex jixhed+ dwar dak id-dawl.
9 Id-dawl+ veru li jdawwal+ lil kull xorta taʼ bnedmin+ kien wasal biex jiġi fid-dinja. 10 Kien fid-dinja,+ u d-dinja bdiet teżisti permezz tiegħu,+ imma d-dinja ma kinitx tafu. 11 Ġie f’daru stess, imma niesu ma laqgħuhx.+ 12 Madankollu, lil dawk kollha li laqgħuh+ tahom l-awtorità li jsiru wlied Alla,+ għax kienu qed jeżerċitaw il-fidi f’ismu;+ 13 u ma twildux mid-demm jew mir-rieda tal-laħam jew mir-rieda tal-bniedem, imma minn Alla.+
14 U l-Kelma sar bniedem+ u għammar fostna, u aħna rajna l-glorja tiegħu, glorja bħal dik taʼ iben uniġenitu+ mingħand missieru; u kien mimli qalb tajba mhix mistħoqqa u verità.+ 15 (Ġwanni xehed dwaru, iva—kien hu li qal dan—fil-fatt għajjat: “Dak li ġej warajja avanza quddiemi, għax eżista qabli.”)+ 16 Għax mill-milja+ tiegħu aħna lkoll intwerejna qalb tajba mhix mistħoqqa bla tarf.*+ 17 Għax il-Liġi ngħatat permezz taʼ Mosè;+ il-qalb tajba mhix mistħoqqa+ u l-verità+ seħħew permezz taʼ Ġesù Kristu. 18 Ebda bniedem ma ra lil Alla f’xi żmien;+ kien l-alla+ uniġenitu li qiegħed fi ħdan+ il-Missier li spjegah.+
19 Issa din hi x-xiehda taʼ Ġwanni meta l-Lhud bagħtulu xi qassisin u Leviti minn Ġerusalemm biex jistaqsuh: “Min int?”+ 20 Hu stqarr u ma ċaħadx, imma stqarr: “M’iniex il-Kristu.”*+ 21 U staqsewh: “Min int, mela? Elija?”+ U qal: “M’iniex.” “Int il-Profeta?”+ U wieġeb: “Le!” 22 Għalhekk, staqsewh: “Min int, biex inwieġbu lil dawk li bagħtuna? X’tgħid dwarek innifsek?”+ 23 Qalilhom: “Jien leħen taʼ xi ħadd li qed jgħajjat fix-xagħri, ‘Iddrittaw it-triq taʼ Ġeħova,’ bħalma qal il-profeta Isaija.”+ 24 Issa dawk li ntbagħtu kienu mill-Fariżej. 25 Għalhekk, staqsewh u qalulu: “Allura int għala tgħammed+ jekk m’intix il-Kristu jew Elija jew il-Profeta?” 26 Ġwanni wieġeb u qalilhom: “Jien ngħammed fl-ilma. F’nofskom+ hemm wieħed li ma tafuhx,+ 27 dak li ġej warajja, imma li jien ma jistħoqqlix inħoll il-qfieli tas-sandli tiegħu.”+ 28 Dan seħħ f’Betanja,* in-naħa l-oħra tal-Ġordan, fejn kien qed jgħammed Ġwanni.+
29 L-għada lemaħ lil Ġesù ġej lejh u qal: “Ara, il-Ħaruf+ t’Alla li jneħħi d-dnub+ tad-dinja!+ 30 Dan hu li dwaru għedt, Warajja jiġi raġel li avanza quddiemi, għax eżista qabli.+ 31 Lanqas jien ma kont nafu, imma għalhekk ġejt ngħammed fl-ilma, sabiex hu jintwera lil Israel.”+ 32 Ġwanni xehed ukoll u qal: “Jien rajt l-ispirtu nieżel bħal ħamiema mis-sema u jibqaʼ fuqu.+ 33 Lanqas jien ma kont nafu, imma Dak li bagħatni+ ngħammed fl-ilma qalli, ‘Fuq min tara l-ispirtu nieżel u jibqaʼ, dan hu li jgħammed bl-ispirtu qaddis.’+ 34 U jien rajtu dan, u xhedt li dan hu l-Iben t’Alla.”+
35 L-għada, Ġwanni reġaʼ kien wieqaf maʼ tnejn mid-dixxipli tiegħu 36 u, x’ħin ra lil Ġesù għaddej, qal: “Ara, il-Ħaruf+ t’Alla!” 37 U ż-żewġ dixxipli semgħuh jitkellem u marru wara Ġesù. 38 Imbagħad Ġesù dar u, billi rahom mexjin warajh, qalilhom: “X’qed tfittxu?” Qalulu: “Rabbi, (kelma li meta tiġi tradotta tfisser Għalliem) fejn qed toqgħod?” 39 Qalilhom: “Ejjew, u taraw.”+ Għaldaqstant, marru u raw fejn kien qed joqgħod, u dakinhar baqgħu miegħu; kienet madwar l-għaxar siegħa.* 40 Indrì,+ ħu Xmun Pietru, kien wieħed mit-tnejn li semgħu dak li qal Ġwanni u marru wara Ġesù. 41 L-ewwel dan sab lil ħuh Xmun u qallu: “Sibna ’l-Messija”+ (kelma li meta tiġi tradotta tfisser Kristu).+ 42 U ħadu għand Ġesù. Meta Ġesù ħares+ lejh qallu: “Int Xmun+ bin Ġwanni;+ int tissejjaħ Kefa” (isem li bil-Grieg hu tradott Pietru).*+
43 L-għada Ġesù xtaq jitlaq lejn il-Galilija. Sab lil Filippu+ u qallu: “Kun segwaċi tiegħi.”+ 44 Issa Filippu kien minn Betsajda,+ mill-belt taʼ Indrì u Pietru. 45 Filippu sab lil Natanjel+ u qallu: “Sibna lil dak li Mosè, fil-Liġi,+ u l-Profeti+ kitbu dwaru—Ġesù, bin Ġużeppi,+ minn Nazaret.” 46 Imma Natanjel qallu: “Tistaʼ xi ħaġa tajba toħroġ minn Nazaret?”+ Filippu qallu: “Ejja u ara.” 47 Ġesù ra lil Natanjel ġej lejh u qal dwaru: “Ara, Israeli fil-veru sens tal-kelma, li fih m’hemm ebda qerq.”+ 48 Qallu Natanjel: “Kif tafni?” Ġesù wieġeb u qallu: “Rajtek qabel ma sejjaħlek Filippu, waqt li int kont taħt is-siġra tat-tin.” 49 Wieġbu Natanjel: “Rabbi, int l-Iben t’Alla,+ int is-Sultan+ taʼ Israel.” 50 Ġesù wieġeb u qallu: “Għax għedtlek li rajtek taħt is-siġra tat-tin qed temmen? Għad tara affarijiet akbar minn dawn.” 51 Qallu wkoll: “Tassew, tassew, ngħidilkom, Għad taraw is-sema miftuħ u l-anġli+ t’Alla telgħin u neżlin lejn Bin il-Bniedem.”+