Atti
15 U mil-Lhudija+ niżlu xi rġiel li bdew jgħallmu lill-aħwa: “Jekk ma tiġux ċirkonċiżi+ skond id-drawwa taʼ Mosè,+ ma tistgħux tiġu salvati.” 2 Imma wara li Pawlu u Barnaba kellhom ħafna nuqqas taʼ ftehim u dibattiti magħhom, ġie deċiż li Pawlu u Barnaba u xi oħrajn minn fosthom jitilgħu għand l-appostli u l-anzjani f’Ġerusalemm+ rigward dan l-argument.
3 Għaldaqstant, wara li l-kongregazzjoni+ marret magħhom biċċa mit-triq, dawn l-irġiel komplew sejrin u għaddew kemm mill-Feniċja u kemm mis-Samarija, jirrakkontaw bid-dettall il-konverżjoni tan-nies tal-ġnus+ u jġibu ferħ kbir lill-aħwa kollha.+ 4 Malli waslu Ġerusalemm kienu milqugħin+ b’qalb tajba mill-kongregazzjoni u l-appostli u l-anzjani, u rrakkontaw kemm Alla kien għamel affarijiet permezz tagħhom.+ 5 Madankollu, xi wħud minn dawk tas-setta tal-Fariżej li kienu emmnu qamu minn posthom u qalu: “Hemm bżonn li nagħmlulhom iċ-ċirkonċiżjoni+ u nordnawlhom josservaw il-liġi taʼ Mosè.”+
6 U l-appostli u l-anzjani ltaqgħu flimkien biex jaraw dwar din il-kwistjoni.+ 7 Issa, wara ħafna dibattiti+ bejniethom, qam Pietru u qalilhom: “Irġiel, aħwa, intom tafu tajjeb li mill-bidu Alla għażilni minn fostkom biex minn fommi n-nies tal-ġnus jisimgħu l-kelma taʼ l-aħbar tajba u jemmnu;+ 8 u Alla, li jaf il-qalb,+ xehed billi tahom l-ispirtu qaddis,+ bħalma ta lilna wkoll. 9 U m’għamel ebda distinzjoni bejnna u bejnhom,+ imma saffielhom qlubhom bil-fidi.+ 10 Għalhekk, issa għala qed tgħaddu lil Alla minn prova billi tqiegħdu fuq għonq id-dixxipli madmad+ li la missirijietna u lanqas aħna ma stajna nifilħuh?+ 11 Għall-kuntrarju, għandna l-fiduċja li niġu salvati permezz tal-qalb tajba mhix mistħoqqa+ tal-Mulej Ġesù bħal dawk in-nies ukoll.”+
12 Għal dan il-kliem, il-kotra kollha siktet, u bdew jisimgħu lil Barnaba u lil Pawlu jirrakkontaw dwar il-bosta sinjali u għeġubijiet li Alla għamel permezz tagħhom fost il-ġnus.+ 13 Meta waqfu jitkellmu, Ġakbu wieġeb u qal: “Irġiel, aħwa, isimgħuni.+ 14 Simgħon*+ irrakkonta bir-reqqa kif għall-ewwel darba Alla dawwar l-attenzjoni tiegħu lejn il-ġnus biex jieħu minnhom poplu għal ismu.+ 15 U maʼ dan jaqbel kliem il-Profeti, bħalma hu miktub, 16 ‘Wara dan nerġaʼ niġi lura u nibni mill-ġdid l-għarix taʼ David li ġġarraf; u nibni mill-ġdid ir-rovini tiegħu u nerġaʼ ntellgħu,+ 17 sabiex dawk li jibqgħu mill-bnedmin ifittxu lil Ġeħova bil-ħeġġa, flimkien maʼ nies mill-ġnus kollha, nies li jissejħu b’ismi, jgħid Ġeħova li qed jagħmel dan+ 18 li kien magħruf sa mill-qedem.’+ 19 Għalhekk, id-deċiżjoni tiegħi hi li ma ndejqux lil dawk mill-ġnus li qed iduru lejn Alla,+ 20 imma li niktbulhom biex jitbiegħdu minn kull ħaġa mniġġsa mill-idoli,+ miż-żína,+ mil-laħam t’annimali fgati,+ u mid-demm.+ 21 Għax sa minn żmien il-qedem, Mosè kellu min jippridkah f’belt wara l-oħra, għax il-kitbiet tiegħu jinqraw b’leħen għoli fis-sinagogi kull Sabat.”+
22 Imbagħad l-appostli u l-anzjani flimkien mal-kongregazzjoni kollha qablu li jibagħtu xi rġiel magħżulin minn fosthom lejn Antjokja flimkien maʼ Pawlu u Barnaba, lil Ġuda li kienu jgħidulu Barsabba+ u lil Sila, irġiel li kienu minn taʼ quddiem fost l-aħwa; 23 u b’idhom kitbu:
“L-appostli u l-anzjani, ħutkom, lill-aħwa f’Antjokja+ u s-Sirja u ċ-Ċiliċja+ li huma mill-ġnus: Is-sliem għalikom! 24 Peress li smajna li xi wħud minn fostna dejqukom bi kliemhom u pprovaw iħawdukom,+ għalkemm aħna ma tajniehom ebda istruzzjoni,+ 25 b’fehma waħda qbilna lkoll+ li nagħżlu xi rġiel biex nibagħtuhom għandkom flimkien maʼ l-għeżież tagħna, Barnaba u Pawlu,+ 26 irġiel li taw ruħhom għal isem il-Mulej tagħna Ġesù Kristu.+ 27 Għalhekk, qed nibagħtu lil Ġuda u lil Sila,+ biex huma wkoll jgħidu l-istess affarijiet bil-kliem.+ 28 Għax l-ispirtu qaddis+ u aħna nfusna qbilna li ma nżidulkom ebda piż ieħor,+ ħlief dawn l-affarijiet neċessarji, 29 li tibqgħu titbiegħdu mill-affarijiet sagrifikati lill-idoli+ u mid-demm+ u mil-laħam t’annimali fgati+ u miż-żína.+ Jekk toqogħdu attenti li żżommu ’l bogħod minn dawn l-affarijiet,+ jaħbtilkom tajjeb. Saħħa!”
30 Għaldaqstant, meta ntbagħtu, dawn l-irġiel niżlu Antjokja, u laqqgħu ’l-kotra flimkien u tawhom l-ittra.+ 31 Meta qrawha, ferħu bl-inkuraġġiment.+ 32 U peress li Ġuda u Sila kienu profeti wkoll,+ inkuraġġew lill-aħwa b’ħafna taħditiet u saħħewhom.+ 33 Imbagħad, wara li kienu qattgħu xi żmien magħhom, l-aħwa ħallewhom imorru fil-paċi+ għand dawk li kienu bagħtuhom. 34* —— 35 Madankollu, Pawlu u Barnaba baqgħu għal xi żmien Antjokja+ jgħallmu u jxandru, flimkien maʼ ħafna oħrajn, l-aħbar tajba tal-kelma taʼ Ġeħova.+
36 Issa, xi jiem wara, Pawlu qal lil Barnaba: “Qabel xejn, ejja mmorru lura u nżuru lill-aħwa f’kull belt fejn xandarna l-kelma taʼ Ġeħova ħa naraw kif inhuma.”+ 37 Min-naħa tiegħu, Barnaba kien determinat li jieħu magħhom ukoll lil Ġwanni, li kienu jgħidulu Marku.+ 38 Imma Pawlu ma ħasibx li kien xieraq li jiħduh magħhom, għax fil-Pamfilja+ kien telaqhom u ma marx magħhom għax-xogħol. 39 Minħabba f’hekk, kellhom xi jgħidu sew, u b’hekk infirdu minn xulxin. Barnaba+ ħa miegħu lil Marku u salpa lejn Ċipru;+ 40 u Pawlu għażel lil Sila+ u telaq, wara li kien ġie fdat mill-aħwa f’idejn Ġeħova u l-qalb tajba mhix mistħoqqa tiegħu.+ 41 U għadda mis-Sirja u ċ-Ċiliċja, isaħħaħ lill-kongregazzjonijiet.+