LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • Rivelazzjoni 16
  • Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

Punti minn Rivelazzjoni

      • Is-sebaʼ skutelli tar-rabja t’Alla (1-21)

        • Jitferrgħu fuq l-art (2), fil-baħar (3), fix-xmajjar u l-għejun tal-ilma (4-7), fuq ix-xemx (8, 9), fuq it-tron tal-bhima salvaġġa (10, 11), fl-Ewfrat (12-16), u fl-arja (17-21)

        • Il-gwerra t’Alla f’Armageddon (14, 16)

Rivelazzjoni 16:5

Indiċi

  • Gwida għall-Pubblikazzjonijiet

    Qrib Lejn Ġeħova, pp. 287-288

Rivelazzjoni 16:7

Noti taʼ Taħt

  • *

    Ara App. A5.

  • *

    Jew “id-deċiżjonijiet ġudizzjali.”

Rivelazzjoni 16:9

Noti taʼ Taħt

  • *

    Ara Termini tal-Bibbja Spjegati, “Dagħa.”

Rivelazzjoni 16:12

Noti taʼ Taħt

  • *

    Jew “mil-Lvant.”

Indiċi

  • Gwida għall-Pubblikazzjonijiet

    It-Torri tal-Għassa,

    6/15/2012, pp. 17-18

    Il-Profezija taʼ Danjel, p. 281

Rivelazzjoni 16:13

Noti taʼ Taħt

  • *

    Letteralment “spirti mhux nodfa.”

Indiċi

  • Gwida għall-Pubblikazzjonijiet

    It-Torri tal-Għassa,

    2/15/2009, p. 4

Rivelazzjoni 16:14

Noti taʼ Taħt

  • *

    Letteralment “sinjali.”

Indiċi

  • Gwida għall-Pubblikazzjonijiet

    It-Torri tal-Għassa (Studju),

    9/2019, pp. 8-9

    It-Torri tal-Għassa,

    11/1/2015, p. 2

    2/15/2009, p. 4

    2/1/2007, p. 31

    12/1/2005, p. 4

Rivelazzjoni 16:15

Indiċi

  • Gwida għall-Pubblikazzjonijiet

    It-Torri tal-Għassa,

    2/15/2005, p. 18

    12/15/2003, p. 21

    12/1/1999, pp. 18-19

    3/1/1997, pp. 26-32

Rivelazzjoni 16:16

Noti taʼ Taħt

  • *

    Bil-Grieg Ħar Mageddon, minn terminu Ebrajk li jfisser “Muntanja taʼ Megiddo.”

Indiċi

  • Gwida għall-Pubblikazzjonijiet

    It-Torri tal-Għassa (Studju),

    9/2019, pp. 8-9

    2/1/2007, p. 31

    12/1/2005, p. 4

    5/1/1997, pp. 14-15

    8/15/1990, p. 6

Rivelazzjoni 16:17

Indiċi

  • Gwida għall-Pubblikazzjonijiet

    It-Torri tal-Għassa,

    2/15/2009, p. 3

Rivelazzjoni 16:20

Indiċi

  • Gwida għall-Pubblikazzjonijiet

    Referenzi għall-Fuljett, 5/2024, p. 1

Rivelazzjoni 16:21

Noti taʼ Taħt

  • *

    Talent Grieg kien daqs 20.4 kilogrammi. Ara App. B14.

Indiċi

  • Gwida għall-Pubblikazzjonijiet

    It-Torri tal-Għassa,

    7/15/2015, p. 12

    2/15/2009, p. 4

    7/15/2008, p. 7

    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida (nwt),

Traduzzjonijiet tal-Istess Silta

Ikklikkja fuq numru taʼ vers biex tara l-istess vers f'Bibbji oħra.
  • Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
  • Aqra f'din l-edizzjoni Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida (bi12)
  • 1
  • 2
  • 3
  • 4
  • 5
  • 6
  • 7
  • 8
  • 9
  • 10
  • 11
  • 12
  • 13
  • 14
  • 15
  • 16
  • 17
  • 18
  • 19
  • 20
  • 21
Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
Rivelazzjoni 16:1-21

Ir-Rivelazzjoni li Rċieva Ġwanni (L-Apokalissi)

16 Jien smajt leħen għoli ġej mis-santwarju jgħid lis-sebaʼ anġli: “Morru ferrgħu s-sebaʼ skutelli tar-rabja t’Alla fuq l-art.”

2 L-ewwel wieħed telaq u ferraʼ l-iskutella tiegħu fuq l-art. In-nies li kellhom il-marka tal-bhima salvaġġa u li kienu qed iqimu l-istatwa tagħha, imtlew b’feriti taʼ wġigħ li ma jfiqux.

3 It-tieni wieħed ferraʼ l-iskutella tiegħu fil-baħar. Il-baħar sar bħal demm taʼ xi ħadd mejjet, u kull ħliqa ħajja fih mietet.

4 It-tielet wieħed ferraʼ l-iskutella tiegħu fix-xmajjar u l-għejun tal-ilma. U dawn saru demm. 5 Jien smajt l-anġlu li għandu awtorità fuq l-ilma jgħid: “Int Alla leali lejn in-nies tiegħek, il-Wieħed li jeżisti u li eżista. Int ġust minħabba li għamilt dawn il-ġudizzji. 6 Huma xerrdu d-demm tal-qaddisin u l-profeti, u b’hekk int tajthom jixorbu d-demm. Hekk ħaqqhom!” 7 U smajt leħen mill-artal jgħid: “Iva, Alla Ġeħova* li Tistaʼ Kollox, il-ġudizzji* tiegħek huma taʼ min jafdahom u ġusti.”

8 Ir-rabaʼ wieħed ferraʼ l-iskutella tiegħu fuq ix-xemx, u din tħalliet taħraq in-nies bin-nar. 9 U n-nies inħarqu bis-sħana kbira, imma huma dgħaw* bl-isem t’Alla, li għandu l-awtorità fuq dawn il-kastigi, u la nidmu u lanqas tawh glorja.

10 Il-ħames wieħed ferraʼ l-iskutella tiegħu fuq it-tron tal-bhima salvaġġa. U s-saltna tagħha ddallmet, u n-nies bdew jigdmu lsienhom bl-uġigħ. 11 Imma huma dgħaw bl-Alla tas-sema minħabba l-uġigħ u l-feriti tagħhom, u ma nidmux minn dak li għamlu.

12 Is-sitt wieħed ferraʼ l-iskutella tiegħu fix-xmara l-kbira Ewfrat, u l-ilma tagħha nixef biex tiġi ppreparata triq għar-rejiet li ġejjin minn fejn titlaʼ x-xemx.*

13 Minn ħalq id-dragun, il-bhima salvaġġa, u l-profeta falz rajt ħerġin tliet messaġġi mhux nodfa* li kienu qishom żrinġijiet. 14 Dawn il-messaġġi ġejjin mid-demonji u semgħuhom ir-rejiet kollha tal-art. Il-messaġġi għamlu mirakli* biex jiġbru r-rejiet għall-gwerra tal-jum il-kbir tal-Alla li Jistaʼ Kollox.

15 “Oqogħdu attenti! Jien ġej bħal ħalliel. Ferħan hu min jibqaʼ mqajjem u mlibbes, biex b’hekk ma jimxix għarwien u jistħi għax jarawh in-nies.”

16 Il-messaġġi li ġejjin mid-demonji ġabru lir-rejiet fil-post li bl-Ebrajk jgħidulu Armageddon.*

17 Is-sebaʼ wieħed ferraʼ l-iskutella tiegħu fl-arja. Malli għamel hekk, instemaʼ leħen għoli ġej mis-santwarju tat-tron, li qal: “Bil-lest!” 18 U kien hemm sajjetti, ilħna, u ragħad, u kien hemm terremot li tant kien kbir u mifrux li qatt ma seħħ bħalu minn mindu beda jeżisti l-bniedem. 19 Il-belt il-kbira nqasmet fi tlieta, u l-bliet tal-popli waqgħu. Alla ftakar f’Babilonja l-Kbira u taha t-tazza tal-inbid tar-rabja kbira ħafna tiegħu. 20 Ukoll, il-gżejjer kollha ħarbu u l-muntanji ma nstabux. 21 Imbagħad niżel silġ kbir fuq in-nies, u kull silġa kienet tiżen madwar talent.* In-nies bdew jidgħu b’Alla minħabba l-kastig tas-silġ, għax il-kastig għamel ħsara kbira.

Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
Oħroġ
Illoggja
  • Malti
  • Ixxerja
  • Preferenzi
  • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
  • Kundizzjonijiet għall-Użu
  • Privacy Policy
  • Privacy Settings
  • JW.ORG
  • Illoggja
Ixxerja