LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • bi12 Naħum 1:1-3:19
  • Naħum

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Naħum
  • Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
Naħum

Naħum*

1 Id-dikjarazzjoni kontra Ninwe:+ Il-​ktieb tal-​viżjoni taʼ Naħum l-​Elkosi:

2 Ġeħova hu Alla li jesiġi devozzjoni esklużiva+ u jagħmel vendetta; Ġeħova jagħmel vendetta+ u jinkorla.+ Ġeħova jagħmel vendetta mill-​avversarji tiegħu,+ u jerfaʼ l-​għadab għall-​għedewwa tiegħu.+

3 Ġeħova bil-​mod biex jirrabja+ u kbir fil-​qawwa,+ imma Ġeħova bl-​ebda mod ma jżomm lura milli jikkastiga.+

Triqtu hi fir-​riefnu u fil-​maltempata, u s-​sħab hu t-​trab taʼ saqajh.+

4 Hu jċanfar il-​baħar,+ u jnixxfu; u x-​xmajjar kollha jqaxqaxhom.+

Il-Basan u l-​Karmel dbielu,+ u ż-​żahar tal-​Libanu dbiel.

5 Il-muntanji triegħdu minħabba fih, u l-​għoljiet dabu.+

U l-​art tintrefaʼ quddiem wiċċu; l-​art produttiva wkoll, u kulmin jgħammar fiha.+

6 Min jistaʼ jieqaf quddiem il-​kundanna tiegħu?+ U min jistaʼ jqum kontra s-​saħna tar-​rabja tiegħu?+

Il-korla tiegħu titferraʼ bħan-​nar,+ u l-​blat jiġġarraf minħabba fih.

7 Ġeħova hu tajjeb,+ post taʼ sigurtà+ f’jum l-​hemm.+

U jaf b’dawk li jfittxu l-​kenn fih.+

8 U permezz taʼ l-​għargħar li għaddej se jeqred għalkollox il-​post tagħha,*+ u d-​dlam jiġri wara l-​għedewwa tiegħu.+

9 X’intom tfasslu f’moħħkom kontra Ġeħova?+ Hu qed jikkaġuna qerda sħiħa.

L-inkwiet ma jerġax iqum it-​tieni darba.+

10 Għalkemm huma minsuġin bħax-​xewk+ u fis-​sakra bil-​birra tal-​qamħ,+ se jinbelgħu bħat-​tiben* niexef għalkollox.+

11 Minnek joħroġ wieħed li f’moħħu jfassal dak li hu ħażin kontra Ġeħova,+ iħeġġeġ dak li ma jiswa xejn.+

12 Hekk qal Ġeħova: “Għalkemm ma kien jonqoshom xejn u kien hemm ħafna f’dan l-​istat, saħansitra f’dan l-​istat iridu jinqerdu;+ u wieħed irid jgħaddi minn ġo nofshom. U jien ngħakksek sakemm ma jkunx hemm għalfejn ngħakksek iktar.+ 13 U issa se nkisser il-​madmad tiegħu minn fuqek,+ u naqsam fi tnejn l-​irbit taʼ fuqek.+ 14 U dwarek Ġeħova kkmanda, ‘Xejn minn ismek ma jinżeraʼ iktar.+ Minn dar allatek neqred ix-​xbieha skolpita u l-​istatwa magħmula minn metall imdewweb.+ Nagħmillek post għad-​dfin,+ għaliex ma tiswa xejn.’

15 “Ara! Fuq il-​muntanji hemm is-​saqajn taʼ dak li qed iġib aħbar tajba, dak li qed ixandar il-​paċi.+ O Ġuda, iċċelebra l-​festi tiegħek.+ Rodd il-​wegħdi tiegħek;+ għaliex qatt iktar ma se jerġaʼ jgħaddi minn ġo fik xi ħadd li m’hu tajjeb għal xejn.+ Żgur li jinqered kollu kemm hu.”+

2 Telaʼ quddiem wiċċek dak li se jxerred lin-​nies tiegħek.*+ Ħa jiġi mħares il-​post fortifikat. Għasses it-​triq. Saħħaħ ġenbejk. Żid ħafna l-​qawwa.+

2 Għax Ġeħova se jiġbor il-​glorja taʼ Ġakobb,+ bħall-​glorja taʼ Israel, għaliex dawk li jħarbtu ħarbtuhom;+ u ż-​żraġen tagħhom irrovinawhom.+

3 It-tarka tas-​setgħanin tiegħu miżbugħa ħamra; l-​irġiel tiegħu mimlijin enerġija lebsin il-​krimżi.+ L-​armi tal-​ħadid fuq il-​karru tal-​gwerra jleqqu bħan-​nar fil-​jum li hu jlesti għall-​battalja, u l-​lanez magħmulin mis-​siġra tal-​ġnibru+ bdew jixxejru. 4 Il-karrijiet tal-​gwerra qed ilebbtu b’mod sfrenat fit-​toroq.+ Qed jiġru ’l fuq u ’l isfel fil-​pjazez. Jidhru qishom torċi mixgħulin. Jiġru bħall-​beraq.+

5 Hu jiftakar fil-​kbarat tiegħu.+ Se jitfixklu fil-​mixi tagħhom.+ Jgħaġġlu lejn is-​sur tagħha, u l-​barrikata trid tkun imwaqqfa fis-​sod. 6 Bwieb ix-​xmajjar jinfetħu, u l-​palazz se jinqered. 7 U dan ġie deċiż; hi ġiet mikxufa; se tinġarr lil hinn fil-​jasar,+ u l-​ilsiera nisa tagħha se jokorbu, bħall-​ħoss tal-​ħamiem,+ iħabbtu darba wara l-​oħra fuq sidirhom.+ 8 U mindu ilha teżisti, Ninwe+ kienet bħal għadira taʼ l-​ilmijiet;+ imma huma qed jaħarbu. “Ieqfu! Ieqfu!” Imma ħadd ma jdur lura.+

9 Isirqu l-​fidda; isirqu d-​deheb;+ għax m’hemmx limitu għat-​teżor. Hemm ammont kbir taʼ kull xorta t’oġġetti mixtiqin.+

10 Belt vojta, magħmula baħħ, u mħarbta!+ U l-​qalb iddub,+ u l-​irkopptejn jirtogħdu,+ u l-​uġigħ qawwi qiegħed fil-​ġenbejn kollha;+ u l-​uċuħ tagħhom kollha saru ħomor nar bl-​ansjetà.+ 11 Fejn hi l-​bejta taʼ l-​iljuni, u l-​għar taʼ l-​iljuni b’saħħithom, fejn l-​iljun mexa u daħal,+ fejn kien hemm il-​ferħ taʼ l-​iljun, u ma kienx hemm min ibeżżagħhom?+ 12 L-iljun kien qed iqattaʼ biċċiet biżżejjed għall-​frieħ tiegħu, u kien qed jifga l-​priża għall-​iljunessi tiegħu. U l-​ħofor tiegħu żammhom mimlijin bil-​priża u l-​moħbiet tiegħu b’annimali mqattgħin biċċiet.+

13 “Ara! Jien kontrik,” hija l-​kelma taʼ Ġeħova taʼ l-​armati,+ “u naħraq il-​karru tal-​gwerra tiegħek u nagħmlu duħħan.+ U sejf għad jiblaʼ l-​iljuni b’saħħithom tiegħek stess.+ U neqred il-​priża tiegħek minn fuq l-​art, u qatt iktar ma jinstemaʼ leħen il-​messaġġiera tiegħek.”+

3 Gwaj għall-​belt li xxerred id-​demm.+ Mimlija qerq u serq. Il-​priża ma taqtaʼ qatt! 2 Hemm il-​ħoss tal-​frosta+ u l-​ħoss tat-​tkarwit tar-​roti, u ż-​żiemel ilebbet u l-​karru jaqbeż.+ 3 Ir-rikkieb fuq iż-​żiemel, u l-​fjamma tas-​sejf, u d-​dija tal-​lanza,+ u l-​kotra tal-​maqtulin, u l-​gozz kbir taʼ katavri; u l-​iġsma mejtin ma jispiċċaw qatt. Jibqgħu jitfixklu fl-​iġsma mejtin tagħhom; 4 minħabba l-​ħafna atti taʼ prostituzzjoni mill-​prostituta,+ li tiġbdek bi ġmielha, li hi saħħara, u li qed taqbad fin-​nassa ġnus sħaħ bl-​atti taʼ prostituzzjoni tagħha u familji sħaħ bis-​sħarijiet tagħha.+

5 “Ara! Jien kontrik,”+ hija l-​kelma taʼ Ġeħova taʼ l-​armati, “u ngħollilek djulek fuq wiċċek, u nġiegħel lill-​ġnus jaraw l-​għera tiegħek,+ u lis-​saltniet id-​diżunur tiegħek. 6 U nitfaʼ l-​qżiżijiet fuqek,+ u nagħmlek taʼ min jiddisprezzak; u nagħmel wirja bik.+ 7 U jrid iseħħ li kulmin jarak jaħrab ’il bogħod minnek+ u jgħid, ‘Ninwe saret ħerba! Min se jħoss għaliha?’ Minfejn infittex lil min ifarrġek? 8 Jaqaw int aħjar minn No-amon,+ li kienet bil-​qiegħda ħdejn il-​kanali tan-​Nil?+ L-​ilmijiet kienu dawramejt magħha, il-​baħar kien l-​għana tagħha, u l-​baħar kien is-​sur tagħha. 9 L-Etjopja u l-​Eġittu+ kienu s-​setgħa sħiħa tagħha; u din kienet bla limitu. Put u l-​Libjani kienu t’għajnuna għalik.+ 10 Hi, ukoll, kellha tmur fl-​eżilju;+ marret fil-​jasar. Uliedha wkoll tfarrku f’ras it-​toroq kollha;+ u għall-​irġiel glorifikati tagħha tefgħu x-​xorti,+ u l-​kbarat tagħha ġew marbutin kollha bil-​ktajjen.+

11 “Int stess se tisker ukoll;+ issir xi ħaġa moħbija.+ Int stess ukoll se tfittex post taʼ sigurtà mill-​għadu.+ 12 Il-postijiet fortifikati kollha tiegħek huma bħal siġar tat-​tin bl-​ewwel frott misjur li jekk iċaqalquh jaqaʼ f’ħalq min jieklu.+

13 “Ara! In-​nies tiegħek qishom nisa f’nofsok.+ Bwieb artek żgur li jinfetħu għall-​għedewwa tiegħek. In-​nar se jiblaʼ l-​istaneg tiegħek.+ 14 Imla l-​ilma għalik għall-​assedju.+ Saħħaħ il-​postijiet fortifikati tiegħek.+ Idħol fit-​tajn, u għaffeġ fit-​tafal; aqbad il-​forma tal-​madum.* 15 Hemmhekk ukoll se jibilgħek in-​nar. Sejf se jeqirdek.+ Jibilgħek bħalma l-​ġurat jiblaʼ l-​ħaxix.+ Oktor ħafna fl-​għadd bħal dan il-​ġurat; oktor ħafna fl-​għadd bħall-​ġurat. 16 Int kattart in-​negozjanti tiegħek iktar mill-​kwiekeb tas-​smewwiet.+

“Inkwantu għall-​ġurat, dan ibiddel il-​ġilda tiegħu; imbagħad itir lil hinn. 17 Il-gwardji tiegħek huma bħall-​ġurati, u l-​fizzjali tiegħek li jingaġġaw is-​suldati huma bħal qatgħa ġurati. Qed jikkampjaw fi mqawel tal-​ġebel f’jum kiesaħ. Lanqas tilħaq tiddi x-​xemx li ma jaħarbux lil hinn; u ħadd ma jkun jaf fejn ikunu.+

18 “Ir-​rgħajja tiegħek qabadhom in-​ngħas,+ O sultan taʼ l-​Assirja; il-​kbarat tiegħek jibqgħu fi djarhom.+ In-​nies tiegħek xterdu fuq il-​muntanji, u m’hemm ħadd li jiġborhom flimkien.+ 19 M’hemmx serħan mill-​katastrofi tiegħek. Il-​ġerħa tiegħek ma titfejjaqx.+ Kulmin jismaʼ l-​aħbar dwarek iċapċap idejh minħabba fik;+ għaliex fuq min m’għaddiex kontinwament il-​ħażen tiegħek?”+

Ifisser “Farrâġ.”

“Tagħha,” tirreferi għal Ninwe.

Letteralment, “qasbija.” Ara Eżo 5:12, in-​nota taʼ taħt.

“Tiegħek,” tirreferi għal Ninwe.

Dan ġeneralment jirreferi għal briks magħmulin minn tiben u tajn jew tafal.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja