LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • bi12 Mikea 1:1-7:20
  • Mikea

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Mikea
  • Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
Mikea

Mikea*

1 Il-kelma taʼ Ġeħova li ġiet lil Mikea+ minn Moreset, fi żmien Ġotam,+ Aħaż,+ u Ħeżekija,+ slaten taʼ Ġuda,+ u li hu ra f’viżjoni dwar is-​Samarija+ u Ġerusalemm:+

2 “Isimgħu, O popli, ilkoll kemm intom; oqgħod attenta, O art u kulma fik,+ u ħa jkun il-​Mulej Sovran Ġeħova xhud+ kontrikom, Ġeħova mit-​tempju qaddis tiegħu.+ 3 Għax, ara, Ġeħova ħiereġ minn postu,+ u se jinżel u jirfes fuq il-​postijiet għoljin taʼ l-​art.+ 4 U l-​muntanji jinħallu taħtu,+ u l-​pjanuri l-​baxxi jinferqu, bħax-​xamaʼ minħabba n-​nar,+ bħall-​ilmijiet li jgelglu maʼ xi niżla wieqfa.

5 “Dan kollu qed iseħħ minħabba l-​irvell taʼ Ġakobb, saħansitra minħabba d-​dnubiet taʼ dar Israel.+ X’inhu l-​irvell taʼ Ġakobb? Mhux is-​Samarija?+ U x’inhuma l-​postijiet għall-​qima* taʼ Ġuda?+ Mhux Ġerusalemm? 6 U s-​Samarija nagħmilha ħerba sħiħa fir-​rabaʼ+ u nagħmilha wkoll l-​oqsma fejn jitħawlu d-​dwieli; u ngerbeb ’l isfel fil-​wied il-​ġebel tagħha, u nikxfilha s-​sisien tagħha.+ 7 U x-​xbihat minquxin tagħha jiġu mfarrkin kollha,+ u l-​għotjiet kollha li ngħatawlha bħala ħlasha jiġu maħruqin fin-​nar;+ u l-​idoli kollha tagħha nagħmilhom ħerba. Għax hi ġemmgħathom minn dak li ngħatat bħala l-​ħlas taʼ prostituta, u bħala l-​ħlas taʼ prostituta jerġgħu jingħataw.”+

8 Minħabba f’hekk innewwaħ u nibki;+ nimxi ħafi u għarwien.+ Innewwaħ bħax-​xakall, u ningħi bħan-​nagħma. 9 Għax il-​ġerħa tagħha ma titfejjaqx;+ għax waslet sa Ġuda,+ il-​marda waslet sa bieb il-​poplu tiegħi, sa Ġerusalemm.+

10 “Ixxandruhiex ġo Gat; żgur li m’għandkomx tħalluhom jarawkom tibku.+

“F’dar Afra tmiegħku fit-​trab.+ 11 Għaddi ’l hemm, O abitanta taʼ Safir, b’għera tal-​mistħija.+ L-​abitanta taʼ Sanan ma ħarġitx. Bit-​tinwiħ, Bet-esel jieħu mingħandkom il-​post taʼ kenn tiegħu. 12 Għax l-​abitanta taʼ Marot stenniet it-​tajjeb,+ imma dak li hu ħażin niżel mingħand Ġeħova sa bieb Ġerusalemm.+ 13 Orbot il-​karru maż-​żwiemel, O abitanta taʼ Lakis.+ Il-​bidu tad-​dnub kienet din għal bint Sijon,+ għax fik instabu l-​irvellijiet taʼ Israel.+ 14 Għalhekk, int tagħti għotjiet tat-​tluq lil Moreset-gat.+ Id-​djar t’Akżib+ kienu bħal gidba għas-​slaten taʼ Israel. 15 Għad inġib kontrik lil min jiħodlok il-​proprjetà tiegħek,+ O abitanta taʼ Maresah.+ Saħansitra s’Għadullam+ għad tasal il-​glorja taʼ Israel. 16 Qaxxar xagħrek qargħa u tqarweż minħabba wliedek li kienu l-​għaxqa li ma bħalha tiegħek.+ Kabbar il-​qargħa taʼ rasek bħal dik taʼ l-​ajkla, għaliex telqulek fl-​eżilju.”+

2 “Gwaj għal dawk li fuq is-​sodod tagħhom qed jippjanaw li jagħmlu l-​ħsara, u dawk li qed jipprattikaw il-​ħażen!+ Fid-​dawl taʼ fil-​għodu jagħmluh dan,+ għaliex għandhom is-​setgħa f’idejhom.+ 2 U xtaqu għelieqi u ħatfuhom;+ kif ukoll djar, u ħaduhom; u imbroljaw lil raġel b’saħħtu u lil taʼ daru,+ lil raġel u l-​wirt tiegħu.+

3 “Għalhekk, dan qal Ġeħova, ‘Ara! Qed naħseb biex inġib gwaj+ kontra din il-​familja+ li intom ma tkunux tistgħu tevitawh,+ sabiex ma tkunux imkabbrin;+ għaliex dan hu żmien taʼ gwaj.+ 4 Dakinhar ilissnu qawl+ dwarkom u jgħannu għanja taʼ niket, iva, lamentazzjoni.+ Ikollhom jgħidu: “Żgur li serqulna kollox!+ Ibiddel sehem il-​poplu tagħna.+ O kif qed jiħodhulna! L-​għelieqi tagħna jqassamhom lil min mhux leali.” 5 Għalhekk, ma jkollok lil ħadd fil-​kongregazzjoni taʼ Ġeħova li jkejjel l-​art bil-​ħabel meta titqassam bix-​xorti.+ 6 Tħabbrux intom.+ Huma jħabbru. Ma jħabbrux dwar dawn l-​affarijiet. L-​umiljazzjonijiet ma jitneħħewx.+

7 “‘Qed jingħad, O dar Ġakobb:+ “Jaqaw m’għadux kuntent l-​ispirtu taʼ Ġeħova, jew huma dawn l-​għemejjel tiegħu?”+ Ma jagħmilx ġid+ kliemi lil dak li jimxi b’mod rett?+

8 “‘U l-​bieraħ il-​poplu tiegħi qam bħala għadu veru.+ Minn fuq il-​quddiem taʼ libsa intom tneħħu t-​tiżjin maestuż, mingħand dawk li jkunu għaddejjin b’rashom mistrieħa, dawk li jkunu ġejjin lura mill-​gwerra. 9 In-nisa tal-​poplu tiegħi tkeċċuhom mid-​dar li hi l-​għaxqa tal-​mara. Minn fuq uliedha tieħdu l-​glorja li berikthom biha,+ għal żmien indefinit.+ 10 Qumu u morru,+ għaliex dan mhux post taʼ mistrieħ.+ Minħabba l-​fatt li ma baqgħetx nadifa,+ hemm it-​tifrik; u x-​xogħol tat-​tifrik hu taʼ wġigħ.+ 11 Jekk raġel, fieragħ u qarrieq, jgħid din il-​gidba:+ “Inħabbarlek dwar l-​inbid u dwar ix-​xorb li jsakkar,” hu jsir dak li jħabbar għal dan il-​poplu.+

12 “‘Żgur li niġmaʼ lil Ġakobb, kollu kemm hu;+ żgur li niġmaʼ flimkien lil dawk li fadal minn Israel.+ Inqegħedhom flimkien, bħal merħla fil-​maqjel, bħal merħla f’nofs il-​mergħa tagħha;+ hemmhekk ikun storbjuż bil-​bnedmin.’+

13 “Dak li jiftaħ it-​triq jitlaʼ quddiemhom:+ huma jgħaddu minnha. U jgħaddu minn bieb, u joħorġu minnu.+ U s-​sultan tagħhom jgħaddi quddiemhom, u Ġeħova fir-​ras tagħhom.”+

3 U jien għedt: “Isimgħu, jekk jogħġobkom, intom il-​kapijiet taʼ Ġakobb u intom il-​kmandanti taʼ dar Israel.+ Ma jmisskomx tkunu tafu x’inhi l-​ġustizzja?+ 2 Intom li tobogħdu dak li hu tajjeb+ u tħobbu l-​ħażen,+ li tisolħu l-​ġilda minn fuq in-​nies u laħamhom minn fuq għadamhom;+ 3 intom dawk li kiltu laħam in-​nies tiegħi,+ u qaxxartulhom ġildhom minn fuqhom, u kissirtu biċċiet l-​għadam tagħhom, u farraktuhom bħal dak li jkun hemm f’borma kbira u bħal-​laħam ġo borma.+ 4 Dakinhar huma jgħajtu lil Ġeħova għall-​għajnuna, imma ma jwiġibhomx.+ U jaħbi wiċċu minnhom dakinhar,+ skond il-​ħażen li wettqu f’għemilhom.+

5 “Hekk qal Ġeħova kontra l-​profeti li qed iġiegħlu lill-​poplu tiegħi jiżvija,+ li qed jigdmu bi snienhom,+ u li qed jgħajtu, ‘Sliem!’+ biex, meta xi ħadd ma jpoġġilhomx xi ħaġa f’ħalqhom, iħejju għall-​gwerra* kontrih,+ 6 ‘Għalhekk, ikollkom il-​lejl,+ sabiex ma jkunx hemm viżjoni;+ u jkollkom id-​dlam, sabiex ma tipprattikawx it-​teħbir. U x-​xemx tinżel fuq il-​profeti, u l-​jum jiddallam għalihom.+ 7 U l-​viżjonarji+ jkollhom għalxiex jistħu,+ u dawk li jeħbru+ jiddiżappuntaw ruħhom. U jkollhom jgħattu l-​mustaċċi,+ ilkoll kemm huma, għax m’hemm ebda tweġiba mingħand Alla.’”+

8 U jien, mill-​banda l-​oħra, sirt mimli qawwa, ġustizzja, u setgħa+ bl-​ispirtu taʼ Ġeħova, sabiex ngħid lil Ġakobb l-​irvell tiegħu u lil Israel id-​dnub tiegħu.+

9 Jekk jogħġobkom, isimgħu dan, intom il-​kapijiet taʼ dar Ġakobb u intom il-​kmandanti taʼ dar Israel,+ intom li tistmerru l-​ġustizzja u li tgħawġu saħansitra kulma hu dritt;+ 10 li tibnu lil Sijon bit-​tixrid taʼ demm u lil Ġerusalemm bl-​inġustizzja.+ 11 Il-kapijiet tagħha jixxaħħmu biex jagħmlu l-​ħaqq,+ u l-​qassisin tagħha jitolbu l-​ħlas biex jgħallmu,+ u l-​profeti tagħha jipprattikaw it-​teħbir għall-​flus;+ u fl-​istess ħin jibqgħu jistrieħu fuq Ġeħova u jgħidu: “Ġeħova mhux f’nofsna qiegħed?+ Ebda gwaj ma jiġi fuqna.”+ 12 Għalhekk, minħabba fikom Sijon għad tinħarat bħal għalqa, u Ġerusalemm għad issir ħerba sħiħa,+ u l-​muntanja tad-​dar tkun bħall-​postijiet għoljin taʼ foresta.

4 U jrid iseħħ li fl-​aħħar parti tal-​jiem+ il-​muntanja+ tad-​dar+ taʼ Ġeħova ssir stabbilita fis-​sod ’il fuq mill-​quċċata tal-​muntanji, u titgħolla ’l fuq mill-​għoljiet;+ u lejha jiġru l-​popli.+ 2 U ħafna ġnus imorru jgħidu: “Ejjew,+ ħa nitilgħu lejn il-​muntanja taʼ Ġeħova u lejn id-​dar taʼ l-​Alla taʼ Ġakobb;+ u hu jgħallimna dwar triqatu,+ u aħna nimxu fil-​mogħdijiet tiegħu.”+ Għax minn Sijon toħroġ il-​liġi, u l-​kelma taʼ Ġeħova minn Ġerusalemm.+ 3 U hu jagħmel il-​ħaqq fost ħafna popli,+ u jirranġa l-​affarijiet kollha+ għall-​ġid taʼ ġnus setgħanin ’il bogħod.+ U jkollhom jaħdmu sjufhom f’sikek tal-​moħriet u l-​lanez tagħhom fi skieken taż-​żabra.+ Ma jerfgħux is-​sejf, ġens kontra ġens, u ma jitħarrġux iktar għall-​gwerra.+ 4 U joqogħdu bil-​qiegħda, kull wieħed taħt id-​dielja tiegħu u taħt is-​siġra tat-​tin tiegħu,+ u ma jkunx hemm min ibeżżagħhom;+ għax dan qalu fomm Ġeħova taʼ l-​armati.+

5 Għax il-​popli kollha, min-​naħa tagħhom, se jimxu kull wieħed f’isem l-​alla tiegħu;+ imma aħna, min-​naħa tagħna, se nimxu f’isem Ġeħova Alla tagħna+ għal żmien indefinit, saħansitra għal dejjem.+

6 “Dakinhar,” hija l-​kelma taʼ Ġeħova, “niġmaʼ lil dak li kien izappap;+ u niġbor lil dak li kien imxerred,+ saħansitra lil dak li ttrattajtu ħażin. 7 U lil dak li kien izappap nagħmlu fdal,+ u lil dak li kien imwarrab ’il bogħod nagħmlu ġens setgħan;+ u Ġeħova se jsaltan fuqhom fuq il-​Muntanja Sijon, minn issa ’l quddiem u għal dejjem.+

8 “U int, O torri tal-​merħla, l-​għolja taʼ bint Sijon,+ s’għandek se jiġi, iva, żgur li jiġi l-​ewwel dominju,+ is-​saltna li hi taʼ bint Ġerusalemm.+

9 “Issa għala tibqaʼ tgħajjat b’leħen għoli?+ M’hemmx sultan fik, jew għab il-​kunsillier tiegħek, biex qabdek l-​uġigħ bħal dak taʼ mara fil-​ħlas?+ 10 Ħa jkollok uġigħ kbir u ibda għajjat, O bint Sijon, bħal mara fil-​ħlas,+ għax issa se toħroġ minn belt u jkollok tgħammar fil-​kampanja.+ U jkollok tasal sa Babilonja.+ Hemmhekk se tinħeles.+ Hemmhekk Ġeħova se jixtrik lura minn id l-​għedewwa tiegħek.+

11 “U issa se jinġabru kontrik ħafna ġnus, dawk li qed jgħidu, ‘Ħa titniġġes, u ħa jitgħaxxqu għajnejna jħarsu lejn Sijon.’+ 12 Imma huma ma sarux jafu l-​ħsibijiet taʼ Ġeħova, u ma sarux jifhmu l-​pariri tiegħu;+ għaliex hu se jiġborhom flimkien bħal ringiela qmuħ, li għadhom kif inqatgħu, fil-​qiegħa tad-​dris.+

13 “Qum u idres, O bint Sijon;+ għax il-​qarn tiegħek se nbiddilhulek f’ħadid, u difrejk se nbiddilhomlok f’ram aħmar, u int titħan ħafna popli;+ u l-​qligħ inġust tagħhom tiddedikah lil Ġeħova,+ u r-​riżorsi tagħhom lill-​Mulej il-​veru taʼ l-​art kollha.”+

5 “F’dan iż-​żmien int tqattaʼ lilek innifsek,+ O bint l-​invażjoni; hu qed jassedjana.+ Bil-​ħatar se jolqtuh fuq ħaddejh lill-​imħallef taʼ Israel.+

2 “U int, O Betlehem t’Efrata,+ li int ċkejkna wisq biex tkun fost l-​eluf taʼ Ġuda,+ minnek+ għad joħroġli dak li għandu jsir ħakkiem f’Israel,+ li l-​oriġini tiegħu hi mill-​qedem, mill-​jiem taʼ żmien twil ilu.*+

3 “Għalhekk, Alla se jitlaqhom+ sa ma jasal iż-​żmien meta dik li se tiled, fil-​fatt, tkun wildet.+ U l-​bqija taʼ ħutu jerġgħu lura lejn ulied Israel.

4 “U hu joqgħod bil-​wieqfa u jirgħa bis-​saħħa taʼ Ġeħova,+ bil-​maestà taʼ l-​isem taʼ Ġeħova Alla tiegħu.+ U huma jibqgħu jgħammru fis-​sigurtà,+ għax issa hu jkun kbir sa truf l-​art.+ 5 U dan iġib is-​sliem.+ Inkwantu għall-​Assirjan, meta jidħol f’artna u meta jirfes fit-​torrijiet fejn ngħammru,+ ikollna nqajmu kontrih sebaʼ rgħajja, iva, tmien duki minn fost il-​bnedmin. 6 U huma jirgħu l-​art taʼ l-​Assirja bis-​sejf,+ u l-​art taʼ Nimrod+ fid-​daħliet tagħha. U hu jeħlisna mill-​Assirjan+ meta dan jidħol f’artna u meta jirfes fuq it-​territorju tagħna.

7 “U l-​fdal taʼ Ġakobb+ ikun f’nofs ħafna popli bħal nida mingħand Ġeħova,+ bħal ħalbiet spissi fuq il-​ħaxix,+ li la jittamaw fil-​bniedem u lanqas jistennew xejn minn ulied il-​bniedem taʼ l-​art.+ 8 U l-​fdal taʼ Ġakobb ikun fost il-​ġnus, f’nofs ħafna popli, bħal iljun qalb il-​bhejjem tal-​foresta, bħal iljun b’saħħtu qalb l-​imrieħel tan-​nagħaġ li, meta jgħaddi, jgħaffeġ u jqattaʼ biċċiet;+ u ma jkunx hemm ħellies. 9 Idek tkun ħafna iktar ’il fuq mill-​avversarji tiegħek,+ u l-​għedewwa kollha tiegħek jinqerdu.”+

10 “U dakinhar irid iseħħ,” hija l-​kelma taʼ Ġeħova, “li nneħħi ż-​żwiemel minn nofsok u neqred il-​karrijiet tiegħek.+ 11 U neqred il-​bliet t’artek u nġarraf il-​postijiet fortifikati kollha tiegħek.+ 12 U neqred is-​sħarijiet minn idek, u ma jkollokx iktar lil min jipprattika l-​maġija.+ 13 U neqred ix-​xbihat minquxin tiegħek u l-​pilastri tiegħek minn ġo nofsok, u ma tmilx iktar quddiem xogħol idejk.+ 14 U naqlaʼ mill-​għeruq l-​arbli sagri tiegħek+ minn ġo nofsok u nġib fix-​xejn il-​bliet tiegħek. 15 U fir-​rabja u fil-​korla nagħmel vendetta mill-​ġnus li m’obdewx.”+

6 Ismaʼ, jekk jogħġbok, O poplu, dak li qed jgħid Ġeħova.+ Qum, ippreżenta l-​kawża legali tiegħek quddiem il-​muntanji, u jalla l-​għoljiet jisimgħu leħnek.+ 2 Isimgħu, O muntanji, il-​kawża legali taʼ Ġeħova, kif ukoll int blat dejjiemi, intom sisien taʼ l-​art;+ għax Ġeħova għandu kawża legali kontra l-​poplu tiegħu, u maʼ Israel se jkollu xi jgħid:+

3 “O poplu tiegħi,+ x’għamiltlek jien? U b’liema mod għejjejtek?+ Ixhed kontrija.+ 4 Għax jien tellajtek mill-​art taʼ l-​Eġittu,+ u fdejtek minn dar l-​ilsiera;+ u bgħatt quddiemek lil Mosè, lil Aron, u lil Mirjam.+ 5 O poplu tiegħi, ftakar,+ jekk jogħġbok, x’kien il-​pjan ta Balak,+ is-​sultan taʼ Mowab, u x’wieġbu Balgħam,+ bin Begħor. Kien minn Sittim,+ it-​triq kollha sa Gilgal,+ sabiex ikunu magħrufin l-​atti ġusti taʼ Ġeħova.”+

6 Biex se nersaq+ quddiem Ġeħova? Biex se mmil quddiem Alla li qiegħed fl-​għoli?+ Se nersaq quddiemu bl-​offerti sħaħ tal-​ħruq,+ bl-​għoġiela taʼ sena? 7 Jieħu pjaċir Ġeħova bl-​eluf taʼ mtaten, bl-​għaxriet t’eluf taʼ gliegel taʼ żejt?+ Se nagħti jien għall-​irvell tiegħi lil ibni mwieled l-​ewwel, il-​frott taʼ ġufi għad-​dnub taʼ ruħi?+ 8 Hu qallek, O bniedem, x’inhu tajjeb.+ U x’qed jitlob minnek Ġeħova ħlief li tkun ġust+ u li tħobb il-​qalb tajba+ u li tkun modest+ fil-​mixi tiegħek m’Alla?+

9 Leħen Ġeħova jsejjaħ il-​belt,+ u min hu bil-​għaqal* jibżaʼ minn ismek.+ Ismaʼ l-​ħatar u lil min għażlu,+ O poplu. 10 Għad hemm it-​teżori tal-​ħażen+ fid-​dar taʼ bniedem mill-​agħar, u l-​kejl imnaqqas t’efa li hu kundannat? 11 Nistaʼ jien inkun safi jekk ikolli miżien ħażin u ħorġa mimlija wżin* qarrieq?+ 12 Għax l-​għonja tagħha mtlew bil-​vjolenza, u l-​abitanti tagħha qalu l-​gideb,+ u lsienhom hu qarrieq ġo fommhom.+

13 “U jien ukoll, min-​naħa tiegħi, se nidorbok sakemm immardek;+ se ssir ħerba, minħabba dnubietek.+ 14 Int, min-​naħa tiegħek, tiekol u ma tixbax, u tibqaʼ bl-​istonku tiegħek vojt.+ U twarrab l-​affarijiet, imma ma ġġorrhomx b’wiċċ il-​ġid; u kulma ġġorr b’wiċċ il-​ġid, nagħtih għas-​sejf.+ 15 Int tiżraʼ ż-​żerriegħa, imma ma taħsadx. Int tisħaq iż-​żebbuġ, imma ma tindilikx biż-​żejt; tagħsar l-​għeneb, imma ma tixrobx inbid.+ 16 U tosserva l-​istatuti t’Għomri+ u l-​għemejjel kollha taʼ dar Aħab,+ u intom timxu fuq il-​pjanijiet tagħhom;+ bl-​għan li lilek nagħmlek oġġett taʼ stagħġib u lill-​abitanti tagħha xi ħaġa taʼ tisfir;+ u intom titgħabbew bit-​tmaqdir tal-​popli.”+

7 Jaħasra għalija,+ għax sirt bħall-​ġbir tal-​frott tas-​sajf, bħat-​tilqit wara l-​ġbir taʼ l-​għeneb!+ M’hemm ebda għanqud għeneb x’niekol, ebda tina bikrija, li ruħi tkun tixtieq!+ 2 Il-leali għab minn fuq l-​art, u fost il-​bnedmin m’hemm ħadd rett.+ Ilkoll kemm huma lesti biex ixerrdu d-​demm.+ Jonsob, kull wieħed lil ħuh stess, b’xibka kbira.+ 3 Idejhom pronti biex jagħmlu d-​deni, biex jagħmluh sew;+ il-​prinċep qed jitlob xi ħaġa, u min jagħmel il-​ħaqq jagħmlu għall-​premju,+ u l-​kbir jitkellem ix-​xenqa taʼ ruħu, tiegħu stess;+ u b’hekk jikkonfoffaw flimkien. 4 L-aqwa fosthom hu bħal għollieqa, l-​iktar rett fosthom hu agħar minn ċint tax-​xewk.+ Il-​jum li tkellmu dwaru l-​għassiesa tiegħek, li fih int tingħata attenzjoni, irid jiġi.+ Imbagħad jiġri li huma jitħawdu.+

5 Tpoġġux il-​fidi tagħkom f’xi sieħeb. Tpoġġux il-​fiduċja tagħkom f’xi ħabib tal-​qalb.+ Minn dik li toqgħod fi ħdanek għasses il-​bwieb taʼ fommok.+ 6 Għax iben jistmerr lil missieru; bint tqum kontra ommha;+ il-​mara tat-​tifel kontra l-​kunjata tagħha;+ l-​għedewwa taʼ raġel ikunu n-​nies taʼ daru.+

7 Imma jien lil Ġeħova nibqaʼ nfittex.+ Jien se nistenna b’attitudni xierqa lill-​Alla tas-​salvazzjoni tiegħi.+ Alla tiegħi se jismagħni.+

8 Tithenniex minħabba fija, O mara għadu tiegħi.+ Għalkemm waqajt, nerġaʼ nqum;+ għalkemm ngħammar fid-​dlam,+ Ġeħova jkun dawl għalija.+ 9 Il-korla taʼ Ġeħova nissaportiha—għax dnibt kontrih+—sakemm imexxi l-​kawża legali tiegħi u jwettaq il-​ġustizzja għalija.+ Hu joħroġni għad-​dawl; jien nara s-​sewwa tiegħu.+ 10 U din, l-​għadu tiegħi, se tara u l-​għajb jgħattiha,+ dik li kienet tgħidli: “Fejn hu, Ġeħova Alla tiegħek?”+ Għajnejja stess iħarsu lejha.+ Issa se tkun mgħaffġa, bħat-​tajn tat-​toroq.+

11 Il-jum biex jinbnew il-​ħitan tiegħek tal-​ġebel, f’dak il-​jum id-​digriet ikun ’il bogħod.+ 12 F’dak il-​jum jiġu għandek saħansitra t-​triq kollha mill-​Assirja u mill-​bliet taʼ l-​Eġittu, u mill-​Eġittu saħansitra t-​triq kollha sax-​Xmara;*+ u minn baħar sa baħar, u minn muntanja sa muntanja.+ 13 U l-​art issir ħerba minħabba l-​abitanti tagħha, minħabba frott għemilhom.+

14 Irgħa l-​poplu tiegħek bil-​ħatar tiegħek,+ il-​merħla tal-​wirt tiegħek, dak li kien jgħammar waħdu ġo foresta—f’nofs ġnien tal-​frott.+ Ħa jirgħu fil-​Basan u f’Gilegħad+ bħal fil-​jiem taʼ żmien twil ilu.+

15 “Bħal fil-​jiem taʼ meta int ħriġt mill-​art taʼ l-​Eġittu jien se nurih affarijiet taʼ l-​għaġeb.+ 16 Il-ġnus jaraw u jistħu minħabba s-​setgħa tagħhom.+ Iqiegħdu idhom fuq fommhom;+ widnejhom jittarrxu. 17 Jilagħqu t-​trab bħas-​sriep;+ bħar-​rettili taʼ l-​art huma joħorġu mregħdin mill-​fortizzi tagħhom.+ Lejn Ġeħova Alla tagħna jiġu jirtogħdu, u jibżgħu minnek.”+

18 Min hu Alla bħalek,+ li jaħfer l-​iżball u jħalli għaddej in-​nuqqas+ tal-​fdal tal-​wirt tiegħu?+ Żgur li ma jibqax irrabjat għal dejjem, għax jitgħaxxaq bil-​qalb tajba bl-​imħabba.+ 19 Hu jerġaʼ jħenn għalina;+ jgħaffeġ taħt saqajh l-​iżbalji tagħna.+ U int tixħet f’qiegħ il-​baħar dnubiethom kollha.+ 20 Turi l-​verità u l-​fedeltà li wrejt maʼ Ġakobb, il-​qalb tajba bl-​imħabba li wrejt m’Abraham, li ħlift lil missirijietna minn żmien il-​qedem.+

Forma mqassra taʼ “Mikaja,” li jfisser “Min Hu bħal Ġeħova?”

Letteralment, “postijiet fl-​għoli.” Ara Le 26:30, in-​nota taʼ taħt.

Letteralment, “iqaddsu l-​gwerra.”

Jew, “żmien indefinit.” Ara Ġen 3:22, in-​nota taʼ taħt.

Jew, “min għandu l-​għerf prattiku.”

Ara t-​2Sa 14:26, in-​nota taʼ taħt.

Jiġifieri, l-​Ewfrat.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja