LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • bi12 Sofonija 1:1-3:20
  • Sofonija

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Sofonija
  • Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
Sofonija

Sofonija*

1 Il-kelma taʼ Ġeħova li ġiet għand Sofonija, bin Kusi, bin Gedalija, bin Amarija, bin Ħeżekija, fi żmien Ġosija+ bin Amon+ is-​sultan taʼ Ġuda:

2 “Jien żgur se ntemm kollox minn fuq wiċċ l-​art,” hija l-​kelma taʼ Ġeħova.+

3 “Se ntemm lill-​bniedem u l-​bhima.+ Intemm il-​ħliqa li ttir fis-​smewwiet u l-​ħut tal-​baħar,+ l-​affarijiet taʼ tfixkil flimkien man-​nies mill-​agħar;+ u se neqred lill-​bnedmin minn fuq wiċċ l-​art,”+ hija l-​kelma taʼ Ġeħova. 4 “U se mmidd idi kontra Ġuda u kontra dawk kollha li jgħammru f’Ġerusalemm,+ u neqred minn dan il-​post lill-​fdal tal-​Bagħal,+ isem il-​qassisin taʼ l-​allat barranin kif ukoll il-​qassisin,+ 5 u lil dawk li qed imilu fuq il-​bjut lejn l-​armata tas-​smewwiet,+ u lil dawk li qed imilu,+ u jaħilfu lil Ġeħova+ u jaħilfu b’Malkam;+ 6 u lil dawk li qed jerġgħu lura milli jimxu wara Ġeħova+ u li ma fittxewx lil Ġeħova u ma staqsewx x’jgħid.”+

7 Żommu s-​skiet quddiem il-​Mulej Sovran Ġeħova;+ għax il-​jum taʼ Ġeħova hu qrib,+ għax Ġeħova ħejja sagrifiċċju;+ hu pprepara*+ lill-​mistidnin tiegħu.

8 “U jrid iseħħ dakinhar tas-​sagrifiċċju taʼ Ġeħova li jien nikkastiga lill-​prinċpijiet, u lil ulied is-​sultan,+ u lil dawk kollha lebsin ilbies barrani.+ 9 U dakinhar se nikkastiga lil kulmin qed jitlaʼ fuq il-​pjattaforma,* dawk li qed jimlew dar is-​sidien tagħhom bil-​vjolenza u l-​qerq.+ 10 U jkun hemm f’dak il-​jum,” hija l-​kelma taʼ Ġeħova, “il-​ħoss taʼ l-​għajat minn Bieb il-​Ħut,+ u tinwiħ mill-​parti l-​ġdida tal-​belt,+ u tiġrif kbir mill-​għoljiet.+ 11 Newħu+ abitanti taʼ Maktes,* għax il-​ġemgħa kollha tan-​negozjanti ġiet imsikkta;+ dawk kollha li jiżnu l-​fidda nqerdu.

12 “U jseħħ dak iż-​żmien li nfittex bir-​reqqa f’Ġerusalemm bl-​imsiebaħ,+ u nikkastiga lill-​irġiel li huma bħall-​inbid li jagħqad fuq it-​tartru tiegħu+ u li qed jgħidu f’qalbhom, ‘Ġeħova mhux se jagħmel ġid, u mhux se jagħmel deni.’+ 13 U ġidhom jinħataf u djarhom isiru ħerba.+ U huma jibnu djar, imma ma jgħammrux fihom;+ u jħawlu għelieqi bid-​dwieli, imma ma jixorbux l-​inbid tagħhom.+

14 “Il-​jum il-​kbir+ taʼ Ġeħova fil-​qrib.+ Fil-​qrib u qed jgħaġġel ħafna.+ Il-​ħoss tal-​jum taʼ Ġeħova hu wieħed taʼ mrar.+ Dakinhar raġel setgħan ilissen għajta.+ 15 Dak il-​jum huwa jum taʼ rabja qalila, jum taʼ niket u diqa,+ jum taʼ maltempata u ħerba, jum taʼ dlam u swidija,+ jum taʼ sħab u dlam ċappa, 16 jum taʼ ħoss taʼ qarn u t’għajta taʼ gwerra,+ kontra l-​bliet fortifikati u kontra t-​torrijiet għoljin tal-​kantunieri.+ 17 U jien se nġib in-​niket fuq il-​bnedmin, u huma se jimxu bħal għomja;+ għax dinbu kontra Ġeħova.+ U demmhom se jissawwab bħal trab,+ u msarinhom bħad-​demel.+ 18 La l-​fidda u lanqas id-​deheb tagħhom ma se jkunu jistgħu jeħilsuhom f’jum il-​qilla taʼ Ġeħova;+ imma bin-​nar taż-​żelu tiegħu l-​art kollha se tinbelaʼ,+ għax se jagħmel qerda sħiħa, tabilħaqq waħda terribbli, mill-​abitanti kollha taʼ l-​art.”+

2 Inġabru, iva, inġabru,+ O ġens bla mistħija.+ 2 Qabel ma l-​istatut jiled xi ħaġa,+ qabel ma l-​jum ikun għadda bħal karfa, qabel ma tiġi fuqkom ir-​rabja taħraq taʼ Ġeħova,+ qabel ma jiġi fuqkom jum ir-​rabja taʼ Ġeħova,+ 3 fittxu lil Ġeħova,+ intom il-​ġwejdin kollha taʼ l-​art,+ li wettaqtu d-​deċiżjonijiet ġudizzjarji Tiegħu. Fittxu s-​sewwa,+ fittxu li tkunu ġwejdin.+ Probabbilment+ tkunu tistgħu tinħbew f’jum ir-​rabja taʼ Ġeħova.+ 4 Għax Gaża se ssir belt abbandunata;+ u Askelon issir ħerba.+ Asdod,+ sewwasew f’nofsinhar se jkeċċuha ’l barra;+ u Għekron tinqalaʼ mill-​għeruq.+

5 “Gwaj għal dawk li jgħammru fir-​reġjun tal-​baħar, il-​ġens tal-​Keretin!+ Il-​kelma taʼ Ġeħova hi kontrikom. O Kangħan, l-​art tal-​Filistin, se neqred lilek ukoll, sabiex ħadd ma jgħammar fik.+ 6 U r-​reġjun tal-​baħar isir mergħat,+ bi bjar għar-​rgħajja u mqawel tal-​ġebel għan-​nagħaġ. 7 U għad isir reġjun għal dawk li jifdal minn dar Ġuda.+ Minn hemm se jieklu huma. Fid-​djar t’Askelon, fil-​għaxija, huma se jimteddu fil-​wisaʼ. Għax Ġeħova Alla tagħhom se jitfaʼ l-​attenzjoni tiegħu fuqhom+ u se jiġbor lura lill-​imjassrin tagħhom.”+

8 “Smajt it-​tmaqdir minn Mowab+ u t-​tgħajjir taʼ wlied Għammon,+ li bih maqdru lill-​poplu tiegħi u bi kburija kbira lissnu theddid kontra t-​territorju tiegħu. 9 Għalhekk, daqskemm jien ħaj,”+ hija l-​kelma taʼ Ġeħova taʼ l-​armati, l-​Alla taʼ Israel, “Mowab issir bħal Sodoma,+ u wlied Għammon+ bħal Gomorra, post tal-​ħurrieq, u ħofra tal-​melħ, u art abbandunata, iva, għal żmien indefinit.*+ Dawk li jifdal mill-​poplu tiegħi se jisirquhom, u l-​fdal tal-​ġens tiegħi se jiħodhom taħt idejh.+ 10 Dan se jieħdu minflok il-​kburija tagħhom,+ talli maqdru u baqgħu jitkabbru kontra l-​poplu taʼ Ġeħova taʼ l-​armati.+ 11 Ġeħova se jqanqal il-​biżaʼ fihom;+ għax hu se jnixxef lill-​allat kollha taʼ l-​art,+ u n-​nies se jmilu quddiemu,+ kull wieħed mill-​post tiegħu, il-​gżejjer kollha tal-​ġnus.+

12 “Intom ukoll, Etjopjani,+ intom se tinqatlu bis-​sejf tiegħi.”+

13 “U hu se jmidd idu lejn it-​tramuntana u jeqred lill-​Assirja.+ U jagħmel lil Ninwe ħerba,+ reġjun bla ilma bħax-​xagħri. 14 U f’nofsha, il-​qtajjaʼ taʼ l-​annimali se jimteddu fil-​wisaʼ, l-​annimali salvaġġi kollha tal-​ġnus.+ Kemm il-​pellikan u kemm il-​porkuspin+ se jqattgħu l-​lejl fost il-​kaptelli tal-​kolonni tagħha.+ Leħen joqgħod ikanta fit-​tieqa. U jkun hemm ħerba sħiħa fuq l-​għatba; għax hu se jaqlaʼ saħansitra l-​injam minn mal-​ħajt.+ 15 Din hi l-​belt ferriħija li kienet bil-​qiegħda fis-​sigurtà,+ li kienet tgħid f’qalbha, ‘Jien biss, u m’hemm ħadd ħliefi.’+ O kif saret oġġett taʼ stagħġib, post fejn l-​annimali salvaġġi jimteddu fil-​wisaʼ! Kulmin jgħaddi minn ħdejha se jsaffar bi stagħġib; se jxejjer idu diżgustat.”+

3 Gwaj għaliha dik li qed tirribella u titniġġes, il-​belt oppressiva!+ 2 Ma semgħetx minn leħen;+ m’aċċettatx id-​dixxiplina.+ Ma fdatx f’Ġeħova.+ Ma resqitx qrib lejn Alla tagħha.+ 3 Il-prinċpijiet tagħha f’nofsha kienu ljuni jgħajtu.+ L-​imħallfin tagħha kienu lpup taʼ fil-​għaxija li ma baqgħux igerrmu l-​għadam sa fil-​għodu.+ 4 Il-profeti tagħha kienu insolenti, kienu rġiel tradituri.+ Il-​qassisin tagħha kasbru dak li kien qaddis; kisru l-​liġi.+ 5 Ġeħova kien ġust f’nofsha;+ m’għamel ebda inġustizzja.+ Kull fil-​għodu baqaʼ jagħtihom id-​deċiżjonijiet ġudizzjarji tiegħu.+ Mad-​dawl taʼ l-​għodwa ma kinitx tkun nieqsa.+ Imma l-​inġust ma kienx jaf x’inhi mistħija.+

6 “Jien qaċċatt il-​ġnus; it-​torrijiet tagħhom tal-​kantunieri ntgħamlu ħerba. Ħarbatt it-​toroq tagħhom, u b’hekk ma kien hemm ħadd għaddej minnhom. Il-​bliet tagħhom ġew abbandunati, u b’hekk ma kien hemm ebda bniedem fihom, ebda abitant.+ 7 Jien għedt lill-​belt, ‘Żgur li int se tibżaʼ minni; se taċċetta d-​dixxiplina’;+ u b’hekk il-​post fejn tgħammar ma jinqeridx+ minħabba dak kollu li se nitlob kont tiegħu minnha.+ Imma tabilħaqq huma kienu ħfief biex jagħmlu l-​ħsara.+

8 “‘Għalhekk ibqgħu stennewni,’+ hija l-​kelma taʼ Ġeħova, ‘sal-​jum li fih inqum biex naħtaf il-​priża,+ għax id-​deċiżjoni ġudizzjarja tiegħi hi li niġbor il-​ġnus,+ li niġmaʼ flimkien saltniet, sabiex insawwab fuqhom il-​kundanna tiegħi,+ ir-​rabja taħraq kollha tiegħi; għax bin-​nar taż-​żelu tiegħi l-​art kollha se tinbelaʼ.+ 9 Għax f’dak iż-​żmien se nagħti lill-​popli l-​bidla għal lingwa pura,+ biex ilkoll isejħu isem Ġeħova,+ biex jaqduh spalla maʼ spalla.’+

10 “Dawk li qed jitolbuni bil-​ħrara, jiġifieri, l-​imxerrdin tiegħi, se jġibuli għotja+ mir-​reġjun tax-​xmajjar taʼ l-​Etjopja. 11 F’dak il-​jum m’intix se tistħi minħabba l-​għemejjel kollha tiegħek li bihom inqast kontrija,+ għax imbagħad jien se nneħħi minn nofsok lil dawk li ferħu b’suppervja;+ u qatt iktar ma se tkun supperva fuq il-​muntanja qaddisa tiegħi.+ 12 U se nħalli f’nofsok poplu umli u ġwejjed,+ u huma se jistkennu fl-​isem taʼ Ġeħova.+ 13 U dawk li jifdal minn Israel+ ma se jagħmlu ebda inġustizzja,+ lanqas ma se jgħidu xi gidba+ jew jinstab f’fommhom ilsien qarrieq;+ għax huma nfushom se jieklu u jimteddu fil-​wisaʼ,+ u ma jkunx hemm min ibeżżagħhom.”+

14 Għajjat bil-​ferħ, O bint Sijon! Infexx f’tifħir,+ O Israel! Thenna u ifraħ b’qalbek kollha, O bint Ġerusalemm!+ 15 Ġeħova neħħa l-​ġudizzji minn fuqek.+ Hu biegħed l-​għadu tiegħek.+ Is-​sultan taʼ Israel, Ġeħova, qiegħed f’nofsok.+ M’intix se tibżaʼ iktar mill-​gwaj.+ 16 F’dak il-​jum se jingħad lil Ġerusalemm: “Tibżax, O Sijon.+ Ħa ma jintelqux idejk.+ 17 Ġeħova Alla tiegħek qiegħed f’nofsok. Bħala Wieħed setgħan, hu se jagħtik salvazzjoni.+ Se jithenna minħabba fik b’ferħ kbir.+ Se jistrieħ għax ikun sodisfatt bl-​imħabba li wriek. Se jifraħ minħabba fik b’għajat hieni.

18 “Se niġbor flimkien+ lil dawk milqutin min-​niket+ għax ma kinux hemmhekk fl-​istaġun tiegħek tal-​festi; ma kinux miegħek, għax ġarrew it-​tmaqdir tagħhom.+ 19 Ara, f’dak iż-​żmien+ se naġixxi kontra dawk kollha li ġegħluk issofri; u se nsalva lil dik li qed izzappap+ u niġbor flimkien lil dawk li huma mxerrdin.+ U nara li jkollhom tifħir u isem tajjeb fl-​art kollha fejn ġew imġegħlin jistħu. 20 F’dak iż-​żmien se ndaħħalkom ġewwa, iva, fiż-​żmien meta niġborkom flimkien. Għax se nġegħelkom tkunu msemmijin u mfaħħrin fost il-​popli kollha taʼ l-​art, meta niġbor lura lill-​imjassrin tagħkom quddiem għajnejkom,” qal Ġeħova.+

Ifisser “Jah Ħeba [jew, Ħażen bħal Teżor].”

Letteralment, “qaddes.”

Jew, “podju”; jew, “għatba.” X’aktarx, il-​pjattaforma tat-​tron tas-​sultan.

Milli jidher din kienet sezzjoni taʼ Ġerusalemm ħdejn Bieb il-​Ħut u l-​parti l-​ġdida tal-​belt.

Ara Ġen 3:22, in-​nota taʼ taħt.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja