LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • bi12 Ħaggaj 1:1-2:23
  • Ħaggaj

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Ħaggaj
  • Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
Ħaggaj

Ħaggaj*

1 Fit-tieni sena tas-​Sultan Darju,+ fis-​sitt xahar, fl-​ewwel jum tax-​xahar, il-​kelma taʼ Ġeħova ġiet permezz taʼ Ħaggaj+ il-​profeta lil Żerubbabel,+ bin Saltijel,+ il-​gvernatur taʼ Ġuda,+ u lil Ġożwè,+ bin Ġeħosadak+ il-​qassis il-​kbir, tgħid:

2 “Hekk qal Ġeħova taʼ l-​armati,*+ ‘Dan il-​poplu qal: “Iż-​żmien għadu ma wasalx, iż-​żmien biex tinbena d-​dar taʼ Ġeħova.”’”+

3 U l-​kelma taʼ Ġeħova kompliet tiġi permezz taʼ Ħaggaj, il-​profeta, tgħid: 4 “Huwa issa ż-​żmien għalikom li tgħammru fid-​djar tagħkom miksijin bl-​injam,+ waqt li din id-​dar hija mitluqa?+ 5 U issa hekk qal Ġeħova taʼ l-​armati, ‘Ħallu lil qalbkom tikkunsidra triqatkom.+ 6 Intom żrajtu ħafna, imma tiġbru ftit.+ Tieklu, imma ma tixbgħux. Tixorbu, imma mhux sal-​punt li tiskru.+ Tilbsu, imma ħadd ma jisħon; u dak li qed jaħdem għall-​paga qed ipoġġi ħlasu f’borża mtaqqba.’”+

7 “Hekk qal Ġeħova taʼ l-​armati, ‘Ħallu lil qalbkom tikkunsidra triqatkom.’+

8 “‘Itilgħu fuq il-​muntanja u ġibu l-​injam.+ Ibnuli d-​dar+ biex hekk nieħu pjaċir biha+ u nkun glorifikat,’+ qal Ġeħova.”

9 “‘Fittixtu għal ħafna, imma sibtu biss ftit;+ u ġibtuh fi djarkom, u jien infaħt fuqu+—għal liema raġuni?’+ hija l-​kelma taʼ Ġeħova taʼ l-​armati. ‘Minħabba li dari hija mitluqa, filwaqt li intom tiġru, kull wieħed biex jieħu ħsieb daru stess.+ 10 Għalhekk, is-​smewwiet żammew lura minn fuqkom in-​nida tagħhom, u l-​art ma tatx il-​frott tagħha.+ 11 U jien bqajt insejjaħ għan-​nixfa fuq l-​art, fuq il-​muntanji, fuq il-​qmuħ, fuq l-​inbid ġdid,+ fuq iż-​żejt, fuq dak li tnibbet l-​art, fuq il-​bniedem, fuq l-​annimal domestiku, u fuq it-​taħbit kollu taʼ idejkom.’”+

12 U Żerubbabel,+ bin Saltijel, u Ġożwè, bin Ġeħosadak+ il-​qassis il-​kbir, u dawk kollha li kien fadal mill-​poplu bdew jagħtu widen għal-​leħen taʼ Ġeħova Alla tagħhom,+ u għall-​kliem taʼ Ħaggaj,+ il-​profeta, għax kien Ġeħova Alla tagħhom li bagħtu; u n-​nies bdew jibżgħu minħabba Ġeħova.+

13 U Ħaggaj il-​messaġġier+ taʼ Ġeħova kompla jkellem lill-​poplu skond l-​inkarigu li ngħata minn Ġeħova bħala messaġġier,+ u qal: “‘Jien magħkom,’+ hija l-​kelma taʼ Ġeħova.”

14 U Ġeħova qanqal l-​ispirtu+ taʼ Żerubbabel, bin Saltijel, il-​gvernatur taʼ Ġuda, u l-​ispirtu taʼ Ġożwè,+ bin Ġeħosadak il-​qassis il-​kbir, u l-​ispirtu taʼ dawk kollha li kien fadal mill-​poplu; u huma ġew biex jagħmlu x-​xogħol fid-​dar taʼ Ġeħova taʼ l-​armati, Alla tagħhom.+ 15 Dan kien fl-​erbgħa u għoxrin jum tas-​sitt xahar fit-​tieni sena tas-​Sultan Darju.+

2 Fis-sebaʼ+ xahar, fil-​wieħed u għoxrin jum tax-​xahar, il-​kelma taʼ Ġeħova ġiet permezz taʼ Ħaggaj,+ il-​profeta, tgħid: 2 “Għid, jekk jogħġbok, lil Żerubbabel,+ bin Saltijel,+ il-​gvernatur taʼ Ġuda,+ u lil Ġożwè,+ bin Ġeħosadak+ il-​qassis il-​kbir, u lil dawk li fadal mill-​poplu, għidilhom, 3 ‘Min għad fadal fostkom li ra din id-​dar fil-​glorja li kellha qabel?+ U kif qed tarawha issa? F’għajnejkom qisha m’hi xejn imqabbla maʼ kif kienet qabel, hux tassew?’+

4 “‘Imma issa agħmel il-​ħila, O Żerubbabel,’ hija l-​kelma taʼ Ġeħova, ‘u agħmel il-​ħila,+ O Ġożwè, bin Ġeħosadak il-​qassis il-​kbir.’

“‘U agħmlu l-​ħila, intom in-​nies kollha tal-​pajjiż,’ hija l-​kelma taʼ Ġeħova, ‘u aħdmu.’+

“‘Għax jien magħkom,’+ hija l-​kelma taʼ Ġeħova taʼ l-​armati. 5 ‘Ftakru fil-​ħaġa li għamilt patt dwarha magħkom meta ħriġtu mill-​Eġittu,+ u meta l-​ispirtu tiegħi+ kien fostkom. Tibżgħux.’”+

6 “Għax hekk qal Ġeħova taʼ l-​armati, ‘Għal darb’oħra—fi ftit żmien ieħor+—irriegħed is-​smewwiet u l-​art u l-​baħar u l-​art niexfa.’+

7 “‘U se rriegħed il-​ġnus kollha, u jidħlu l-​affarijiet mixtiqin tal-​ġnus kollha;+ u nimla din id-​dar bil-​glorja,’+ qal Ġeħova taʼ l-​armati.

8 “‘Tiegħi l-​fidda u tiegħi d-​deheb,’+ hija l-​kelma taʼ Ġeħova taʼ l-​armati.

9 “‘Il-​glorja taʼ din id-​dar taʼ issa se tkun akbar minn taʼ dik taʼ qabel,’+ qal Ġeħova taʼ l-​armati.

“‘U f’dan il-​post se nagħti l-​paċi,’+ hija l-​kelma taʼ Ġeħova taʼ l-​armati.”

10 Fl-erbgħa u għoxrin jum tad-​disaʼ xahar, fit-​tieni sena taʼ Darju, il-​kelma taʼ Ġeħova ġiet għand Ħaggaj,+ il-​profeta, tgħid: 11 “Hekk qal Ġeħova taʼ l-​armati, ‘Staqsi, jekk jogħġbok, lill-​qassisin dwar il-​liġi,+ u għidilhom: 12 “Jekk raġel iġorr laħam qaddis fi djul ilbiesu u jmiss bi lbiesu ħobż jew soppa jew inbid jew żejt jew xi tip taʼ ikel, se jitqaddes dan?”’”+

U l-​qassisin wieġbu u qalu: “Le!”

13 U Ħaggaj qal: “Jekk xi ħadd ma jibqax nadif minħabba li jkun mess xi ruħ mejta u jmiss xi waħda minn dawn l-​affarijiet, din ma tibqax nadifa, hux tassew?”+

Bi tweġiba l-​qassisin qalu: “Iva, ma tibqax nadifa.”

14 Għaldaqstant, Ħaggaj wieġeb u qal: “‘Hekk hu dan il-​poplu, u hekk hu dan il-​ġens quddiemi,’+ hija l-​kelma taʼ Ġeħova, ‘u hekk hu x-​xogħol kollu taʼ idejhom, u kulma jippreżentaw hemmhekk. M’huwiex nadif.’+

15 “‘Imma issa, jekk jogħġobkom, ħallu lil qalbkom+ tikkunsidra dan mil-​lum ’il quddiem, x’kien qed jiġri qabel ma tpoġġiet ġebla fuq oħra fit-​tempju taʼ Ġeħova,+ 16 minn meta ġraw dawn l-​affarijiet—wieħed ġie għal munzell t’għoxrin kejl, u sab li kien hemm għaxra; wieħed ġie lejn il-​magħsar taʼ l-​inbid biex jiġbed minnu ħamsin kejl, u sab li kien hemm għoxrin;+ 17 jien ilqattkom bit-​taħsir taʼ riħ jaħraq,+ bil-​moffa,+ u bis-​silġ,+ iva, lix-​xogħol kollu taʼ idejkom,+ u ma kien hemm ħadd minnkom li dar lejja,’+ hija l-​kelma taʼ Ġeħova—

18 “‘Jekk jogħġobkom, ħallu lil qalbkom+ tikkunsidra dan mil-​lum ’il quddiem, mill-​erbgħa u għoxrin jum tad-​disaʼ xahar, minn dakinhar li tqiegħed il-​pedament tat-​tempju taʼ Ġeħova;+ ħallu lil qalbkom tikkunsidra dan: 19 Għad hemm iż-​żerriegħa fil-​maħżen tal-​qmuħ?+ U d-​dielja u t-​tina u r-​rummiena u ż-​żebbuġa ma tawx frott, hux tassew? Minn dan il-​jum jien se nberikkom.’”+

20 U l-​kelma taʼ Ġeħova ġiet għat-​tieni darba għand Ħaggaj+ fl-​erbgħa u għoxrin jum tax-​xahar,+ tgħid: 21 “Għid lil Żerubbabel, il-​gvernatur taʼ Ġuda,+ ‘Se rriegħed is-​smewwiet u l-​art.+ 22 U se nwaqqaʼ t-​tron taʼ saltniet u nġib fix-​xejn is-​saħħa tas-​saltniet tal-​ġnus;+ u se naqleb il-​karru u r-​rikkieba tiegħu, u ż-​żwiemel u r-​rikkieba tagħhom żgur li se jaqgħu,+ kull wieħed bis-​sejf taʼ ħuh.’”+

23 “‘F’dak il-​jum,’ hija l-​kelma taʼ Ġeħova taʼ l-​armati, ‘jien se nieħdok, O Żerubbabel,+ bin Saltijel,+ il-​qaddej tiegħi,’ hija l-​kelma taʼ Ġeħova; ‘u nagħmlek bħal ċurkett tas-​siġill,+ għax lilek għażilt,’+ hija l-​kelma taʼ Ġeħova taʼ l-​armati.”+

Ifisser “Imwieled f’Jum taʼ Festa.”

L-espressjoni “Ġeħova taʼ l-​armati” tidher 14-il darba fil-​profezija taʼ Ħaggaj.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja