LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • bi12 Malakija 1:1-4:6
  • Malakija

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Malakija
  • Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
Malakija

Malakija*

1 Dikjarazzjoni:

Il-kelma taʼ Ġeħova+ dwar Israel permezz taʼ Malakija:

2 “Ħabbejtkom,”+ qal Ġeħova.

U intom għedtu: “B’liema mod ħabbejtna?”+

“Ma kienx Għesaw ħu Ġakobb?”+ hija l-​kelma taʼ Ġeħova. “Imma jien ħabbejt lil Ġakobb,+ 3 u bgħadt lil Għesaw;+ u fl-​aħħar għamilt il-​muntanji tiegħu art abbandunata+ u l-​wirt tiegħu għax-​xakalli tax-​xagħri.”+

4 “Minħabba li Edom* jibqaʼ jgħid, ‘Aħna ġejna mfarrkin, imma se niġu lura u nibnu l-​postijiet imħarbtin,’ hekk qal Ġeħova taʼ l-​armati,* ‘Huma, min-​naħa tagħhom, se jibnu; imma jien, min-​naħa tiegħi, se nġarraf.+ U n-​nies se jsejħulhom “it-​territorju tal-​ħażen” u “l-​poplu li Ġeħova kkundannah+ għal żmien indefinit.”* 5 Għajnejkom stess se jarawh dan, u intom infuskom se tgħidu: “Jalla Ġeħova jkun imfaħħar bil-​kbir fit-​territorju taʼ Israel.”’”+

6 “‘Iben jonora lil missieru;+ u qaddej, lil sidu.+ Mela jekk jien missier,+ fejn hu l-​unur li jistħoqqli?+ U jekk jien Sid, fejn hu l-​biżaʼ+ minni?’ qalilkom Ġeħova taʼ l-​armati, O qassisin li qed tistmerru ismi.+

“‘U intom għedtu: “B’liema mod stmerrejna ismek?”’

7 “‘Billi tippreżentaw fuq l-​artal tiegħi ħobż imniġġes.’+

“‘U intom għedtu: “B’liema mod niġġisniek?”’

“‘Billi tgħidu: “Il-​mejda+ taʼ Ġeħova hi oġġett taʼ stmerrija.”+ 8 U meta tippreżentaw annimal agħma bħala sagrifiċċju: “M’hemm xejn ħażin.” U meta tippreżentaw annimal zopp jew wieħed marid: “M’hemm xejn ħażin.”’”+

“Jekk jogħġbok, ħudu lill-​gvernatur tiegħek. Se jieħu pjaċir bik, jew se jilqgħek b’qalb tajba?” qal Ġeħova taʼ l-​armati.

9 “U issa, jekk jogħġobkom, taffu l-​korla+ t’Alla, biex iħenn għalina.+ Huma idejkom li għamlu dan. Se jilqaʼ lil xi ħadd minnkom b’qalb tajba?” qal Ġeħova taʼ l-​armati.

10 “Barra minn hekk, min hemm fostkom li jagħlaq il-​bibien+ jew jixgħel l-​artal tiegħi bla ma jieħu xejn?+ Ma nsib l-​ebda għaxqa fikom,” qal Ġeħova taʼ l-​armati, “u ma niħux pjaċir bl-​offerta bħala għotja minn idkom.”+

11 “Għax minn tlugħ ix-​xemx sa nżulha ismi se jkun kbir fost il-​ġnus,+ u f’kull post se jiġi offrut id-​duħħan tas-​sagrifiċċji+ u ssir preżentazzjoni għal ismi, iva, għotja nadifa;+ għax ismi se jkun kbir fost il-​ġnus,”+ qal Ġeħova taʼ l-​armati.

12 “Imma intom qed tkasbruni+ billi tgħidu, ‘Il-​mejda taʼ Ġeħova hi xi ħaġa mniġġsa, u l-​frott tagħha, l-​ikel tagħha, huwa oġġett taʼ stmerrija.’+ 13 U intom għedtu, ‘Ara, xi dwejjaq!’+ u bdejtu tonfħu minħabba dan,” qal Ġeħova taʼ l-​armati. “U ġibtu annimal maħtuf, u dak li hu zopp, u dak li hu marid;+ iva, ġibtuh bħala għotja. Nistaʼ nieħu pjaċir nilqagħha minn idkom?”+ qal Ġeħova.

14 “Ikun misħut dak li jaġixxi b’makakkerija meta fil-​merħla tiegħu għandu annimal bla difett, imma lil Ġeħova jwiegħdu u jissagrifikalu wieħed difettuż.+ Għax jien Sultan kbir,”+ qal Ġeħova taʼ l-​armati, “u ismi se jqanqal il-​biżaʼ fost il-​ġnus.”+

2 “U issa dan il-​kmandament hu għalikom, O qassisin.+ 2 Jekk m’intomx se tisimgħu,+ u jekk m’intomx se ddaħħluha f’qalbkom+ li tagħtu glorja lil ismi,”+ qal Ġeħova taʼ l-​armati, “jien se nibgħat fuqkom is-​saħta,+ u se nisħet il-​barkiet tagħkom.+ Iva, jien diġà sħitthom, għax m’intomx iddaħħlu dan f’qalbkom.”

3 “Ara! Minħabba fikom qed inċanfar liż-​żerriegħa miżrugħa,+ u se ntajjar il-​ħmieġ taʼ l-​annimali għal wiċċkom, il-​ħmieġ tal-​festi tagħkom; u tinġarru miegħu. 4 U se jkollkom tkunu tafu li bgħattilkom dan il-​kmandament,+ sabiex il-​patt+ tiegħi maʼ Levi jkun jistaʼ jitkompla,”+ qal Ġeħova taʼ l-​armati.

5 “Miegħu kien il-​patt tiegħi, patt taʼ ħajja u paċi,+ u jien bqajt nagħtihomlu biex hekk ikollu l-​biżaʼ. U hu kompla jibżaʼ minni;+ iva, minħabba ismi twerwer.+ 6 Il-liġi tal-​verità kienet f’fommu,+ u ebda inġustizzja ma nstabet fuq xofftejh. Mexa miegħi bil-​paċi u b’mod rett,+ u ħafna kienu dawk li reġġagħhom lura mill-​iżball.+ 7 Għax xofftejn il-​qassis għandhom jaħżnu l-​għarfien, u minn fommu n-​nies għandhom ifittxu l-​liġi;+ għax hu l-​messaġġier taʼ Ġeħova taʼ l-​armati.+

8 “Imma intom—intom warrabtu mit-​triq.+ Intom ġegħeltu lil ħafna jitfixklu fil-​liġi.+ Intom irrovinajtu l-​patt taʼ Levi,”+ qal Ġeħova taʼ l-​armati. 9 “U jien ukoll, min-​naħa tiegħi, se nagħmilkom mistmerrin u bla ġieħ għan-​nies kollha+ daqskemm ma żammejtux maʼ triqati, imma wrejtu parzjalità fil-​liġi.”+

10 “Mhux missier wieħed għandna lkoll kemm aħna?+ Mhux Alla wieħed ħalaqna?+ Għala naġixxu bi tradiment bejnietna,+ billi nkasbru l-​patt taʼ missirijietna?+ 11 Ġuda aġixxa bi tradiment, u twettqet ħaġa mistkerrha f’Israel u f’Ġerusalemm;+ għax Ġuda kasbar il-​qdusija taʼ Ġeħova,+ li Hu ħabb, u ħa lil bint alla barrani biex jiżżewwiġha.+ 12 Ġeħova se jqaċċat mit-​tined taʼ Ġakobb lil kull wieħed li jagħmel dan,+ lil dak li hu mqajjem u lil dak li jwieġeb, u lil dak li jippreżenta offerta bħala għotja+ lil Ġeħova taʼ l-​armati.”

13 “U din hi t-​tieni ħaġa li intom tagħmlu, ħaġa li biha ġġiegħlu l-​artal taʼ Ġeħova jinkesa bid-​dmugħ, bil-​biki u bit-​tnehid, tant li l-​offerti tagħkom bħala għotja m’għadhomx jiġu aċċettati iżjed u xejn ma jintlaqaʼ minn idkom bi pjaċir.+ 14 U intom għedtu, ‘Minħabba liema ħaġa?’+ Minħabba dan, li Ġeħova nnifsu xehed bejnek u bejn il-​mara taʼ żgħożitek,+ li magħha int aġixxejt bi tradiment, għalkemm hi s-​sieħba tiegħek u l-​mara tal-​patt tiegħek.+ 15 U kien hemm wieħed li m’għamilx hekk, billi kellu dak li kien baqaʼ mill-​ispirtu. U x’kien qed ifittex dan? In-​nisel t’Alla.+ U intom oqogħdu attenti għall-​ispirtu tagħkom,+ u ħalli ħadd ma jaġixxi bi tradiment mal-​mara taʼ żgħożitu.+ 16 Għax hu bagħad id-​divorzju,”+ qal Ġeħova l-​Alla taʼ Israel; “u lil dak li kesa ħwejġu bil-​vjolenza,”+ qal Ġeħova taʼ l-​armati. “U oqogħdu attenti għall-​ispirtu tagħkom, u m’għandkomx taġixxu bi tradiment.+

17 “Għejjejtuh lil Ġeħova bi kliemkom,+ u għedtu, ‘B’liema mod għejjejnieh?’ Billi għedtu, ‘Kulmin qed jagħmel il-​ħażen hu tajjeb f’għajnejn Ġeħova, u b’uħud bħal dawn tgħaxxaq’;+ jew, ‘Fejn hu l-​Alla tal-​ġustizzja?’”+

3 “Ara! Qed nibgħat lill-​messaġġier tiegħi,+ u jrid iħejji triq quddiemi.+ U f’daqqa waħda jiġi fit-​tempju Tiegħu+ l-​Mulej il-​veru,*+ li lilu qegħdin tfittxu, u jiġi l-​messaġġier+ tal-​patt+ li bih titgħaxxqu.+ Ara! Jiġi żgur,” qal Ġeħova taʼ l-​armati.+

2 “Imma min se jissaporti jum il-​miġja tiegħu,+ u min se jiflaħ jieqaf meta jidher hu?+ Għax se jkun bħan-​nar tar-​raffinatur+ u bħas-​sapun*+ tal-​ħasselin.+ 3 U jrid joqgħod bil-​qiegħda bħala raffinatur u wieħed li jnaddaf il-​fidda+ u jnaddaf lil ulied Levi;+ u jrid isaffihom bħad-​deheb+ u bħall-​fidda, u jsiru għal Ġeħova nies li qed jippreżentaw offerta bħala għotja+ bis-​sewwa. 4 U l-​offerta bħala għotja mingħand Ġuda u Ġerusalemm se tkun togħġob lil Ġeħova,+ bħal fil-​jiem taʼ żmien twil ilu u bħal fis-​snin tal-​qedem.+

5 “U nersaq lejkom għall-​ġudizzju,+ u nsir xhud ħafif+ kontra s-​sħaħar,+ kontra l-​adulteri,+ kontra dawk li jaħilfu falz,+ u kontra dawk li jagħmlu frodi fil-​pagi tal-​ħaddiem+ u li jimbroljaw lill-​armla+ u lit-​tifel bla missier,+ u kontra dawk li jkeċċu lir-​resident barrani,+ filwaqt li huma ma jibżgħux minni,”+ qal Ġeħova taʼ l-​armati.

6 “Għax jien Ġeħova; jien ma nbdiltx.+ U intom ulied Ġakobb; intom ma ntemmejtux.+ 7 Minn jiem missirijietkom warrabtu r-​regolamenti tiegħi u ma ħaristuhomx.+ Erġgħu lura lejja, u jien nerġaʼ lura lejkom,”+ qal Ġeħova taʼ l-​armati.

U intom għedtu: “B’liema mod nerġgħu lura?”

8 “Jistaʼ l-​bniedem jisraq lil Alla? Imma intom tisirquni.”

U intom għedtu: “B’liema mod sraqniek?”

“Fl-​għexur u fil-​kontribuzzjonijiet. 9 Lili qed tisħtu+ b’saħta, u lili qed tisirqu—il-​ġens kollu kemm hu. 10 Ġibu l-​għexur kollha+ fil-​maħżen, biex ikun hemm l-​ikel f’dari;+ u għadduni minn prova, jekk jogħġobkom, f’dan ir-​rigward,”+ qal Ġeħova taʼ l-​armati, “u taraw jekk iniex se niftħilkom bwieb l-​għargħar tas-​smewwiet+ u nitfaʼ fuqkom xita taʼ barkiet sakemm ma jkun jonqoskom xejn iktar.”+

11 “U se nċanfrilkom lill-​wikkiel,+ u ma jirrovinalkomx il-​frott taʼ l-​art, lanqas id-​dielja fl-​għalqa ma tkunilkom bla frott,”+ qal Ġeħova taʼ l-​armati.

12 “U l-​ġnus kollha se jiddikjarawkom henjin,+ għax intom se ssiru pajjiż t’għaxqa,”+ qal Ġeħova taʼ l-​armati.

13 “Qawwi kien kliemkom kontrija,”+ qal Ġeħova.

U intom għedtu bejnietkom: “X’għedna kontrik?”+

14 “Intom għedtu, ‘Għalxejn taqdi ’l Alla.+ U x’jiswa li ħarisna l-​obbligu lejh, u li mxejna b’qalbna sewda minħabba Ġeħova taʼ l-​armati?+ 15 Issa qed niddikjaraw henjin lin-​nies prużuntużi.+ U wkoll, dawk li jagħmlu l-​ħażen inbnew.+ Barra minn hekk, jibqgħu jgħaddu lil Alla minn prova u jgħadduha lixxa.’”+

16 Dak iż-​żmien dawk li kellhom il-​biżaʼ taʼ Ġeħova+ tkellmu bejniethom, kull wieħed maʼ sieħbu, u Ġeħova ta kas u qagħad jismaʼ.+ U ktieb it-​tifkira beda jinkiteb quddiemu+ dwar dawk li għandhom il-​biżaʼ taʼ Ġeħova u dwar dawk li jaħsbu fuq ismu.+

17 “U jsiru tiegħi,”+ qal Ġeħova taʼ l-​armati, “dakinhar li nagħmilhom il-​proprjetà speċjali tiegħi.+ U nagħdirhom, sewwasew bħalma raġel jagħder lil ibnu li jaqdih.+ 18 U intom terġgħu taraw id-​distinzjoni bejn bniedem sewwa u wieħed mill-​agħar,+ bejn wieħed li jaqdi lil Alla u wieħed li ma qdiehx.”+

4 “Għax, ara, ġej il-​jum jaqbad bħall-​forn,+ u l-​prużuntużi kollha u dawk kollha li qed jagħmlu l-​ħażen iridu jsiru bħat-​tiben.*+ U l-​jum li ġej se jiblagħhom żgur,” qal Ġeħova taʼ l-​armati, “sabiex ma jħallilhom la għerq u lanqas fergħa.+ 2 U għalikom li għandkom il-​biżaʼ taʼ ismi se tiddi x-​xemx tas-​sewwa,+ bil-​fejqan fir-​raġġi* tagħha;+ u intom toħorġu u taqbżu bħal għoġiela msemmnin.”+

3 “U se tisħqu lil dawk mill-​agħar, għax se jsiru bħat-​trab taħt qiegħ saqajkom fil-​jum li naġixxi,”+ qal Ġeħova taʼ l-​armati.

4 “Ftakru fil-​liġi taʼ Mosè, il-​qaddej tiegħi, iva, ir-​regolamenti u d-​deċiżjonijiet ġudizzjarji, li jien ikkmandajtu għal Israel kollu fil-​Ħoreb.+

5 “Ara! Qed nibagħtilkom lil Elija l-​profeta+ qabel jiġi l-​jum il-​kbir taʼ Ġeħova, jum li jqanqal il-​biżaʼ.+ 6 U hu jdawwar lura qalb il-​missirijiet lejn uliedhom, u qalb l-​ulied lejn il-​missirijiet; li ma niġix u nolqot l-​art u nħarbatha.”*+

Ifisser “Il-​Messaġġier (Anġlu) Tiegħi.”

Isem ieħor mogħti lil Għesaw, skond Ġen 25:30; 36:1.

L-espressjoni “Ġeħova taʼ l-​armati” tidher 24 darba f’Malakija.

Ara Ġen 3:22, in-​nota taʼ taħt.

Dan jirreferi għal “Ġeħova taʼ l-​armati.”

Letteralment, “lissija.”

Letteralment, “qasbija.” Ara Eżo 5:12, in-​nota taʼ taħt.

Letteralment, “fil-​ġwienaħ.”

Jew, “niddedikaha għall-​qerda.” Ara Eżo 22:20, in-​nota taʼ taħt.

(Tmiem it-​traduzzjoni taʼ l-​Iskrittura Ebrajka-Aramajka,

segwita b’dik taʼ l-​Iskrittura Griega Kristjana)

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja