Skond Mattew*
1 Ktieb in-nisel+ taʼ Ġesù Kristu, bin David,+ bin Abraham:+
Iżakk nissel lil Ġakobb;+
Ġakobb nissel lil Ġuda+ u lil ħutu;
3 Ġuda nissel lil Pereż+ u lil Żeraħ minn Tamar;
Pereż nissel lil Ħesron;+
Ħesron nissel lil Ram;+
4 Ram nissel lil Għamminadab;
Għamminadab nissel lil Naħson;+
Naħson nissel lil Salmon;+
5 Salmon nissel lil Bogħaż minn Raħab;+
Bogħaż nissel lil Għobed minn Rut;+
Għobed nissel lil Ġesse;+
6 Ġesse nissel lil David+ is-sultan.+
David nissel lil Salamun+ minn mart Urija;
7 Salamun nissel lil Reħobogħam;+
Reħobogħam nissel lil Abija;
Ġeħosafat nissel lil Ġeħoram;+
Ġeħoram nissel lil Użżija;
9 Użżija nissel lil Ġotam;
Aħaż nissel lil Ħeżekija;+
10 Ħeżekija nissel lil Manasse;+
Amon+ nissel lil Ġosija;
11 Ġosija+ nissel lil Ġekonija+ u lil ħutu fi żmien l-eżilju lejn Babilonja.+
12 Wara l-eżilju lejn Babilonja, Ġekonija nissel lil Saltijel;+
Saltijel nissel lil Żerubbabel;+
13 Żerubbabel nissel lil Abijud;
Abijud nissel lil Eljakim;
Eljakim nissel lil Għażor;
14 Għażor nissel lil Sadok;
Sadok nissel lil Akim;
Akim nissel lil Eljud;
15 Eljud nissel lil Elegħażar;
Elegħażar nissel lil Mattan;
Mattan nissel lil Ġakobb;
16 Ġakobb nissel lil Ġużeppi r-raġel taʼ Marija, li minnha twieled+ Ġesù, li jgħidulu Kristu.+
17 Mela, il-ġenerazzjonijiet kollha minn Abraham sa David kienu erbatax, u minn David sa l-eżilju lejn Babilonja erbatax, u mill-eżilju lejn Babilonja sal-Kristu erbatax.
18 Imma t-twelid taʼ Ġesù Kristu kien hekk: Fiż-żmien li ommu Marija kienet imwiegħda+ fiż-żwieġ lil Ġużeppi, qabel ma ngħaqdu flimkien, ħarġet tqila mill-ispirtu qaddis.+ 19 Madankollu, żewġha Ġużeppi, peress li kien raġel sewwa u ma riedx javveliha quddiem in-nies,+ għamel il-ħsieb li jiddivorzjaha*+ bil-moħbi. 20 Imma wara li qagħad jaħseb dwar dan, ara, l-anġlu taʼ Ġeħova deherlu f’ħolma, u qallu: “Ġużeppi, bin David, tibżax tieħu għandek lil martek Marija, għax dak li tnissel fiha hu mill-ispirtu qaddis.+ 21 Hi tiled iben, u int issemmih Ġesù,*+ għax hu jsalva+ lill-poplu tiegħu+ minn dnubiethom.”+ 22 Dan kollu fil-fatt ġara biex iseħħ dak li ntqal minn Ġeħova+ permezz tal-profeta tiegħu:+ 23 “Ara! Il-verġni+ toħroġ tqila u tiled iben, u jsemmuh Emmanuwel,”+ isem li meta jiġi tradott ifisser “Magħna Hu Alla.”+
24 Imbagħad Ġużeppi qam mill-irqad u għamel kif kien ordnalu l-anġlu taʼ Ġeħova, u ħa lil martu għandu. 25 Imma ma kellux x’jaqsam magħha+ sakemm wildet iben;+ u semmieh Ġesù.+
2 Wara t-twelid taʼ Ġesù f’Betlehem+ tal-Lhudija fi żmien is-sultan Erodi,*+ ara, astroloġi+ mil-lvant ġew Ġerusalemm, 2 u qalu: “Fejn hu s-sultan+ tal-Lhud li twieled? Għax rajna l-kewkba tiegħu+ meta konna fil-lvant, u ġejna nuruh rispett.” 3 Malli semaʼ dan is-Sultan Erodi tħawwad, u Ġerusalemm kollha miegħu. 4 Laqqaʼ flimkien lill-qassisin ewlenin u lill-iskribi kollha tal-poplu biex jitkixxef mingħandhom fejn kellu jitwieled il-Kristu.* 5 Huma qalulu: “F’Betlehem+ tal-Lhudija; għax hekk inkiteb permezz tal-profeta, 6 ‘U int, O Betlehem+ taʼ l-art taʼ Ġuda, bl-ebda mod m’int l-inqas belt fost il-ħakkiema taʼ Ġuda; għax minnek joħroġ ħakkiem,+ li jirgħa+ lill-poplu tiegħi, Israel.’”
7 Imbagħad Erodi bagħat għall-astroloġi bil-moħbi u tkixxef bir-reqqa mingħandhom iż-żmien meta dehret il-kewkba; 8 bagħathom lejn Betlehem, u qalilhom: “Morru fittxu bir-reqqa lit-tifel, u meta ssibuh ejjew għiduli, ħalli jien ukoll inkun nistaʼ mmur nurih rispett.”+ 9 Wara li semgħu kliem is-sultan, telqu għal triqithom; u, ara, il-kewkba li kienu raw meta kienu fil-lvant+ imxiet qabilhom, sakemm waqfet fejn kien hemm it-tifel ċkejken. 10 Malli raw il-kewkba tieqaf riedu jtiru bil-ferħ. 11 U x’ħin daħlu fid-dar raw lit-tifel m’ommu Marija, u nxteħtu fl-art biex juruh rispett. Fetħu wkoll it-teżori tagħhom u tawh xi rigali, deheb, inċens, u mirra. 12 Madankollu, peress li f’ħolma ngħataw twissija+ minn Alla biex ma jerġgħux lura għand Erodi, irritornaw lejn pajjiżhom minn triq oħra.
13 Wara li telqu, ara, l-anġlu+ taʼ Ġeħova deher f’ħolma lil Ġużeppi, u qallu: “Qum, ħu lit-tifel u lil ommu u aħrab lejn l-Eġittu, u ibqaʼ hemmhekk sakemm ngħidlek; għax Erodi se jfittex lit-tifel biex jeqirdu.” 14 Għalhekk, qam u matul il-lejl ħa miegħu lit-tifel u lil ommu u telaq lejn l-Eġittu, 15 u baqaʼ hemmhekk sal-mewt t’Erodi, sabiex jitwettaq+ dak li qal Ġeħova permezz tal-profeta tiegħu: “Mill-Eġittu+ sejjaħt lil ibni.”
16 Imbagħad Erodi, malli ra li l-astroloġi kienu daħqu bih, għadab bl-ikrah, u bagħat joqtol f’Betlehem u fid-distretti kollha tagħha lis-subien kollha minn sentejn ’l isfel, skond iż-żmien li kien tkixxef bir-reqqa mingħand l-astroloġi.+ 17 U hekk twettaq dak li ntqal permezz tal-profeta Ġeremija: 18 “F’Rama+ nstemaʼ leħen, biki u ħafna lfiq; kienet Rakele+ qed tibki lil uliedha, u ma riditx titfarraġ, għax m’għadhomx iżjed.”
19 Meta miet Erodi, ara, l-anġlu taʼ Ġeħova deher f’ħolma+ lil Ġużeppi fl-Eġittu 20 u qallu: “Qum, ħu lit-tifel u lil ommu u itlaq lejn l-art taʼ Israel, għax dawk li pprovaw jieħdu l-ħajja* tat-tifel mietu.” 21 Għalhekk, qam u ħa lit-tifel u lil ommu u daħal fl-art taʼ Israel. 22 Imma meta semaʼ li Arkelaw kien qed isaltan fil-Lhudija minflok missieru Erodi, beżaʼ jmur hemmhekk. Iktar minn hekk, peress li f’ħolma+ ngħata twissija minn Alla, telaq lejn it-territorju tal-Galilija,+ 23 u mar joqgħod f’belt jisimha Nazaret,+ sabiex jitwettaq dak li ntqal permezz tal-profeti: “Jissejjaħ Nazzarenu.”+
3 F’dawk il-jiem ġie Ġwanni l-Battista+ jippriedka fix-xagħri+ tal-Lhudija, 2 u jgħid: “Indmu,+ għax qorbot+ is-saltna tas-smewwiet.” 3 Dan, fil-fatt, hu l-wieħed li tkellem dwaru l-profeta+ Isaija meta qal: “Ismaʼ! Xi ħadd qed jgħajjat fix-xagħri, ‘Ħejju+ t-triq taʼ Ġeħova! Iddrittaw triqatu.’” 4 Dan Ġwanni kellu lbiesu mix-xagħar+ tal-ġemel u ħżiem+ tal-ġild madwar ġenbejh; u kien jiekol ġurati+ u għasel salvaġġ.+ 5 Imbagħad Ġerusalemm u l-Lhudija kollha u l-pajjiż kollu madwar il-Ġordan marru għandu, 6 u n-nies tgħammdu minnu fix-Xmara Ġordan,+ waqt li stqarrew quddiem kulħadd li kienu midinbin.
7 Meta lemaħ ħafna mill-Fariżej u s-Sadduċej+ ġejjin għall-magħmudija, qalilhom: “Ja nisel il-lifgħat,+ min uriekom kif taħarbu mill-korla+ li ġejja? 8 Agħmlu mela frott li jixraq lill-indiema;+ 9 u tażżardawx tgħidu fikom infuskom, ‘Bħala missierna għandna lil Abraham.’+ Għax jien ngħidilkom li Alla kapaċi jqajjem ulied lil Abraham+ minn dan il-ġebel. 10 Il-mannara+ diġà qiegħda maʼ l-għeruq tas-siġar; għalhekk, kull siġra li ma tagħmilx frott tajjeb titqaċċat+ u tintefaʼ fin-nar.+ 11 Jien, ngħid għalija, ngħammidkom bl-ilma+ minħabba l-indiema tagħkom;+ imma dak li ġej+ warajja hu b’saħħtu iktar minni, u jien ma jistħoqqlix inneżżagħlu s-sandli minn saqajh.+ Dan jgħammidkom bl-ispirtu qaddis+ u bin-nar.+ 12 Il-midra* qiegħda f’idu, u jnaddaf għalkollox il-qiegħa tiegħu, u jiġbor il-qamħ fil-maħżen,+ imma l-karfa jaħraqha+ b’nar li ma jistax jintefa.”
13 Imbagħad Ġesù ġie l-Ġordan mill-Galilija+ għand Ġwanni biex jitgħammed.+ 14 Imma dan ipprova jwaqqfu, u qallu: “Jien għandi bżonn nitgħammed minnek, u ġejt int għandi?” 15 U Ġesù wieġeb u qallu: “Ħa jkun hekk din id-darba, għax b’dan il-mod hu xieraq biex nagħmlu kulma hu sewwa.”+ Imbagħad ħallieh jitgħammed. 16 Wara li tgħammed, Ġesù minnufih telaʼ mill-ilma; u, ara, is-smewwiet infetħu,+ u hu* ra l-ispirtu t’Alla nieżel bħal ħamiema+ u ġej fuqu.+ 17 U, ara! Instemaʼ wkoll leħen+ mis-smewwiet jgħid: “Dan hu Ibni,+ il-maħbub,+ li lilu jien approvajt.”+
4 Imbagħad Ġesù ttieħed mill-ispirtu fix-xagħri+ biex jiġi ttantat+ mix-Xitan. 2 Wara li kien sam erbgħin jum u erbgħin lejl,+ qabdu l-ġuħ. 3 U ġie t-Tentatur+ u qallu: “Jekk int bin Alla,+ għid lil dan il-ġebel isir ħobż.” 4 Imma hu wieġeb u qallu: “Hu miktub, ‘Il-bniedem mhux bil-ħobż biss jgħix, imma wkoll b’kull kelma li toħroġ minn fomm Ġeħova.’”+
5 Imbagħad ix-Xitan ħadu miegħu ġewwa l-belt qaddisa,+ u tellgħu fuq l-ogħla ħajt tat-tempju 6 u qallu: “Jekk int bin Alla, inxteħet għal isfel;+ għax hu miktub, ‘Hu jagħti kmand dwarek lill-anġli tiegħu, u huma jġorruk fuq idejhom, biex ma taħbatx sieqek maʼ xi ġebla.’”+ 7 Ġesù qallu: “Jerġaʼ hu miktub, ‘Tgħaddix lil Ġeħova Alla tiegħek minn prova.’”+
8 Mill-ġdid ix-Xitan ħadu miegħu fuq muntanja għolja ħafna, u wrieh is-saltniet kollha tad-dinja+ u l-glorja tagħhom, 9 u qallu: “Dawn l-affarijiet kollha nagħtihomlok+ jekk int tinxteħet fl-art u tagħmilli att taʼ qima.”+ 10 Imbagħad Ġesù qallu: “Mur ’l hemm, Satana! Għax hu miktub, ‘Qim+ lil Ġeħova Alla tiegħek, u lilu biss+ agħti servizz sagru.’”+ 11 Imbagħad ix-Xitan ħallieh,+ u, ara, ġew l-anġli u bdew jaqduh.+
12 Issa, meta semaʼ li Ġwanni kien ġie arrestat,+ irritorna lejn il-Galilija.+ 13 U wara li telaq minn Nazaret, mar joqgħod Kafarnahum+ ħdejn il-baħar fid-distretti taʼ Żebulun u Naftali,+ 14 biex ikun jistaʼ jitwettaq dak li ntqal permezz tal-profeta Isaija: 15 “O art taʼ Żebulun u art taʼ Naftali, fit-triq taʼ mal-baħar, fuq in-naħa l-oħra tal-Ġordan, il-Galilija+ tal-ġnus! 16 In-nies li qegħdin fid-dlam+ raw dawl kbir,+ u dawk li qegħdin fl-art taʼ dell il-mewt, idda+ dawl+ fuqhom.” 17 Minn dak iż-żmien ’il quddiem Ġesù beda jippriedka u jgħid: “Indmu,+ għax qorbot is-saltna+ tas-smewwiet.”
18 Waqt li kien miexi maʼ xatt il-baħar* tal-Galilija ra żewġ aħwa, Xmun+ li jgħidulu Pietru+ u ħuh Indrì, iniżżlu xibka tas-sajd fil-baħar, għax kienu sajjieda. 19 U qalilhom: “Ejjew warajja, u jien nagħmilkom sajjieda tal-bnedmin.”+ 20 Mill-ewwel abbandunaw ix-xbieki,+ u marru warajh. 21 Wara li telaq minn hemmhekk ra tnejn oħra+ li kienu aħwa, Ġakbu bin Żebedew+ u ħuh Ġwanni, fid-dgħajsa maʼ missierhom Żebedew, isewwu x-xbieki tagħhom, u sejħilhom. 22 Minnufih telqu d-dgħajsa u lil missierhom, u marru warajh.
23 Imbagħad mar idur+ il-Galilija+ kollha, jgħallem fis-sinagogi tagħhom+ u jippriedka l-aħbar tajba tas-saltna u jfejjaq kull xorta taʼ mard+ u kull xorta taʼ nuqqas taʼ saħħa fost in-nies. 24 U l-aħbar dwaru xterdet mas-Sirja+ kollha; u ġabulu lil dawk kollha li kienu magħdurin,+ imnikktin b’mard u wġigħ differenti, maħkumin mid-demonji, epilettiċi,+ u paralitiċi, u hu fejjaqhom. 25 Għaldaqstant marru warajh folol kbar mill-Galilija+ u mid-Dekapoli* u minn Ġerusalemm+ u mil-Lhudija u min-naħa l-oħra tal-Ġordan.
5 Meta ra l-folol telaʼ fuq il-muntanja; u wara li qagħad bil-qiegħda d-dixxipli tiegħu resqu lejh; 2 u fetaħ fommu u beda jgħallimhom u jgħid:
3 “Henjin dawk li huma konxji tal-bżonn spiritwali tagħhom,+ għax tagħhom+ hi s-saltna tas-smewwiet.
4 “Henjin l-imnikktin, għax għad jitfarrġu.+
5 “Henjin il-ġwejdin,+ għax għad jirtu l-art.+
6 “Henjin dawk li huma bil-ġuħ u bil-għatx+ għas-sewwa, għax għad jimtlew.+
7 “Henjin dawk li jħennu,+ għax għad jintwerew ħniena.
8 “Henjin dawk taʼ qalbhom safja,+ għax għad jaraw lil Alla.+
9 “Henjin dawk li jġibu l-paċi,+ għax għad jissejħu ‘wlied+ Alla.’
10 “Henjin dawk li ġew persegwitati+ minħabba s-sewwa, għax tagħhom hi s-saltna tas-smewwiet.
11 “Henjin intom meta n-nies iżebilħukom+ u jippersegwitawkom+ u bil-gideb jgħidu kull xorta taʼ ħażen kontrikom minħabba fija. 12 Thennew u aqbżu bil-ferħ,+ għax il-premju tagħkom+ hu kbir fis-smewwiet; għax hekk kienu jippersegwitawhom lill-profeti+ li ġew qabilkom.
13 “Intom il-melħ+ taʼ l-art; imma jekk il-melħ jitlef it-togħma tiegħu, kif se jerġaʼ jieħu l-imluħa tiegħu? Ma jibqaʼ tajjeb għal xejn ħlief biex jintrema barra+ u jintrifes min-nies.
14 “Intom id-dawl tad-dinja.+ Belt li tkun qiegħda fuq muntanja ma tistax tinħeba. 15 In-nies ma jixegħlux musbieħ biex iqegħduh taħt xi qoffa,+ imma fuq il-gandlier biex jiddi fuq dawk kollha fid-dar. 16 Hekk għandu jiddi d-dawl tagħkom+ quddiem il-bnedmin, biex jaraw l-għemejjel tajbin tagħkom+ u jagħtu glorja+ lil Missierkom li hu fis-smewwiet.
17 “Taħsbux li ġejt biex neqred il-Liġi+ jew il-Profeti. Ma ġejtx biex neqred imma biex inwettaq;+ 18 għax tassew ngħidilkom li iktar jgħaddu+ malajr is-sema u l-art milli b’xi mod titneħħa mil-Liġi l-iċken ittra jew tikka minn ittra u ma jseħħx+ kollox. 19 Għalhekk, kulmin jikser+ wieħed minn dawn l-iżgħar kmandamenti u lill-bnedmin jgħallimhom hekk, se jissejjaħ ‘l-iżgħar’ fejn għandha x’taqsam is-saltna tas-smewwiet.+ Iżda kulmin jagħmilhom u jgħallimhom+ se jissejjaħ ‘kbir’+ fejn għandha x’taqsam is-saltna tas-smewwiet. 20 Għax ngħidilkom li jekk is-sewwa tagħkom ma joktorx iktar minn dak taʼ l-iskribi u l-Fariżej,+ bl-ebda mod ma tidħlu+ fis-saltna tas-smewwiet.
21 “Smajtu li lil dawk taʼ żmien il-qedem intqalilhom, ‘Toqtolx;+ imma kulmin joqtol+ irid jagħti kont lill-qorti tal-ġustizzja.’+ 22 Madankollu, jien ngħidilkom li kulmin jibqaʼ mgħaddab+ għal ħuh irid jagħti kont+ lill-qorti tal-ġustizzja; imma kulmin jgħid lil ħuh xi kelma taʼ disprezz li m’għandhiex tingħad irid jagħti kont lill-Qorti Suprema; filwaqt li kulmin jgħidlu, ‘Iblah li ma tiswa għal xejn!’ se jkun qed jissogra li jieħu l-kastig tan-nar taʼ Geħenna.*+
23 “Allura, jekk waqt li tkun qed iġġib l-għotja tiegħek lejn l-artal+ tiftakar li ħuk għandu xi ħaġa kontrik,+ 24 itlaq l-għotja tiegħek hemmhekk quddiem l-artal, u mur l-ewwel agħmel paċi maʼ ħuk,+ u mbagħad, meta tkun ġejt lura, offri l-għotja tiegħek.+
25 “Irranġa malajr maʼ min jiftaħ kawża kontrik fil-qorti, waqt li tkunu għadkom sejrin hemmhekk, li ma jmurx dan+ jagħtik f’idejn l-imħallef, u l-imħallef f’idejn il-marixxall, u tiġi mitfugħ il-ħabs. 26 Tassew ngħidlek li żgur ma toħroġx minn hemmhekk qabel ma tkun ħallast sa l-inqas ħabba.+
27 “Smajtu li ntqal, ‘Tagħmilx adulterju.’+ 28 Imma jien ngħidilkom li kulmin jibqaʼ jħares lejn mara+ biex jixtieqha jkun diġà għamel adulterju+ magħha f’qalbu.+ 29 Issa, jekk għajnek il-leminija qed tfixklek, aqlagħha u armiha ’l bogħod minnek,+ għax ikun aħjar għalik li titlef wieħed mill-membri taʼ ġismek milli ġismek kollu jintefaʼ+ f’Geħenna. 30 Ukoll, jekk idek il-leminija qed tfixklek, aqtagħha u armiha ’l bogħod minnek,+ għax ikun aħjar għalik li titlef wieħed mill-membri taʼ ġismek milli ġismek kollu jispiċċa f’Geħenna.
31 “Iktar minn hekk intqal, ‘Kulmin jiddivorzja+ lil martu, ħa jagħtiha ċertifikat tad-divorzju.’+ 32 Madankollu, jien ngħidilkom li kulmin jiddivorzja lil martu, ħlief minħabba ż-żína,+ iqegħedha fil-periklu li tagħmel adulterju,+ u kulmin jiżżewweġ mara li ġiet divorzjata b’dan il-mod jagħmel adulterju.+
33 “Jerġaʼ smajtu li lil dawk taʼ żmien il-qedem intqalilhom, ‘Tiksirx il-ħalfa+ li tagħmel, imma wettaq il-wegħdi li tagħmel lil Ġeħova.’+ 34 Madankollu, jien ngħidilkom: Taħilfu+ b’xejn, la bis-sema, għax hu t-tron t’Alla,+ 35 la bl-art, għax hi l-banketta+ għal saqajh, u lanqas b’Ġerusalemm, għax hi l-belt+ tas-Sultan il-kbir. 36 Lanqas b’rasek ma trid taħlef, għax int anqas biss xagħra waħda ma tistaʼ tagħmilha bajda jew sewda. 37 Iżda l-kelma tagħkom Iva ħa tfisser Iva, u l-Le, Le;+ għax dak li hu iżjed minn hekk ikun ġej mill-Ħażin.+
38 “Smajtu li ntqal, ‘Għajn b’għajn u sinna b’sinna.’+ 39 Madankollu, jien ngħidilkom: Tirreżistux lil min hu mill-agħar; imma kulmin jagħtik daqqa taʼ ħarta fuq ħaddek tal-lemin,+ dawwarlu l-ieħor ukoll. 40 U jekk xi ħadd ikun irid itellgħek il-qorti biex jiħodlok il-libsa, agħtih+ ukoll il-mantar; 41 u jekk xi ħadd fl-awtorità jġiegħlek timxi miegħu kilometru,* mur miegħu tnejn.+ 42 Agħti lil min jitolbok, u twarrabx minn min irid jissellef mingħandek mingħajr imgħax.+
43 “Smajtu li ntqal, ‘Ħobb lill-proxxmu tiegħek+ u obgħod lill-għadu tiegħek.’+ 44 Madankollu, jien ngħidilkom: Komplu ħobbu lill-għedewwa tagħkom+ u itolbu għal dawk li qed jippersegwitawkom;+ 45 sabiex turu li intom ulied Missierkom li hu fis-smewwiet,+ għax hu jtellaʼ x-xemx tiegħu fuq il-ħżiena u fuq it-tajbin u jniżżel ix-xita fuq in-nies sewwa u fuq dawk li m’humiex.+ 46 Għax jekk tħobbu lil min iħobbkom, xi premju għandkom?+ Mhux hekk ukoll jagħmlu l-kolletturi tat-taxxi? 47 U jekk issellmu lil ħutkom biss, x’qed tagħmlu speċjali? Mhux hekk ukoll jagħmlu n-nies tal-ġnus? 48 Kunu mela perfetti, bħalma hu perfett+ Missierkom tas-sema.
6 “Oqogħdu attenti li s-sewwa+ li tagħmlu ma tagħmluhx għal għajn in-nies, biex tidhru; inkella ma jkollkom l-ebda premju mingħand Missierkom li hu fis-smewwiet. 2 Għalhekk, meta tagħti għotjiet taʼ ħniena,+ toqgħodx iddoqq it-trombi,+ bħalma jagħmlu l-ipokriti fis-sinagogi u fit-toroq, sabiex ifaħħruhom in-nies. Tassew ngħidilkom, Dawn qed jieħdu l-premju tagħhom bis-sħiħ. 3 Imma int, meta tagħti għotjiet taʼ ħniena, tħallix lil idek ix-xellugija tkun taf x’qed tagħmel il-leminija, 4 biex l-għotjiet taʼ ħniena tiegħek isiru fil-moħbi; imbagħad Missierek li jara dak li hu moħbi se jroddlok lura.+
5 “Ukoll, meta titolbu, tkunux bħall-ipokriti; għax dawn iħobbu jitolbu bil-wieqfa+ fis-sinagogi u fil-kantunieri tat-toroq prinċipali sabiex jarawhom in-nies.+ Tassew ngħidilkom, Dawn qed jieħdu l-premju tagħhom bis-sħiħ. 6 Iżda int, meta titlob, idħol f’kamartek,+ agħlaq il-bieb, u itlob lil Missierek li qiegħed fil-moħbi;+ imbagħad Missierek li jara dak li hu moħbi se jroddlok lura. 7 Meta titlob, toqgħodx tirripeti l-istess ħaġa,+ bħalma jagħmlu n-nies tal-ġnus, għax dawn jimmaġinaw li se jinstemgħu għax jużaw ħafna kliem. 8 Għalhekk, tagħmlux bħalhom, għax Alla Missierkom jaf x’teħtieġu+ saħansitra qabel ma titolbuh.
“‘Missierna fis-smewwiet, ħa jitqaddes+ ismek.+ 10 Ħa tiġi saltnatek.+ Ħa jkun li trid int,+ kif fis-sema, ukoll fuq l-art.+ 11 Agħtina llum ħobżna għal dan il-jum;+ 12 u aħfrilna d-djun tagħna, bħalma aħna wkoll ħfirna lil min kellu d-dejn magħna.+ 13 U ddaħħalniex fit-tentazzjoni,+ imma eħlisna mill-Ħażin.’+
14 “Għax jekk taħfru lill-bnedmin in-nuqqasijiet tagħhom, Missierkom tas-sema se jaħfrilkom ukoll;+ 15 filwaqt li jekk ma taħfrux lill-bnedmin in-nuqqasijiet tagħhom, lanqas Missierkom ma se jaħfer in-nuqqasijiet tagħkom.+
16 “Meta ssumu,+ toqogħdux turu wiċċ imdejjaq bħall-ipokriti, għax dawn ikerrhu wiċċhom sabiex f’għajnejn il-bnedmin jidhru li qed isumu.+ Tassew ngħidilkom, Dawn qed jieħdu l-premju tagħhom bis-sħiħ. 17 Imma int, meta ssum, idlek rasek u aħsel wiċċek,+ 18 biex ma tidhirx li qed issum għall-bnedmin imma għal Missierek li qiegħed fil-moħbi;+ imbagħad Missierek li jara dak li hu moħbi se jroddlok lura.
19 “Tibqgħux taħżnu teżori+ fuq l-art, fejn jittieklu mill-kamla u s-sadid, u fejn jidħlu l-ħallelin biex jisirqu. 20 Minflok, aħżnu teżori fis-sema,+ fejn ma jittiklux+ mill-kamla u mis-sadid, u fejn ma jidħlux il-ħallelin biex jisirqu. 21 Għax fejn hemm it-teżor tiegħek, hemm tkun qalbek ukoll.
22 “L-għajn+ hi l-musbieħ tal-ġisem. Jekk, mela, għajnek tkun sempliċi, ġismek kollu jkun jiddi; 23 imma jekk għajnek tkun mill-agħar,+ ġismek kollu jkun mudlam. Mela, jekk fir-realtà d-dawl li hemm fik hu dlam, kemm hu kbir dak id-dlam!+
24 “Ħadd ma jistaʼ jkun ilsir taʼ żewġ sidien; għax jew jobgħod lil wieħed u jħobb lill-ieħor,+ jew jintrabat maʼ wieħed u jistmerr lill-ieħor. Ma tistgħux tkunu lsiera t’Alla u tal-flus.+
25 “Għaldaqstant ngħidilkom: Tibqgħux tkunu ansjużi+ dwar ħajjitkom* rigward x’se tieklu jew x’se tixorbu, jew dwar ġisimkom rigward x’se tilbsu.+ Ma tiswiex il-ħajja iktar mill-ikel u l-ġisem mill-ilbies?+ 26 Osservaw bir-reqqa l-għasafar+ tas-sema, għax huma la jiżirgħu, la jaħsdu, u lanqas jiġbru fl-imħażen; imma Missierkom tas-sema xorta waħda jitmagħhom. Ma tiswewx intom iktar minnhom?+ 27 Min minnkom billi jkun ansjuż jistaʼ jtawwal għomru+ mqar bi ftit?* 28 Ukoll, għala intom ansjużi dwar l-ilbies? Tgħallmu lezzjoni mill-ġilji+ tar-rabaʼ, kif jikbru; huma la jitħabtu u lanqas jinsġu; 29 imma jien ngħidilkom li lanqas saħansitra Salamun+ fil-glorja kollha tiegħu ma kien imżejjen bħal wieħed minnhom. 30 Issa, jekk Alla jlibbes hekk lill-ħaxix tar-rabaʼ, li llum hawn u għada jintefaʼ fil-forn, kemm iktar ilibbes lilkom, intom taʼ fidi żgħira?+ 31 Għalhekk, qatt tkunu ansjużi+ u tgħidu, ‘X’se nieklu?’ jew, ‘X’se nixorbu?’ jew, ‘X’se nilbsu?’ 32 Għax dawn kollha huma l-affarijiet li l-ġnus qed ifittxu bil-ħerqa. Għax Missierkom tas-sema jaf li teħtieġu dawn l-affarijiet kollha.+
33 “Mela, ibqgħu fittxu l-ewwel is-saltna u s-sewwa tiegħu,+ u dawn l-affarijiet l-oħrajn kollha se jiżdidulkom.+ 34 Għalhekk, qatt tkunu ansjużi dwar l-għada,+ għax l-għada se jkollu l-ansjetajiet tiegħu. Hu biżżejjed għal kull ġurnata l-ħażen tagħha.
7 “Tibqgħux tiġġudikaw+ biex ma tiġux ġudikati; 2 għax bl-istess ġudizzju li tiġġudikaw, tiġu ġudikati;+ u bil-kejl li tkejlu, ikejlulkom.+ 3 Għala, mela, tħares lejn it-tibna f’għajn ħuk, imma ma tqisx it-travu li għandek f’għajnek?+ 4 Jew kif tistaʼ tgħid lil ħuk, ‘Ħallini nneħħilek it-tibna minn għajnek’; meta, ara, int għandek travu f’għajnek?+ 5 Ipokrita! L-ewwel neħħi t-travu minn għajnek, u mbagħad tara ċar kif tneħħi t-tibna minn għajn ħuk.
6 “Tagħtux lill-klieb+ dak li hu qaddis, lanqas tixħtu l-perli tagħkom quddiem il-ħnieżer, li ma jgħaffġuhomx+ taħt saqajhom u jduru għalikom u jqattgħukom.
7 “Ibqgħu itolbu,+ u jingħatalkom; ibqgħu fittxu, u ssibu; ibqgħu ħabbtu,+ u jinfetħilkom. 8 Għax kulmin jitlob jaqlaʼ,+ u kulmin ifittex isib, u kulmin iħabbat jinfetaħlu. 9 Tabilħaqq, min hu dak il-bniedem fostkom li jekk ibnu+ jitolbu l-ħobż jagħtih ġebla? 10 Jew, jekk forsi jitolbu ħuta jagħtih serp? 11 Għalhekk, jekk intom, għalkemm ħżiena,+ tafu tagħtu għotjiet tajbin lil uliedkom, kemm iktar Missierkom li hu fis-smewwiet jagħti affarijiet tajbin+ lil dawk li jitolbuh!
12 “Għalhekk, kulma tridu li l-bnedmin jagħmlulkom,+ intom tridu tagħmluh lilhom ukoll; fil-fatt, dan ifissru l-Liġi u l-Profeti.+
13 “Idħlu mill-bieb id-dejjaq;+ għax wiesgħa u spazjuża hi t-triq li tieħu għall-qerda, u ħafna jgħaddu minnha; 14 filwaqt li dejjaq hu l-bieb u mħarbta hi t-triq li tieħu għall-ħajja, u ftit huma dawk li jsibuha.+
15 “Ħarsu ruħkom mill-profeti foloz+ li jiġu għandkom lebsin taʼ nagħaġ,+ imma minn ġewwa huma lpup imġewħin.+ 16 Mill-frott tagħhom tagħrfuhom.+ In-nies ma jiġbrux l-għeneb mix-xewk jew it-tin mill-għollieq, hux tassew?+ 17 Bl-istess mod, kull siġra tajba tagħmel frott tajjeb, imma kull siġra mħassra tagħmel frott ħażin;+ 18 siġra tajba ma tistax tagħmel frott ħażin, lanqas siġra mħassra ma tistaʼ tagħmel frott tajjeb. 19 Kull siġra li ma tagħmilx frott tajjeb titqaċċat u tintefaʼ fin-nar.+ 20 Għalhekk, mela, mill-frott tagħhom tagħrfuhom.+
21 “Mhux kulmin jgħidli, ‘Mulej, Mulej,’ jidħol fis-saltna tas-smewwiet, imma min jagħmel+ ir-rieda taʼ Missieri li hu fis-smewwiet.+ 22 Ħafna jgħiduli f’dak il-jum, ‘Mulej, Mulej,+ mhux f’ismek ipprofetizzajna, u mhux f’ismek keċċejna d-demonji, u mhux f’ismek+ wettaqna ħafna għemejjel setgħanin?’ 23 Imbagħad nistqarrilhom: Jien qatt ma kont nafkom!+ Itilqu minn quddiemi, intom li tiksru l-liġi.+
24 “Għalhekk, kulmin jismaʼ kliemi u jagħmlu jkun jixbah lil raġel għaqli, li bena daru fuq il-blat.+ 25 U niżlet ix-xita u ġie l-għargħar u nefħu l-irjieħ u ħabtu fuq dik id-dar, imma ma ċedietx, għax il-pedament tagħha kien fuq il-blat. 26 Imma, kulmin jismaʼ kliemi u ma jagħmlux+ ikun jixbah lil raġel iblah,+ li bena daru fuq ir-ramel. 27 U niżlet ix-xita u ġie l-għargħar u nefħu l-irjieħ u ħabtu fuq dik id-dar+ u ċediet, u l-waqgħa tagħha kienet kbira.”+
28 Issa, meta Ġesù temm dan id-diskors, ġara li l-folol baqgħu mistagħġbin+ bil-mod kif għallimhom; 29 għax kien qed jgħallimhom bħal wieħed li għandu l-awtorità,+ u mhux bħall-iskribi tagħhom.
8 Wara li niżel minn fuq il-muntanja marru warajh folol kbar. 2 U, ara, resaq lejh raġel marid bil-ġdiem+ u miel quddiemu u qallu: “Mulej, jekk trid, tistaʼ tnaddafni.” 3 Għalhekk, ħareġ idu, messu, u qallu: “Irrid. Indaf.”+ U minnufih tnaddaf mill-ġdiem tiegħu.+ 4 Imbagħad Ġesù qallu: “Ara li ma tgħid lil ħadd,+ imma mur, uri ruħek lill-qassis,+ u offri l-għotja+ li ordna Mosè, bħala xiehda għalihom.”
5 Meta daħal Kafarnahum,+ ġie għandu fizzjal taʼ l-armata* li talbu bil-ħrara 6 u qallu: “Sinjur, il-qaddej tiegħi jinsab mixħut id-dar bil-paralisi u hu muġugħ ħafna.” 7 Hu qallu: “Niġi u nfejqu.” 8 Il-fizzjal taʼ l-armata wieġeb u qal: “Sinjur, ma jistħoqqlix li tidħol taħt is-saqaf tiegħi, imma għid biss il-kelma u l-qaddej tiegħi jfiq. 9 Għax jien ukoll, għalkemm qiegħed taħt awtorità, għandi s-suldati taħti, u lil wieħed ngħidlu, ‘Mur!’+ u jmur, u lil ieħor, ‘Ejja!’ u jiġi, u lill-ilsir tiegħi, ‘Agħmel dan!’ u jagħmlu.” 10 Malli semaʼ dan, Ġesù baqaʼ mistagħġeb u qal lil dawk li marru warajh: “Ngħidilkom il-verità, Fl-ebda bniedem f’Israel ma sibt fidi daqshekk kbira.+ 11 Imma ngħidilkom li se jiġu ħafna mil-lvant u mill-punent+ u joqogħdu mal-mejda m’Abraham u Iżakk u Ġakobb fis-saltna+ tas-smewwiet;+ 12 filwaqt li wlied is-saltna+ se jintefgħu fid-dlam taʼ barra. Hemmhekk se jibku u jgħażżu snienhom.”+ 13 Imbagħad Ġesù qal lill-fizzjal taʼ l-armata: “Mur. Ħa jsirlek skond il-fidi li wrejt.”+ U l-qaddej fieq dak il-ħin.
14 Imbagħad Ġesù daħal għand Pietru u ra lill-kunjata tiegħu+ mixħuta bid-deni.+ 15 Għalhekk, messilha idha,+ u d-deni ħallieha, u qamet u bdiet taqdih.+ 16 Malli sar fil-għaxija ġabulu ħafna nies maħkumin mid-demonji; u hu keċċa l-ispirti b’kelma waħda, u fejjaq lil kulmin kien magħdur; 17 sabiex jitwettaq dak li ntqal mill-profeta Isaija: “Hu stess ħa l-weġgħat tagħna u ġarr il-mard tagħna.”+
18 Meta Ġesù ra folla madwaru, ordna biex jaqsmu għan-naħa l-oħra.+ 19 U resaq lejh skriba u qallu: “Għalliem, jien niġi warajk kulfejn tmur.”+ 20 Imma Ġesù qallu: “Il-volpijiet għandhom l-għerien u l-għasafar tas-sema għandhom il-bejtiet, imma Bin il-bniedem m’għandu mkien fejn imidd rasu.”+ 21 Imbagħad dixxiplu ieħor qallu: “Mulej, ħallini l-ewwel immur nidfen lil missieri.” 22 Qallu Ġesù: “Ibqaʼ imxi warajja, u ħalli l-mejtin jidfnu l-mejtin tagħhom.”+
23 U meta telaʼ fid-dgħajsa,+ id-dixxipli tiegħu marru warajh. 24 Issa, ara, qamet tempesta kbira fil-baħar, tant li l-mewġ beda jgħatti d-dgħajsa; iżda hu kien rieqed.+ 25 U resqu lejh u qajmuh,+ waqt li qalulu: “Mulej, salvana, għax se nintilfu!” 26 Imma hu qalilhom: “Għalfejn qed tibżgħu, intom taʼ fidi żgħira?”+ Imbagħad qam, ċanfar l-irjieħ u l-baħar, u waqgħet kalma kbira.+ 27 Għalhekk, l-irġiel baqgħu mistagħġbin u qalu: “Dan xi bniedem hu,+ biex saħansitra l-irjieħ u l-baħar jobduh?”
28 Meta wasal in-naħa l-oħra, fl-art tal-Gadarin,+ ħarġu minn qalb l-oqbra tat-tifkira żewġt irġiel maħkumin mid-demonji+ u ltaqgħu miegħu. Dawn tant kienu feroċi li ħadd ma kellu l-kuraġġ jgħaddi minn dik it-triq. 29 U, ara, infexxew jgħajtu u jgħidu: “X’għandna x’naqsmu miegħek, Bin Alla?+ Ġejt hawn biex titturmentana+ qabel il-waqt?”+ 30 Kien hemm ’il bogħod minnhom merħla kbira taʼ ħnieżer qed jirgħu. 31 Għalhekk, id-demonji bdew jitolbuh bil-ħrara: “Jekk tkeċċina, ibgħatna fil-merħla tal-ħnieżer.”+ 32 Għaldaqstant qalilhom: “Morru!” Huma ħarġu u daħlu fil-ħnieżer; u, ara, il-merħla kollha qabżet minn fuq l-irdum għal ġol-baħar u mietet fl-ilma.+ 33 Ir-rgħajja ħarbu u daħlu fil-belt, u rrakkontaw kollox, anki x’kien ġralhom l-irġiel maħkumin mid-demonji. 34 U, ara, il-belt kollha ħarġet tiltaqaʼ maʼ Ġesù; u meta rawh, talbuh bil-ħerqa biex jitlaq mid-distretti tagħhom.+
9 U telaʼ fid-dgħajsa, qasam għan-naħa l-oħra, u mar f’beltu.+ 2 U, ara, ġabulu raġel paralizzat mixħut fuq sodda.+ X’ħin ra l-fidi tagħhom Ġesù qal lill-paralitiku: “Agħmel kuraġġ, ibni; dnubietek maħfurin.”+ 3 U, ara, xi wħud mill-iskribi qalu f’qalbhom: “Dan qed jidgħi.”+ 4 Ġesù għaraf x’kienu qed jaħsbu+ u qalilhom: “Għala qed taħsbu l-ħażin fi qlubkom?+ 5 Per eżempju, x’inhu l-eħfef, li tgħid, Dnubietek maħfurin, jew li tgħid, Qum u imxi?+ 6 Iżda sabiex tkunu tafu li Bin il-bniedem għandu awtorità fuq l-art li jaħfer id-dnubiet+—” imbagħad qal lill-paralitiku: “Qum, erfaʼ soddtok, u mur id-dar.”+ 7 U dan qam u telaq lejn daru. 8 Malli raw dan, il-folol inħakmu mill-biżaʼ, u gglorifikaw lil Alla,+ li ta din l-awtorità+ lill-bnedmin.
9 Imbagħad, waqt li kien għaddej minn hemmhekk, Ġesù lemaħ raġel li kien jismu Mattew bil-qiegħda fl-uffiċċju tat-taxxi, u qallu: “Kun segwaċi tiegħi.”+ Dak il-ħin stess qam u mar warajh.+ 10 Iktar tard, waqt li kien qiegħed id-dar+ mal-mejda, ara, ġew ħafna kolletturi tat-taxxi u midinbin u poġġew maʼ Ġesù u d-dixxipli tiegħu. 11 Imma malli raw dan, il-Fariżej bdew jgħidu lid-dixxipli tiegħu: “L-għalliem tagħkom għala jiekol mal-kolletturi tat-taxxi u l-midinbin?”+ 12 Peress li semagħhom, qal: “Nies f’saħħithom m’għandhomx bżonn tabib,+ imma l-morda iva. 13 Morru, mela, u tgħallmu xi jfisser dan, ‘Ħniena rrid, u mhux sagrifiċċju.’+ Għax jien ma ġejtx insejjaħ lin-nies sewwa imma lill-midinbin.”
14 Imbagħad ġew għandu d-dixxipli taʼ Ġwanni u staqsewh: “Għala aħna u l-Fariżej insumu regolarment imma d-dixxipli tiegħek ma jsumux?”+ 15 Għal dan, Ġesù qalilhom: “Il-ħbieb taʼ l-għarus m’għandhomx għalfejn jitnikktu dment li l-għarus+ ikun magħhom, hux hekk? Imma jiġi żmien meta l-għarus jittiħdilhom,+ u mbagħad isumu.+ 16 Ħadd ma jħit roqgħa drapp ġdid fuq libsa qadima; għax is-saħħa tar-roqgħa tiġbed il-libsa u t-tiċrita tikber.+ 17 Lanqas ma jqiegħdu nbid ġdid fi ġlud taʼ l-inbid qodma; għax jekk jagħmlu hekk, il-ġlud jinfaqgħu u l-inbid jinxtered u l-ġlud ma jibqgħux tajbin.+ Imma n-nies iqiegħdu nbid ġdid fi ġlud ġodda, u t-tnejn jibqgħu tajbin.”+
18 Waqt li kien qed jgħidilhom dawn l-affarijiet, ara, wieħed ħakkiem+ li kien resaq lejh miel quddiemu+ u qallu: “S’issa binti żgur mietet;+ imma ejja u qiegħed idek fuqha, u terġaʼ tieħu l-ħajja.”+
19 Imbagħad Ġesù qam u mar warajh; hekk għamlu wkoll id-dixxipli tiegħu. 20 U, ara, mara li kienet ilha tbati tnax-il sena bi tnixxija taʼ demm+ ġiet minn warajh u messitlu t-tarf tal-libsa;+ 21 għax hi bdiet tgħid f’qalbha: “Jekk imqar immisslu l-libsa, infiq.”+ 22 Ġesù dar u induna biha u qalilha: “Agħmel kuraġġ, binti; il-fidi tiegħek fejqitek.”+ U dak il-ħin stess il-mara fieqet.+
23 Issa, meta daħal fid-dar tal-ħakkiem+ u lemaħ lid-daqqaqa tal-flawt u l-folla f’konfużjoni sħiħa,+ 24 Ġesù qal: “Oħorġu, għax it-tifla mhix mejta imma rieqda.”+ Għal dan bdew jiddieħqu bih.+ 25 Malli l-folla ntbagħtet ’il barra, daħal u qabdilha idha,+ u t-tifla qamet.+ 26 Naturalment, l-aħbar dwar dan xterdet maʼ dak ir-reġjun kollu.
27 Hekk kif Ġesù kien għaddej minn hemmhekk, marru warajh żewġt irġiel għomja,+ jgħajtu u jgħidu: “Ikollok ħniena minna,+ Bin David.” 28 Wara li daħal id-dar, l-għomja ġew għandu, u Ġesù staqsiehom: “Għandkom fidi+ li jien nistaʼ nagħmel dan?” Huma wiġbuh, “Iva, Mulej.” 29 Imbagħad messilhom għajnejhom+ u qalilhom: “Ħa jsirilkom skond il-fidi tagħkom.” 30 U għajnejhom infetħu. Imbagħad Ġesù ordnalhom bis-sħiħ u qalilhom: “Araw li ħadd ma jsir jaf b’dan.”+ 31 Imma wara li ħarġu barra, xandruh f’dak ir-reġjun kollu.+
32 Issa, meta kienu se jitilqu, ara, in-nies ġabulu raġel mutu maħkum minn demonju;+ 33 u wara li tkeċċa d-demonju, il-mutu tkellem.+ U l-folol baqgħu mistagħġbin+ u qalu: “Qatt ma dehret ħaġa bħal din f’Israel.” 34 Imma l-Fariżej bdew jgħidu: “Dan ikeċċi d-demonji bis-saħħa tal-ħakkiem tad-demonji.”+
35 U Ġesù mar idur il-bliet u l-irħula kollha, jgħallem fis-sinagogi tagħhom u jippriedka l-aħbar tajba tas-saltna u jfejjaq kull xorta taʼ mard u kull xorta taʼ nuqqas taʼ saħħa.+ 36 Malli ra l-folol tħassarhom,+ għax kienu maltrattati* u mferrxin bħal nagħaġ mingħajr ragħaj.+ 37 Imbagħad qal lid-dixxipli tiegħu: “Iva, il-ħsad hu kbir, imma l-ħaddiema huma ftit.+ 38 Għalhekk, itolbu bil-ħrara lil Sid il-ħsad biex jibgħat il-ħaddiema fil-ħsad tiegħu.”+
10 Għaldaqstant sejjaħ lit-tnax-il dixxiplu tiegħu u tahom awtorità fuq l-ispirti mhux nodfa,+ sabiex ikeċċuhom, u jfejqu kull xorta taʼ mard u kull xorta taʼ nuqqas taʼ saħħa.
2 L-ismijiet tat-tnax-il appostlu+ huma dawn:+ L-ewwel, Xmun, li jgħidulu Pietru,*+ u ħuh Indrì;+ Ġakbu bin Żebedew+ u ħuh Ġwanni; 3 Filippu u Bartilmew;*+ Tumas+ u Mattew*+ li kien kollettur tat-taxxi; Ġakbu bin Alfew,+ u Taddew;* 4 Xmun il-Kanani,*+ u Ġuda l-Iskarjota, li iktar tard ittradieh.+
5 Lil dawn it-tnax Ġesù bagħathom u tahom dawn l-ordnijiet:+ “Tmorrux fit-triq tal-ġnus, u tidħlu f’ebda belt Samaritana;+ 6 imma, minflok, ibqgħu morru għand in-nagħaġ mitlufin taʼ dar Israel.+ 7 Intom u sejrin, ippridkaw u għidu, ‘Qorbot+ is-saltna tas-smewwiet.’ 8 Fejqu l-morda,+ qajmu l-mejtin, naddfu l-imġiddmin, keċċu d-demonji. Irċivejtu b’xejn, agħtu b’xejn.+ 9 Tiħdux flus tad-deheb jew tal-fidda jew tar-ram aħmar fil-but taʼ ħżiemkom,+ 10 jew ħorġa taʼ l-ikel għall-vjaġġ, jew żewġ ilbiesi, jew sandli jew bastun; għax il-ħaddiem jistħoqqlu ħobżu.+
11 “F’kull belt jew raħal li tidħlu, fittxu lil min jistħoqqlu, u ibqgħu hemmhekk sakemm titilqu.+ 12 Meta tidħlu f’xi dar, sellmu lil tad-dar; 13 u jekk id-dar jistħoqqilha, ħa tiġi fuqha+ l-paċi li tixtiqulha; imma jekk ma jistħoqqilhiex, ħa terġaʼ lura għandkom il-paċi tagħkom. 14 Kulfejn xi ħadd ma jilqagħkomx jew ma jismax kliemkom, intom u ħerġin minn dik id-dar jew minn dik il-belt farfru t-trab minn maʼ saqajkom.+ 15 Tassew ngħidilkom, Ikun eħfef għall-art taʼ Sodoma+ u Gomorra f’Jum il-Ġudizzju milli għal dik il-belt.+
16 “Ara! Qed nibgħatkom bħal nagħaġ qalb l-ilpup;+ għalhekk, uru li intom attenti bħas-sriep+ iżda innoċenti bħall-ħamiem.+ 17 Oqogħdu attenti mill-bnedmin;+ għax għad jagħtukom f’idejn il-qrati tal-post,+ u jsawtukom+ fis-sinagogi tagħhom.+ 18 Tabilħaqq, iressqukom quddiem gvernaturi u slaten+ minħabba fija, biex tingħata xiehda+ lilhom u lill-ġnus. 19 Madankollu, meta jerħukom f’idejhom, tkunux ansjużi dwar x’se tgħidu jew kif se tgħiduh; għax dak li għandkom tgħidu se jingħatalkom dak il-ħin;+ 20 għax mhux intom tkunu qed titkellmu, imma l-ispirtu taʼ Missierkom ikun qed jitkellem permezz tagħkom.+ 21 Iktar minn hekk, l-aħwa+ jagħtu lil xulxin għall-mewt, u missier lil ibnu, u l-ulied iqumu kontra l-ġenituri u jagħtuhom għall-mewt.+ 22 U intom tkunu mibgħudin minn kulħadd minħabba ismi;+ imma min jissaporti sat-tmiem jiġi salvat.+ 23 Meta jippersegwitawkom f’belt, aħarbu f’oħra;+ għax tassew ngħidilkom, Bl-ebda mod ma tkunu dortu+ l-bliet kollha taʼ Israel sa ma jasal+ Bin il-bniedem.
24 “Dixxiplu m’huwiex fuq l-għalliem tiegħu, lanqas ilsir m’hu fuq sidu.+ 25 Hu biżżejjed għad-dixxiplu li jsir bħall-għalliem tiegħu, u l-ilsir bħal sidu.+ Jekk in-nies sejħu lil sid id-dar Begħelżebub,+ kemm iktar se jsejħu hekk lil taʼ daru? 26 Għalhekk, tibżgħux minnhom; għax m’hemm xejn mistur li ma jinkixifx, u sigriet li ma jsirx magħruf.+ 27 Dak li ngħidilkom fid-dlam, għiduh fid-dawl; u dak li jingħad f’widnejkom, ippridkawh minn fuq il-bjut.+ 28 U tibżgħux+ minn dawk li joqtlu l-ġisem imma ma jistgħux joqtlu r-ruħ; imma minflok ibżgħu minn dak+ li jistaʼ jeqred kemm ir-ruħ u kemm il-ġisem f’Geħenna.*+ 29 Ma jinbigħux żewġ għasafar tal-bejt għal munita taʼ valur żgħir?+ Iżda lanqas wieħed minnhom ma jaqaʼ fl-art mingħajr ma jkun jaf+ Missierkom. 30 Għax saħansitra x-xagħar taʼ raskom kollu hu magħdud.+ 31 Għalhekk tibżgħux: intom tiswew iktar minn ħafna għasafar tal-bejt.+
32 “Mela, kulmin jistqarr quddiem il-bnedmin li hu miegħi, jien ukoll nistqarr+ li jien miegħu quddiem Missieri li hu fis-smewwiet; 33 imma kulmin jiċħadni quddiem il-bnedmin, jien ukoll niċħdu+ quddiem Missieri li hu fis-smewwiet. 34 Taħsbux li ġejt inġib il-paċi fuq l-art; ma ġejtx inġib il-paċi,+ imma sejf. 35 Għax jien ġejt biex nifred, raġel minn missieru, u bint minn ommha, u mara żagħżugħa mill-kunjata tagħha.+ 36 Tabilħaqq, bniedem ikollu n-nies taʼ daru stess għedewwa tiegħu. 37 Min għandu affezzjoni lejn missieru jew lejn ommu iktar milli għandu lejja ma jistħoqqlux ikun tiegħi; u min għandu affezzjoni lejn ibnu jew lejn bintu iktar milli għandu lejja ma jistħoqqlux ikun tiegħi.+ 38 U kulmin ma jaċċettax iz-zokk tat-tortura tiegħu u jiġi warajja ma jistħoqqlux ikun tiegħi.+ 39 Min isalva ruħu jitlifha, u min jitlef ruħu minħabba fija jsalvaha.+
40 “Min jilqaʼ lilkom jilqaʼ lili wkoll, u min jilqaʼ lili jilqaʼ wkoll lil dak li bagħatni.+ 41 Min jilqaʼ profeta għax hu profeta se jieħu l-premju taʼ profeta,+ u min jilqaʼ raġel sewwa għax hu raġel sewwa se jieħu l-premju taʼ raġel sewwa.+ 42 U kulmin jagħti lil wieħed minn dawn iċ-ċkejknin imqar tazza ilma kiesaħ x’jixrob għax hu dixxiplu, tassew ngħidilkom, żgur li ma jitlifx il-premju tiegħu.”+
11 Issa, meta temm jagħti l-istruzzjonijiet lit-tnax-il dixxiplu tiegħu, Ġesù telaq minn hemmhekk biex jgħallem u jippriedka fil-bliet tagħhom.+
2 Imma Ġwanni, peress li semaʼ mill-ħabs+ dwar l-għemejjel tal-Kristu, bagħat jgħidlu mad-dixxipli tiegħu: 3 “Int Dak li għandu jiġi, jew għandna nistennew lil ħaddieħor?”+ 4 Ġesù wieġeb u qalilhom: “Morru u għidu lil Ġwanni dak li qed tisimgħu u taraw: 5 L-għomja qed jaraw,+ iz-zopop+ qed jimxu, l-imġiddmin+ qed jiġu mnaddfin, u t-torox+ qed jisimgħu, il-mejtin+ qed jitqajmu, u lill-foqra qed tixxandrilhom l-aħbar tajba;+ 6 u hieni min ma jitfixkilx minħabba fija.”+
7 Waqt li dawn kienu fi triqithom, Ġesù beda jgħid lill-folol rigward Ġwanni: “Xi ħriġtu taraw fix-xagħri?+ Qasba tixxejjer mar-riħ?+ 8 Mela, xi ħriġtu taraw? Raġel liebes ilbies fin? Tabilħaqq, dawk lebsin ilbies fin qegħdin fid-djar tas-slaten.+ 9 Allura għala ħriġtu? Biex taraw profeta? Iva, ngħidilkom, u ferm iktar minn profeta.+ 10 Dan hu li dwaru hu miktub, ‘Ara! Qed nibgħat lill-messaġġier tiegħi quddiemek, u dan iħejji triqtek qablek!’+ 11 Tassew ngħidilkom, Fost dawk li twieldu min-nisa+ ħadd ma qam akbar minn Ġwanni l-Battista; imma min hu fost l-iżgħar fis-saltna+ tas-smewwiet hu akbar minnu. 12 Imma minn żmien Ġwanni l-Battista s’issa, is-saltna tas-smewwiet hi l-mira li qed jirsistu għaliha l-bnedmin, u dawk li qed jirsistu qed jilħquha.+ 13 Għax kemm il-Profeti u kemm il-Liġi pprofetizzaw sa Ġwanni;+ 14 u dan hu ‘Elija li għandu jiġi,’+ jekk tridu taċċettaw dan. 15 Min għandu widnejn, ħa jismaʼ.+
16 “ Maʼ min se nqabbilha din il-ġenerazzjoni?+ Tixbah lil tfal żgħar bil-qiegħda fis-swieq li jgħajtu lil sħabhom+ 17 u jgħidulhom, ‘Daqqejnielkom il-flawt, imma ma żfintux; newwaħna, imma ma ħabbattux fuq sidirkom bin-niket.’+ 18 Bl-istess mod, Ġwanni la ġie jiekol u lanqas jixrob,+ u madankollu n-nies jgħidu, ‘Għandu demonju’; 19 Bin il-bniedem ġie jiekol u jixrob,+ u xorta n-nies jgħidu, ‘Ara! Raġel b’kilba għall-ikel u mogħti għall-inbid, ħabib tal-kolletturi tat-taxxi u l-midinbin.’+ Xorta waħda, l-għerf jintwera li hu sewwa minn għemilu.”+
20 Imbagħad beda jċanfar il-bliet li fihom kienu saru l-biċċa l-kbira mill-għemejjel setgħanin tiegħu, għax ma nidmux:+ 21 “Gwaj għalik, Korażin! Gwaj għalik, Betsajda!+ Għax kieku l-għemejjel setgħanin li saru fikom saru f’Tir u Sidon, kieku dawn ilhom li nidmu bl-ilbies taʼ l-ixkora u l-irmied.+ 22 Għaldaqstant ngħidilkom, Ikun eħfef għal Tir u Sidon f’Jum il-Ġudizzju+ milli għalikom.+ 23 U int, Kafarnahum,+ taħseb li se titgħolla sas-sema? Fil-Qabar*+ se tinżel,+ għax kieku l-għemejjel setgħanin li saru fik saru f’Sodoma, din kienet tibqaʼ sal-ġurnata taʼ llum. 24 Għaldaqstant ngħidilkom, Ikun eħfef għall-art taʼ Sodoma f’Jum il-Ġudizzju milli għalik.”*+
25 F’dak il-waqt Ġesù qal: “Jien infaħħrek quddiem kulħadd, Missier, Mulej tas-sema u l-art, għax int ħbejt dawn l-affarijiet mill-għorrief u l-intellettwali u kxifthom liċ-ċkejknin.+ 26 Iva, O Missier, għax hekk għoġbok tagħmel. 27 Kollox ngħatali minn Missieri,+ u ħadd ma jaf għalkollox lill-Iben ħlief il-Missier,+ u lanqas ħadd ma jaf għalkollox lill-Missier ħlief l-Iben u kulmin l-Iben lest li jirrivelahulu.+ 28 Ejjew għandi, intom ilkoll li mħabbtin u mgħobbijin,+ u jien inserraħkom. 29 Ħudu l-madmad tiegħi+ fuqkom u tgħallmu minni,+ għax jien ġwejjed+ u umli f’qalbi, u intom issibu serħan+ għal ruħkom. 30 Għax il-madmad tiegħi ħelu u t-tagħbija tiegħi ħafifa.”+
12 Dik il-ħabta Ġesù għadda f’jum is-Sabat*+ minn qalb l-għelieqi miżrugħin bil-qamħ. Id-dixxipli tiegħu qabadhom il-ġuħ u bdew jaqtgħu u jieklu s-sbul.+ 2 Malli raw dan, il-Fariżej qalulu:+ “Ara! Id-dixxipli tiegħek qed jagħmlu dak li skond il-liġi ma jistgħux jagħmluh f’jum is-Sabat.”+ 3 Hu qalilhom: “Ma qrajtux x’għamel David meta hu u l-irġiel li kienu miegħu qabadhom il-ġuħ?+ 4 Kif hu daħal fid-dar t’Alla u huma kielu l-ħobż tal-preżentazzjoni,+ li la hu u lanqas dawk li kienu miegħu ma setgħu jieklu skond il-liġi+ ħlief il-qassisin?+ 5 Jew, ma qrajtux fil-Liġi+ li f’jiem is-Sabat il-qassisin fit-tempju ma jqisuhx sagru s-Sabat u jibqgħu bla ħtija?+ 6 Imma jien ngħidilkom li xi ħaġa akbar mit-tempju+ qiegħda hawn. 7 Madankollu, kieku fhimtu dan xi jfisser, ‘Ħniena rrid,+ u mhux sagrifiċċju,’+ ma kontux tikkundannaw lil min hu bla ħtija. 8 Għax Bin il-bniedem hu+ s-Sid tas-Sabat.”+
9 Wara li telaq minn dak il-post, daħal fis-sinagoga tagħhom; 10 u, ara, raġel b’idu niexfa!+ Għalhekk, sabiex ikunu jistgħu jakkużawh,+ staqsewh, “Tistaʼ skond il-liġi tfejjaq f’jum is-Sabat?” 11 Hu qalilhom: “Min minnkom li jkollu nagħġa waħda u din taqaʼ f’ħofra+ f’jum is-Sabat ma jaqbadx u jtellagħha?+ 12 Meta toqgħod tqis, kemm jiswa iktar bniedem minn nagħġa!+ Għalhekk, tistaʼ skond il-liġi tagħmel ħaġa tajba f’jum is-Sabat.” 13 Imbagħad qal lir-raġel: “Oħroġ idek.” U dan ħariġha, u reġgħet ġietu qawwija u sħiħa bħall-oħra.+ 14 Imma l-Fariżej ħarġu ’l barra u ftiehmu bejniethom biex jeqirduh.+ 15 Peress li sar jaf b’dan, Ġesù telaq minn hemmhekk. Ħafna marru warajh, u hu fejjaqhom ilkoll,+ 16 imma ordnalhom bis-sħiħ biex ma jxandruhx;+ 17 biex jitwettaq dak li ntqal permezz tal-profeta Isaija:
18 “Ara! Il-qaddej tiegħi+ li jien għażilt, il-maħbub tiegħi,+ li ruħi approvat! Inqiegħed l-ispirtu tiegħi fuqu,+ u lill-ġnus jurihom ċar x’inhi l-ġustizzja. 19 Ma jargumenta bl-aħrax+ maʼ ħadd, ma jgħajjatx, u ħadd ma jismaʼ leħnu fit-toroq prinċipali. 20 Qasba mxaqqa ma jiksirhiex, u ftila tal-kittien tnemnem ma jitfihiex,+ sakemm jirnexxilu jġib il-ġustizzja.+ 21 Tabilħaqq, f’ismu se jittamaw il-ġnus.”+
22 Imbagħad ġabulu raġel agħma u mutu maħkum minn demonju; u fejqu, u b’hekk il-mutu tkellem u ra. 23 Il-folol baqgħu skantati u mistagħġbin u bdew jgħidu:+ “Tgħid dan Bin David?”+ 24 Malli l-Fariżej semgħu dan, qalu: “Dan ikeċċi d-demonji biss bis-saħħa taʼ Begħelżebub, il-ħakkiem tad-demonji.”+ 25 Peress li kien jaf x’kienu qed jaħsbu,+ qalilhom: “Kull saltna maqsuma kontra tagħha stess issir ħerba,+ u kull belt jew dar maqsuma kontra tagħha stess ma tibqax wieqfa. 26 Bl-istess mod, jekk Satana jkeċċi lil Satana, hu jinqasam kontra tiegħu nnifsu; allura, saltnatu kif se tibqaʼ wieqfa? 27 Barra minn hekk, jekk jien inkeċċi d-demonji permezz taʼ Begħelżebub,+ uliedkom permezz taʼ min ikeċċuhom? Huwa għalhekk li se jkunu l-imħallfin tagħkom. 28 Imma jekk inkeċċi d-demonji permezz taʼ l-ispirtu t’Alla, is-saltna t’Alla tassew laħqitkom.+ 29 Jew kif jistaʼ xi ħadd jidħol fid-dar taʼ raġel b’saħħtu u jaħtaflu ġidu, jekk l-ewwel ma jorbotx lir-raġel? Imbagħad ikun jistaʼ jisraq minn daru.+ 30 Min mhux miegħi kontra tiegħi, u min ma jiġborx miegħi, ixerred.+
31 “Għalhekk ngħidilkom, Kull xorta taʼ dnub u dagħwa tinħafrilhom lill-bnedmin, imma d-dagħa kontra l-ispirtu ma jinħafirx.+ 32 Per eżempju, kulmin jgħid xi ħaġa kontra Bin il-bniedem tinħafirlu;+ imma kulmin jitkellem kontra l-ispirtu qaddis ma jinħafirlux, le, la f’din is-sistema u lanqas f’dik li ġejja.+
33 “Jew tagħmlu s-siġra tajba bi frott tajjeb jew tagħmlu s-siġra mħassra bi frott imħassar; għax is-siġra mill-frott tagħha tingħaraf.+ 34 Nisel il-lifgħat,+ kif tistgħu tgħidu affarijiet tajbin, meta intom ħżiena?+ Għax mill-abbundanza tal-qalb jitkellem il-fomm.+ 35 Bniedem tajjeb joħroġ affarijiet tajbin+ mit-teżor tajjeb tiegħu, filwaqt li bniedem ħażin joħroġ affarijiet ħżiena+ mit-teżor ħażin tiegħu. 36 Ngħidilkom li kull ħaġa bla siwi li jgħidu l-bnedmin iridu jagħtu kont+ tagħha f’Jum il-Ġudizzju; 37 għax bi kliemek tiġi dikjarat ġust, u bi kliemek tiġi kundannat.”+
38 Imbagħad uħud mill-iskribi u l-Fariżej wieġbu u qalulu: “Għalliem, irridu naraw xi sinjal mingħandek.”+ 39 Hu wieġeb u qalilhom: “Ġenerazzjoni mill-agħar u adultera+ tibqaʼ tfittex sinjal, imma ebda sinjal ma jingħatalha ħlief dak tal-profeta Ġona.+ 40 Għax bħalma Ġona+ dam tlett ijiem u tliet iljieli f’żaqq ħuta kbira, hekk Bin il-bniedem+ idum tlett ijiem u tliet iljieli+ fil-qalba taʼ l-art.+ 41 L-irġiel taʼ Ninwe jqumu fil-ġudizzju maʼ din il-ġenerazzjoni+ u jikkundannawha;+ għax huma nidmu għal dak li ppriedka Ġona,+ imma, ara, xi ħadd akbar minn Ġona qiegħed hawn. 42 Is-sultana tan-nofsinhar+ tiġi mqajma fil-ġudizzju maʼ din il-ġenerazzjoni u tikkundannaha; għax ġiet minn truf l-art biex tismaʼ l-għerf taʼ Salamun, imma, ara, xi ħadd akbar minn Salamun qiegħed hawn.+
43 “Meta spirtu mhux nadif joħroġ minn bniedem jgħaddi minn postijiet niexfa jfittex fejn jistrieħ, u ma jsibx.+ 44 Imbagħad jgħid, ‘Nerġaʼ lura lejn dari minfejn ħriġt’; u malli jasal ma jsib lil ħadd fiha imma jsibha miknusa u mżejna. 45 Imbagħad jitlaq u jieħu miegħu sebaʼ spirti oħra agħar minnu,+ u, wara li jidħlu ġewwa, jgħammru hemmhekk; u l-qagħda finali taʼ dak il-bniedem issir agħar minn tal-bidu.+ Hekk ukoll jiġrilha din il-ġenerazzjoni mill-agħar.”+
46 Waqt li kien għadu jkellem lill-folol, ara, ommu u ħutu+ kienu weqfin barra jipprovaw ikellmuh. 47 Għalhekk, xi ħadd qallu: “Ara! Ommok u ħutek qegħdin barra u jridu jkellmuk.” 48 Hu wieġeb lil dak li kellmu, u qallu: “Min hi ommi, u min huma ħuti?”+ 49 U waqt li medd idu lejn id-dixxipli tiegħu qal: “Ara! Ommi u ħuti!+ 50 Għax kulmin jagħmel ir-rieda taʼ Missieri li hu fis-sema, dan hu ħija, u oħti, u ommi.”
13 Dakinhar, wara li telaq mid-dar, Ġesù qagħad bil-qiegħda ħdejn il-baħar. 2 U folol kbar inġabru madwaru, u għalhekk telaʼ f’dgħajsa u qagħad bil-qiegħda,+ u l-folla kollha kienet wieqfa fuq ix-xatt. 3 Imbagħad qalilhom ħafna affarijiet permezz taʼ tixbihat: “Ara! Wieħed raġel ħareġ jiżraʼ.+ 4 U waqt li kien qed jiżraʼ, xi żrieragħ waqgħu fil-ġenb tat-triq, u ġew l-għasafar u kiluhom.+ 5 Oħrajn waqgħu fuq il-blat fejn ma tantx kellhom ħamrija, u, peress li l-ħamrija ma kinitx fonda,+ nibtu mill-ewwel. 6 Imma meta telgħet ix-xemx inħarqu, u, għax ma kellhomx għeruq, nixfu.+ 7 Ukoll, oħrajn waqgħu qalb ix-xewk, u x-xewk kiber u ħonoqhom.+ 8 Jerġaʼ oħrajn waqgħu f’ħamrija tajba u bdew jagħtu l-frott,+ din mitt darba, dik sittin, l-oħra tletin.+ 9 Min għandu widnejn, ħa jismaʼ.”+
10 Resqu lejh id-dixxipli u staqsewh: “Għala tkellimhom bit-tixbihat?”+ 11 Hu wieġeb u qalilhom: “Lilkom hu mogħti li tifhmu s-sigrieti sagri+ tas-saltna tas-smewwiet, imma lilhom le.+ 12 Għax kulmin għandu, iktar jingħatalu u jkollu bl-abbundanza;+ imma kulmin m’għandux, anki dak li għandu jittiħidlu.+ 13 Huwa għalhekk li nkellimhom bit-tixbihat, għax, meta jħarsu, iħarsu għalxejn, u meta jisimgħu, jisimgħu għalxejn, u lanqas jifhmu;+ 14 u dwarhom qed titwettaq il-profezija taʼ Isaija li tgħid, ‘Tisimgħu kemm tisimgħu żgur ma tifhmux; u tħarsu kemm tħarsu żgur ma tarawx.+ 15 Għax qalb dan il-poplu ma tqanqlitx, u semgħu b’widnejhom imma ma rreaġixxewx, u għalqu għajnejhom; hekk qatt ma se jaraw b’għajnejhom u jisimgħu b’widnejhom u jifhmu dan bi qlubhom u jduru lura, u jien infejjaqhom.’+
16 “Madankollu, henjin għajnejkom+ għax jaraw, u widnejkom għax jisimgħu. 17 Għax tassew ngħidilkom, Ħafna profeti+ u nies sewwa xtaqu jaraw l-affarijiet li qed taraw intom u ma rawhomx,+ u jisimgħu l-affarijiet li qed tisimgħu intom u ma semgħuhomx.+
18 “Mela, isimgħu t-tixbiha tar-raġel li ħareġ jiżraʼ.+ 19 Meta xi ħadd jismaʼ l-kelma tas-saltna imma ma jifhimhiex, jiġi l-Ħażin+ u jaħtaf dak li jkun inżeraʼ f’qalbu; dan hu li nżeraʼ fil-ġenb tat-triq. 20 Rigward dak li nżeraʼ fuq il-blat, dan hu l-bniedem li jismaʼ l-kelma u mill-ewwel jaċċettaha bil-ferħ.+ 21 Iżda peress li m’għandux għeruq fih innifsu, hu jkompli għal xi żmien imma meta tqum xi tribulazzjoni jew xi persekuzzjoni minħabba l-kelma mill-ewwel jitfixkel.+ 22 Rigward dak li nżeraʼ qalb ix-xewk, dan hu l-bniedem li jismaʼ l-kelma, imma l-ansjetà taʼ din is-sistema+ u l-qawwa qarrieqa tar-rikkezzi joħonqu l-kelma, u ma jagħmilx frott.+ 23 Rigward dak li nżeraʼ f’ħamrija tajba, dan hu l-bniedem li jismaʼ l-kelma, jifhimha, u tassew jagħmel u jagħti l-frott—min mitt darba, min sittin, min tletin.”+
24 Ġabilhom tixbiha oħra u qalilhom: “Is-saltna tas-smewwiet tixbah lil raġel li żeraʼ żerriegħa tajba fl-għalqa tiegħu.+ 25 Waqt li n-nies kienu reqdin, ġie l-għadu tiegħu u żeraʼ s-sikrana qalb il-qamħ, u telaq. 26 Meta l-qamħ nibet u ħareġ is-sbul, imbagħad tfaċċat ukoll is-sikrana. 27 Għalhekk, l-ilsiera tas-sid ġew u qalulu, ‘Sinjur, int mhux żerriegħa tajba żrajt fl-għalqa tiegħek?+ Allura kif fiha s-sikrana?’+ 28 Qalilhom, ‘Xi ħadd għadu tiegħi għamel dan.’+ Qalulu, ‘Tridna mmorru niġbruha?’ 29 Hu qal, ‘Le; li ma tmorrux, waqt li qegħdin tiġbru s-sikrana, taqilgħu l-qamħ ukoll. 30 Ħalluhom jikbru t-tnejn flimkien sal-ħsad; u fi żmien il-ħsad ngħid lill-ħassada, Iġbru l-ewwel is-sikrana u orbtuha f’qatet biex taħarquha,+ imbagħad morru iġbru l-qamħ fil-maħżen tiegħi.’”+
31 Ġabilhom tixbiha oħra+ u qalilhom: “Is-saltna tas-smewwiet hi bħal żerriegħa tal-mustarda+ li wieħed raġel ħa u żeraʼ fl-għalqa tiegħu; 32 fil-fatt, din hi l-iżgħar miż-żrieragħ kollha, imma meta tikber tkun l-akbar mill-ħxejjex kollha u ssir siġra, tant li l-għasafar tas-sema+ jiġu u joqogħdu qalb il-friegħi tagħha.”+
33 Qalilhom tixbiha oħra: “Is-saltna tas-smewwiet hi bħal ħmira+ li waħda mara ħadet u ħalltet maʼ tliet seat dqiq, sakemm tħemmret l-għaġna kollha.”
34 Dan kollu Ġesù qalu lill-folol bit-tixbihat. Tabilħaqq, ma kienx ikellimhom mingħajr xi tixbiha;+ 35 sabiex iseħħ dak li ntqal permezz tal-profeta: “Se niftaħ fommi bit-tixbihat, inxandar affarijiet moħbijin sa mit-tisjis tad-dinja.”+
36 Wara li bagħat lill-folol daħal id-dar. U d-dixxipli tiegħu ġew għandu u qalulu: “Fissrilna t-tixbiha tas-sikrana fl-għalqa.” 37 Hu wieġeb u qalilhom: “Dak li żeraʼ ż-żerriegħa t-tajba hu Bin il-bniedem; 38 l-għalqa hi d-dinja;+ iż-żerriegħa t-tajba hi wlied is-saltna; imma s-sikrana hi wlied il-Ħażin,+ 39 u l-għadu li żeragħha hu x-Xitan.+ Il-ħsad+ hu l-konklużjoni taʼ sistema,+ u l-ħassada huma l-anġli. 40 Għalhekk, bħalma s-sikrana tinġabar u tinħaraq bin-nar, hekk se jiġri fil-konklużjoni tas-sistema.+ 41 Bin il-bniedem se jibgħat l-anġli tiegħu, u dawn se jiġbru mis-saltna tiegħu dak kollu li joħloq tfixkil+ u lil min jikser il-liġi, 42 u jixħtuhom fil-forn tan-nar.+ Hemmhekk se jibku u jgħażżu snienhom.+ 43 F’dak iż-żmien in-nies sewwa jiddu+ bħax-xemx+ fis-saltna taʼ Missierhom. Min għandu widnejn, ħa jismaʼ.+
44 “Is-saltna tas-smewwiet hi bħal teżor moħbi f’għalqa li sabu wieħed raġel u ħbieh; u tant jifraħ li jmur u jbigħ+ kulma għandu u jixtri dik l-għalqa.+
45 “Jerġaʼ s-saltna tas-smewwiet hi bħal merkant li jivvjaġġa biex ifittex perli mill-isbaħ. 46 Meta sab perla waħda taʼ valur kbir+ telaq u minnufih biegħ kulma kellu u xtraha.+
47 “Jerġaʼ s-saltna tas-smewwiet hi bħal xibka kbira mitfugħa l-baħar, li tiġbor fiha ħut taʼ kull xorta.+ 48 Meta mtliet tellgħuha x-xatt u qagħdu bil-qiegħda jiġbru t-tajbin+ f’kannestri, imma l-ħżiena+ rmewhom. 49 Hekk se jiġri fil-konklużjoni tas-sistema: l-anġli joħorġu u jifirdu lin-nies ħżiena+ min-nies sewwa+ 50 u jixħtuhom fil-forn tan-nar. Hemmhekk se jibku u jgħażżu snienhom.+
51 “Fhimtuh dan kollu?” Qalulu: “Iva.” 52 Imbagħad qalilhom: “La hu hekk, kulmin jgħallem fil-pubbliku, meta jitgħallem dwar is-saltna tas-smewwiet,+ hu bħal raġel, sid taʼ dar, li joħroġ mit-teżor maħżun tiegħu affarijiet ġodda u qodma.”+
53 Issa, meta temm dawn it-tixbihat, Ġesù telaq minn hemmhekk. 54 U meta wasal pajjiżu+ beda jgħallimhom fis-sinagoga tagħhom,+ tant li stagħġbu u qalu: “Dan ir-raġel minfejn ġab dan l-għerf u dawn l-għemejjel setgħanin? 55 Dan mhux bin il-mastrudaxxa?+ Ommu mhux Marija jisimha, u ħutu s-subien Ġakbu u Ġużeppi u Xmun u Ġuda? 56 U ħutu l-bniet, mhux kollha magħna qegħdin?+ Allura, dan ir-raġel mnejn ġab dan kollu?”+ 57 Għalhekk, bdew jitfixklu minħabba fih.+ Imma Ġesù qalilhom: “Profeta jiġi onorat kullimkien minbarra f’pajjiżu u f’daru stess.”+ 58 U m’għamilx ħafna għemejjel setgħanin hemmhekk minħabba n-nuqqas taʼ fidi tagħhom.+
14 F’dak iż-żmien partikulari Erodi,* il-ħakkiem tad-distrett, semaʼ x’kien qed jintqal dwar Ġesù+ 2 u qal lill-qaddejja tiegħu: “Dan żgur Ġwanni l-Battista. Ġie mqajjem mill-imwiet, u minħabba f’hekk qed iwettaq+ għemejjel setgħanin.” 3 Għax Erodi kien arresta lil Ġwanni u rabtu u tefgħu l-ħabs minħabba Erodja, mart ħuh Filippu,+ 4 peress li Ġwanni kien jgħidlu: “Skond il-liġi ma tistax tkun tiegħek.”+ 5 Madankollu, għalkemm ried joqtlu, kien jibżaʼ mill-folla, għax kienu jqisuh bħala profeta.+ 6 Imma fiċ-ċelebrazzjoni t’għeluq snin+ Erodi, bint Erodja ħarġet tiżfen fin-nofs u tant għoġbitu lil Erodi 7 li wegħedha b’ħalfa li jagħtiha kulma titolbu.+ 8 Imbagħad hi, mogħwija minn ommha, qalet: “Agħtini issa fuq platt ras Ġwanni l-Battista.”+ 9 Is-sultan tnikket, imma minħabba l-ħalfa tiegħu u minħabba dawk li kienu mal-mejda miegħu, ordna li tingħatalha;+ 10 u bagħat jaqtaʼ ras Ġwanni fil-ħabs. 11 U rasu nġiebet fuq platt u ngħatat lit-tfajla, u din ħaditha lil ommha.+ 12 Imbagħad marru d-dixxipli tiegħu, ħadu l-ġisem u difnuh,+ u ġew u qalu lil Ġesù. 13 Malli semaʼ b’dan, Ġesù telaq minn hemmhekk b’dgħajsa lejn post imwarrab biex ikun waħdu;+ imma kif saru jafu dan, il-folol marru warajh bil-mixi mill-bliet.
14 Issa, meta niżel mid-dgħajsa, ra folla kbira; u tħassarhom,+ u fejqilhom il-morda tagħhom.+ 15 X’ħin sar fil-għaxija resqu lejh id-dixxipli tiegħu u qalulu: “Il-post hu mwarrab u diġà sar ħafna ħin; ibgħathom il-folol biex imorru fl-irħula jixtru x’jieklu.”+ 16 Madankollu, Ġesù qalilhom: “M’għandhomx għalfejn jitilqu: agħtuhom intom xi ħaġa x’jieklu.”+ 17 Qalulu: “M’għandna xejn hawnhekk ħlief ħames ħobżiet u żewġ ħutiet.”+ 18 Qalilhom: “Ġibuhomli hawn.” 19 Imbagħad ordna lill-folol jinxteħtu fuq il-ħaxix u ħa l-ħames ħobżiet u ż-żewġ ħutiet. Refaʼ għajnejh lejn is-sema, qal talba+ u, wara li qasam il-ħobż, tah lid-dixxipli, u mbagħad id-dixxipli qassmuh lill-folol.+ 20 U hekk kulħadd kiel u xebaʼ, u ġabru l-bċejjeċ li baqgħu żejda u mlew tnax-il qoffa.+ 21 Dawk li kielu kienu madwar ħamest elef raġel, minbarra n-nisa u t-tfal żgħar.+ 22 Imbagħad, bla dewmien, ġiegħel lid-dixxipli tiegħu jitilgħu fid-dgħajsa u jmorru n-naħa l-oħra qablu, waqt li hu bagħat lill-folol.+
23 Wara li bagħat lill-folol, telaʼ waħdu fuq il-muntanja biex jitlob.+ Għalkemm kien sar ħafna ħin, kien hemmhekk waħdu. 24 Sa dak il-ħin id-dgħajsa kienet mijiet taʼ metri ’l barra mill-art, titħabat mal-mewġ,+ għax ir-riħ kien kontrihom. 25 U fir-rabaʼ għassa* tal-lejl resaq lejhom jimxi fuq il-baħar.+ 26 Meta lemħuh miexi fuq il-baħar, id-dixxipli tħawdu u qalu: “Din xi dehra!”+ U qabdu jgħajtu bil-biżaʼ. 27 Imma minnufih Ġesù qalilhom: “Agħmlu kuraġġ, hu jien;+ tibżgħux.” 28 Wieġeb Pietru u qallu: “Mulej, jekk inhu int, ordnali niġi ħdejk fuq l-ilma.” 29 Qallu: “Ejja!” Fil-pront Pietru niżel mid-dgħajsa,+ mexa fuq l-ilma, u mar lejn Ġesù. 30 Imma x’ħin ra r-riefnu beda jibżaʼ u, kif beda jegħreq, għajjat: “Mulej, salvani!” 31 Minnufih Ġesù ħareġ idu, qabdu, u qallu: “Int taʼ fidi żgħira, għala ddubitajt?”+ 32 U wara li telgħu fid-dgħajsa, ir-riefnu waqaf. 33 Imbagħad dawk li kienu fid-dgħajsa mielu quddiemu u qalulu: “Int tassew l-Iben t’Alla.”+ 34 U qasmu għan-naħa l-oħra u niżlu l-art f’Ġennesaret.+
35 Malli għarfuh, l-irġiel taʼ dak il-post xerrdu l-aħbar maʼ l-inħawi kollha, u n-nies ġabulu lil kulmin kien marid.+ 36 U talbuh bil-ħrara biex imqar imissulu t-tarf tal-libsa;+ u kulmin messu fieq għalkollox.
15 Imbagħad ġew xi Fariżej u skribi minn Ġerusalemm+ għand Ġesù u qalulu: 2 “Id-dixxipli tiegħek għala jiksru t-tradizzjoni taʼ dawk taʼ qabilna? Per eżempju, huma ma jaħslux idejhom qabel jieklu.”+
3 Wieġeb u qalilhom: “U intom għala tiksru l-kmandament t’Alla minħabba t-tradizzjoni tagħkom?+ 4 Per eżempju, Alla qal, ‘Onora lil missierek u lil ommok’;+ u, ‘Min iżeblaħ lil missieru jew lil ommu jieħu l-mewt.’+ 5 Imma intom tgħidu, ‘Kulmin jgħid lil missieru jew lil ommu: “Kulma għandi li bih nistaʼ nkun t’għajnuna għalik hu għotja dedikata lil Alla,” 6 m’għandux għalfejn jonora lil missieru.’+ U b’hekk il-kelma t’Alla ġibtuha fix-xejn minħabba t-tradizzjoni tagħkom.+ 7 Ja ipokriti,+ sewwa pprofetizza dwarkom Isaija,+ meta qal, 8 ‘Dan il-poplu jonorani b’xofftejh, iżda qalbu mbiegħda minni.+ 9 Għalxejn jagħtuni qima, għax jgħallmu bħala duttrini+ l-kmandi tal-bnedmin.’” 10 Imbagħad sejjaħ lill-folla lejh u qalilhom: “Isimgħu u ifhmu dan:+ 11 Mhux dak li jidħol mill-fomm iniġġes lill-bniedem; imma dak li joħroġ minn fommu jniġġsu lill-bniedem.”+
12 Imbagħad ġew id-dixxipli u qalulu: “Taf li l-Fariżej tfixklu b’dak li għedt?”+ 13 Wieġeb u qalilhom: “Kull xitla li ma ħawwilx Missieri tas-sema titqaċċat mill-għeruq.+ 14 Ħalluhom. Dawk gwidi għomja. Għalhekk, jekk agħma jmexxi lil agħma, it-tnejn jaqgħu f’ħofra.”+ 15 Wieġeb Pietru u qallu: “Fissrilna+ din it-tixbiha.” 16 Għal dan, qalilhom: “Intom ukoll għadkom ma fhimtux?+ 17 Ma tafux li kulma jidħol mill-fomm jgħaddi mill-imsaren u jintrema fid-dranaġġ? 18 Madankollu, dak li joħroġ mill-fomm jiġi mill-qalb, u dan hu li jniġġes lill-bniedem.+ 19 Per eżempju, mill-qalb joħorġu rraġunar ħażin,+ qtil, adulterju, żína, serq, xiehda falza, u dagħa.+ 20 Dawn huma l-affarijiet li jniġġsu lill-bniedem, imma dan ma jitniġġisx+ għax jiekol mingħajr ma jaħsel idejh.”
21 Ġesù telaq minn hemmhekk u mar fl-inħawi taʼ Tir u Sidon.+ 22 U, ara, waħda mara mill-Feniċja*+ li kienet toqgħod f’dawk l-inħawi ħarġet tgħajjat u tgħid: “Ikollok ħniena minni,+ Mulej, Bin David. Binti maħkuma bl-ikrah minn demonju.” 23 Imma hu ma wiġibha xejn. Għalhekk, resqu d-dixxipli tiegħu u bdew jitolbuh: “Ibgħatha ’l hemm; għax se tibqaʼ tgħajjat warajna.” 24 Hu wieġeb u qal: “Kont mibgħut biss għan-nagħaġ mitlufin taʼ dar Israel.”+ 25 Imma l-mara ġiet, mielet quddiemu, u qaltlu: “Mulej, għinni!”+ 26 Hu wiġibha: “Mhux sewwa li tieħu l-ħobż tat-tfal u titfgħu lill-ġriewi.” 27 Qaltlu: “Iva, Mulej; imma fil-fatt il-ġriewi wkoll jieklu mill-frak li jaqaʼ mill-mejda tas-sidien tagħhom.”+ 28 Imbagħad Ġesù qalilha: “O mara, kbira hi l-fidi tiegħek; ħa jkunlek kif tixtieq.” U bintha fieqet dak il-ħin stess.+
29 Imbagħad Ġesù telaq minn hemmhekk u ġie ħdejn il-baħar tal-Galilija,+ u, wara li telaʼ fuq il-muntanja,+ qagħad bil-qiegħda. 30 Imbagħad resqu lejh folol kbar, li kellhom magħhom nies zopop, immankati, għomja, muti, u ħafna oħrajn, u qegħduhom f’riġlejh, u fejjaqhom;+ 31 u l-folla baqgħet mgħaġġba meta rat il-muti jitkellmu, iz-zopop jimxu, u l-għomja jaraw, u gglorifikaw lill-Alla taʼ Israel.+
32 Imbagħad Ġesù sejjaħ lid-dixxipli tiegħu u qalilhom:+ “Nitħassarhom+ lil dawn in-nies, għax diġà ilhom tlett ijiem miegħi u m’għandhom xejn x’jieklu; u ma rridx nibgħathom sajmin, li ma jmurx iħosshom ħażin fit-triq.” 33 Madankollu, id-dixxipli qalulu: “F’dan il-post imwarrab, minfejn se nġibu biżżejjed ħobż biex inxebbgħu folla kbira bħal din?”+ 34 Għal dan, Ġesù qalilhom: “Kemm għandkom ħobż?” Qalulu: “Sebgħa, u ftit ħut żgħir.” 35 Mela, wara li qal lin-nies biex jinxteħtu fl-art, 36 ħa s-sebaʼ ħobżiet u l-ħut u, wara li radd ħajr, qasamhom u beda jnewwilhom lid-dixxipli, u mbagħad id-dixxipli tawhom lill-folol.+ 37 U kulħadd kiel u xebaʼ, u ġabru l-bċejjeċ li baqgħu żejda u mlew sebat iqfief kbar.+ 38 Dawk li kielu kienu erbat elef raġel, barra n-nisa u t-tfal żgħar. 39 Fl-aħħar, wara li bagħat lill-folol, telaʼ fid-dgħajsa u ġie fl-inħawi taʼ Magadan.+
16 Imbagħad resqu lejh il-Fariżej+ u s-Sadduċej biex jipprovawh u talbuh jurihom sinjal mis-sema.+ 2 Wieġeb u qalilhom: “[[Meta jasal fil-għaxija intom imdorrijin tgħidu, ‘Se jkun temp sabiħ, għax is-sema aħmar nar’; 3 u fil-għodu, ‘Se jkun temp ikrah u bix-xita llum, għax is-sema aħmar nar, imma mdallam.’ Intom tafu tinterpretaw id-dehra tas-sema imma ma tafux tinterpretaw+ is-sinjali taż-żminijiet.]] 4 Ġenerazzjoni mill-agħar u adultera tibqaʼ tfittex sinjal, imma ebda sinjal ma jingħatalha+ ħlief dak taʼ Ġona.”+ B’dan telaq u ħalliehom.+
5 Issa d-dixxipli qasmu għan-naħa l-oħra u nsew jieħdu l-ħobż magħhom.+ 6 Ġesù qalilhom: “Żommu għajnejkom miftuħin u oqogħdu attenti mill-ħmira tal-Fariżej u s-Sadduċej.”+ 7 Għalhekk, bdew jirraġunaw bejniethom u jgħidu: “Ma ħadniex ħobż magħna.” 8 Peress li kien jaf dan, Ġesù qal: “Għala qed tirraġunaw hekk bejnietkom, għax m’għandkomx ħobż, intom taʼ fidi żgħira?+ 9 Għadkom m’intomx qed tifhmu, jew ma tiftakrux il-ħames ħobżiet fil-każ tal-ħamest elef u kemm-il qoffa mlejtu?+ 10 Jew is-sebaʼ ħobżiet fil-każ taʼ l-erbat elef u kemm-il qoffa mlejtu?+ 11 Kif m’intomx qed tindunaw li ma kellimtkomx dwar il-ħobż? Imma oqogħdu attenti mill-ħmira tal-Fariżej u s-Sadduċej.”+ 12 Imbagħad fehmu li kien qed jgħidilhom biex joqogħdu attenti mit-tagħlim+ tal-Fariżej u s-Sadduċej u mhux mill-ħmira tal-ħobż.
13 Issa, meta ġie fl-inħawi taʼ Ċesarija Filippi, Ġesù staqsa lid-dixxipli tiegħu: “In-nies min qed jgħidu li hu Bin il-bniedem?”+ 14 Qalulu: “Xi wħud jgħidu Ġwanni l-Battista,+ oħrajn Elija,+ jerġaʼ oħrajn Ġeremija jew wieħed mill-profeti.” 15 Qalilhom: “Iżda intom min tgħidu li jien?”+ 16 Wieġeb Xmun Pietru u qal: “Int il-Kristu,+ Bin l-Alla l-ħaj.”+ 17 Ġesù wieġeb u qallu: “Hieni int, Xmun bin Ġona, għax mhux il-laħam u d-demm irrivelawlek dan, imma Missieri li hu fis-smewwiet.+ 18 Ngħidlek ukoll, Int Pietru,*+ u fuq din il-blata+ nibni l-kongregazzjoni tiegħi, u l-bibien tal-Qabar*+ ma jegħlbuhiex.+ 19 Nagħtik l-imfietaħ tas-saltna tas-smewwiet, u kulma torbot fuq l-art ikun marbut fis-smewwiet, u kulma tħoll fuq l-art ikun maħlul fis-smewwiet.”+ 20 Imbagħad lid-dixxipli ordnalhom bis-sħiħ biex ma jgħidu lil ħadd li hu kien il-Kristu.+
21 Minn dakinhar ’il quddiem Ġesù Kristu beda juri lid-dixxipli tiegħu li kellu jmur Ġerusalemm u jsofri ħafna mix-xjuħ u l-qassisin ewlenin u l-iskribi, u li kellu jiġi maqtul, u fit-tielet jum jiġi mqajjem.+ 22 Meta semaʼ dan, Pietru ġibdu lejh u beda jċanfru u jgħidlu: “Kun ħanin miegħek innifsek, Mulej; żgur li mhux se jiġrilek dan.”+ 23 Imma Ġesù dar u qal lil Pietru: “Itlaq minn quddiemi, Satana!+ Int tfixkil għalija, għax m’intix taħseb il-ħsibijiet t’Alla+ imma tal-bnedmin.”
24 Imbagħad Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Jekk xi ħadd irid jiġi warajja, ħa jiċħad lilu nnifsu u jerfaʼ z-zokk tat-tortura tiegħu u jibqaʼ+ miexi warajja. 25 Għax kulmin irid isalva ruħu jitlifha; imma kulmin jitlef ruħu minħabba fija jsibha.+ 26 Għax x’jiswielu bniedem jekk jikseb id-dinja kollha imma jitlef ruħu?+ Jew x’se jagħti bniedem flok+ ruħu? 27 Għax Bin il-bniedem għandu jiġi fil-glorja taʼ Missieru maʼ l-anġli tiegħu, u mbagħad iħallas lil kull wieħed skond għemilu.+ 28 Tassew ngħidilkom li xi wħud minn dawk li qegħdin hawnhekk żgur ma jduqux il-mewt qabel ma jaraw lil Bin il-bniedem ġej fis-saltna tiegħu.”+
17 Sitt ijiem wara, Ġesù ħa miegħu lil Pietru, lil Ġakbu, u lil ħuh Ġwanni, u tellagħhom fuq muntanja għolja waħedhom.+ 2 U tbiddel quddiemhom, u wiċċu idda bħax-xemx,+ u ħwejġu bdew jixegħlu bħad-dawl.+ 3 U, ara! Dehrulhom Mosè u Elija jitkellmu miegħu.+ 4 Għaldaqstant, Pietru qal lil Ġesù: “Mulej, kemm hu sew li aħna qegħdin hawnhekk! Jekk trid, intellaʼ tliet tined hawnhekk, waħda għalik, waħda għal Mosè, u waħda għal Elija.”+ 5 Waqt li kien għadu jitkellem, ara, sħaba tiddi għattiethom, u, ara, leħen minn ġos-sħaba qal: “Dan hu Ibni, il-maħbub, li lilu jien approvajt;+ isimgħu minnu.”+ 6 Malli semgħu dan id-dixxipli nxteħtu wiċċhom fl-art u ħakimhom biżaʼ kbir.+ 7 Imbagħad Ġesù resaq lejhom, messhom, u qalilhom: “Qumu u tibżgħux.”+ 8 Meta refgħu għajnejhom ma raw lil ħadd ħlief lil Ġesù waħdu.+ 9 U kif kienu neżlin minn fuq il-muntanja, Ġesù ordnalhom u qalilhom: “Tgħidu lil ħadd b’din il-viżjoni sakemm Bin il-bniedem jiġi mqajjem mill-imwiet.”+
10 U d-dixxipli staqsewh: “Allura l-iskribi għala jgħidu li Elija jrid jiġi l-ewwel?”+ 11 Wieġeb u qalilhom: “Iva, Elija ġej u se jġedded kollox.+ 12 Madankollu, jien ngħidilkom li Elija diġà ġie u m’għarfuhx imma għamlu bih dak li riedu. Hekk ukoll Bin il-bniedem għandu jsofri taħt idejhom.”+ 13 Imbagħad id-dixxipli fehmu li kien qed ikellimhom dwar Ġwanni l-Battista.+
14 U meta ġew ħdejn il-folla,+ resaq lejh wieħed raġel, niżel għarkopptejh quddiemu, u qallu: 15 “Mulej, ikollok ħniena minn ibni, għax hu epilettiku u marid, u sikwit jaqaʼ fin-nar u fl-ilma;+ 16 u ġibtu għand id-dixxipli tiegħek, imma ma setgħux ifejquh.”+ 17 Ġesù wieġeb u qal: “Ja ġenerazzjoni bla fidi u mgħawġa,+ kemm irrid indum magħkom? Kemm ħa ndum nissaportikom? Ġibuhuli hawn.” 18 Imbagħad Ġesù ċanfar lid-demonju u dan ħareġ minnu;+ u t-tifel fieq dak il-ħin stess.+ 19 Imbagħad id-dixxipli resqu lejn Ġesù waħedhom u qalulu: “Għala ma stajniex inkeċċuh?”+ 20 Qalilhom: “Minħabba l-fidi żgħira tagħkom. Għax tassew ngħidilkom, Jekk ikollkom fidi mqar daqs żerriegħa tal-mustarda, tgħidu lil din il-muntanja, ‘Inqalaʼ minn hawn u mur hemm,’ u din tmur, u xejn ma jkun impossibbli għalikom.”+ 21* ——
22 Waqt li kienu miġburin flimkien fil-Galilija, Ġesù qalilhom: “Bin il-bniedem għandu jiġi tradut u jingħata f’idejn il-bnedmin,+ 23 u dawn joqtluh, u fit-tielet jum jiġi mqajjem.”+ Għaldaqstant tnikktu ferm.+
24 Wara li waslu Kafarnahum, l-irġiel li jiġbru t-taxxa taʼ żewġ drakmi resqu lejn Pietru u qalulu: “L-għalliem tagħkom ma jħallashiex it-taxxa taʼ żewġ drakmi?”+ 25 Qalilhom: “Iva.” Madankollu, meta daħal id-dar, Ġesù fil-pront bdielu d-diskors u qallu: “X’taħseb Xmun? Is-slaten taʼ l-art mingħand min jirċievu d-dazju jew it-taxxa fuq kull ras? Mingħand uliedhom jew mingħand l-istranġieri?” 26 Meta qal: “Mingħand l-istranġieri,” Ġesù qallu: “Mela, allura, l-ulied huma ħielsa mit-taxxa. 27 Imma biex ma nfixkluhomx,+ mur sal-baħar, ixħet sunnara, u ħu l-ewwel ħuta li ttellaʼ u, meta tiftħilha ħalqha, issib munita taʼ stater. Ħudha u agħtihielhom għalija u għalik.”+
18 Dak il-ħin id-dixxipli resqu lejn Ġesù u qalulu: “Min tassew hu l-akbar fis-saltna tas-smewwiet?”+ 2 Għalhekk, sejjaħ ħdejh tifel żgħir, qiegħdu f’nofshom,+ 3 u qal: “Tassew ngħidilkom, Jekk ma tinbidlux u ma ssirux bħal tfal żgħar,+ żgur li ma tidħlux fis-saltna tas-smewwiet.+ 4 Għalhekk, kulmin jumilja+ ruħu bħal dan it-tifel hu l-akbar fis-saltna tas-smewwiet;+ 5 u kulmin jilqaʼ tifel bħal dan f’ismi jilqaʼ lili wkoll.+ 6 Imma kulmin ifixkel lil wieħed minn dawn iċ-ċkejknin li jpoġġu l-fidi fija jkun aħjar għalih li jdendlulu m’għonqu ġebla taʼ mitħna,+ bħal dik li jdawwar ħmar, u jgħarrquh f’baħar miftuħ.+
7 “Gwaj għad-dinja minħabba t-tfixkil! Naturalment, tfixkil żgur li se jkun hawn,+ imma gwaj għall-bniedem li jġib it-tfixkil!+ 8 Mela, jekk idek jew sieqek qed tfixklek, aqtagħha barra u armiha ’l bogħod minnek;+ ikun aħjar għalik li tidħol immankat jew zopp fil-ħajja milli jitfgħuk b’idejk it-tnejn jew b’saqajk it-tnejn fin-nar taʼ dejjem.+ 9 Ukoll, jekk għajnek qed tfixklek, aqlagħha barra u armiha ’l bogħod minnek; ikun aħjar għalik li tidħol b’għajn waħda fil-ħajja milli jitfgħuk b’għajnejk it-tnejn f’Geħenna*+ tan-nar. 10 Araw li ma tistmerrux lil xi wieħed minn dawn iċ-ċkejknin; għax ngħidilkom li l-anġli tagħhom+ fis-sema dejjem jaraw wiċċ Missieri li hu fis-sema.+ 11* ——
12 “X’taħsbu intom? Jekk raġel ikollu mitt nagħġa u tintilef waħda minnhom,+ ma jħallix hu lid-disgħa u disgħin fuq il-muntanji u jitlaq ifittex lil dik li ntilfitlu?+ 13 U jekk jirnexxilu jsibha, tassew ngħidilkom li jifraħ biha iktar milli bid-disgħa u disgħin li ma ntilfux.+ 14 Bl-istess mod, Missieri li hu fis-sema ma jridx li jinqered+ wieħed minn dawn iċ-ċkejknin.
15 “Ukoll, jekk ħuk jagħmel dnub, mur sibu waħdu+ u urih l-iżball tiegħu. Jekk jismaʼ minnek, tkun ksibt lura lil ħuk.+ 16 Imma jekk ma jismax, ħu miegħek wieħed jew tnejn oħra, sabiex kull ħaġa tkun stabbilita minn fomm żewġ xhieda jew tlieta.+ 17 Jekk ma jismax minnhom, kellem lill-kongregazzjoni. Jekk lanqas mill-kongregazzjoni ma jismaʼ, ħa jkun għalik bħal raġel mill-ġnus+ u bħal kollettur tat-taxxi.+
18 “Tassew ngħidilkom, Kulma torbtu fuq l-art ikun marbut fis-sema, u kulma tħollu fuq l-art ikun maħlul fis-sema.+ 19 Tassew ngħidilkom ukoll, Jekk tnejn minnkom fuq l-art jiftiehmu bejniethom biex jitolbu dwar xi ħaġa importanti, din isseħħilhom bis-saħħa taʼ Missieri tas-sema.+ 20 Għax fejn hemm tnejn jew tlieta miġburin flimkien f’ismi,+ jien inkun hemmhekk f’nofshom.”+
21 Imbagħad resaq Pietru u qallu: “Mulej, kemm-il darba jistaʼ ħija jidneb kontrija u naħfirlu?+ Sa sebaʼ darbiet?”+ 22 Ġesù qallu: “Ma ngħidlekx, Sa sebaʼ darbiet, imma, Sa sebgħa u sebgħin darba.+
23 “Huwa għalhekk li s-saltna tas-smewwiet saret bħal wieħed sultan+ li ried jirranġa l-kontijiet+ maʼ l-ilsiera tiegħu. 24 Kif beda, ġabulu raġel li kellu jagħtih għaxart elef talent [=60,000,000 dinar].* 25 Imma peress li ma kellux il-mezzi biex iħallashom lura, sidu ordna li jinbiegħu hu, martu, uliedu, u kulma kellu biex isir il-ħlas.+ 26 Għalhekk, l-ilsir inxteħet fl-art quddiemu u beda jgħidlu, ‘Ħu paċenzja bija u nagħtik kollox lura.’ 27 Għal dan, sid dan l-ilsir ħassu mqanqal u tħassru, ħallieh imur,+ u ħafirlu d-dejn tiegħu.+ 28 Imma dan l-ilsir ħareġ u sab lil wieħed mill-ilsiera sħabu li kellu jagħtih mitt dinar;+ ħatfu minn għonqu u beda jifgah u jgħidlu, ‘Ħallas lura dak kollu li għandek tagħti.’ 29 Għalhekk, l-ilsir sieħbu nxteħet fl-art u beda jitolbu bil-ħrara u jgħidlu: ‘Ħu paċenzja bija+ u nagħtik kollox lura.’ 30 Madankollu, hu ma riedx, imma telaq u tefgħu l-ħabs sakemm iħallas lura dak li kellu jagħtih. 31 Għalhekk, meta l-ilsiera sħabu raw x’kien ġara, iddispjaċiehom ferm u marru u għarrfu lil sidhom b’kulma kien ġara.+ 32 Imbagħad sidu bagħat għalih u qallu, ‘Ilsir mill-agħar, jien ħfirtlek dak id-dejn kollu meta tlabtni bil-ħrara. 33 Ma messekx int, mill-banda l-oħra, ġietek ħniena+ mill-ilsir sieħbek, bħalma jien ukoll ġietni ħniena minnek?’+ 34 U sidu għadab bl-ikrah+ għalih u tah f’idejn il-kalzriera sakemm iħallas lura dak kollu li kellu jagħti. 35 Hekk ukoll+ jagħmlilkom Missieri tas-sema jekk ma taħfrux minn qalbkom kull wieħed lil ħuh.”+
19 Issa, meta temm dan il-kliem, Ġesù telaq mill-Galilija u ġie fil-fruntieri tal-Lhudija, in-naħa l-oħra tal-Ġordan.+ 2 Ukoll, marru warajh folol kbar, u fejjaqhom hemmhekk.+
3 Resqu lejh il-Fariżej u, bil-ħsieb li jipprovawh, staqsewh: “Skond il-liġi, jistaʼ raġel jiddivorzja lil martu għal kwalunkwe raġuni?”+ 4 Hu wieġeb u qalilhom: “Ma qrajtux li sa mill-bidu dak li ħalaqhom għamilhom raġel u mara+ 5 u qal, ‘Minħabba f’hekk raġel iħalli lil missieru u lil ommu+ u jingħaqad maʼ martu, u t-tnejn ikunu ġisem wieħed’?+ 6 Mela m’għadhomx iżjed tnejn, imma ġisem wieħed. Għalhekk, dak li Alla għaqqad flimkien ħa ma jifirdu ebda bniedem.”+ 7 Qalulu: “Allura Mosè għala ordna li wieħed jagħtiha ċertifikat taʼ tkeċċija u jiddivorzjaha?”+ 8 Qalilhom: “Kien minħabba l-ebusija taʼ qalbkom+ li Mosè ċedielkom li tiddivorzjaw lin-nisa tagħkom, imma dan ma kienx hekk mill-bidu.+ 9 Jien ngħidilkom li kulmin jiddivorzja lil martu, ħlief minħabba ż-żína, u jiżżewweġ oħra jagħmel adulterju.”+
10 Id-dixxipli qalulu: “Jekk din hi s-sitwazzjoni taʼ raġel maʼ martu, ma jaqbillekx tiżżewweġ.”+ 11 Hu qalilhom: “Mhux kulħadd jagħmel il-wisaʼ għal dan il-kliem, imma dawk biss li għandhom din l-għotja.+ 12 Għax hemm ewnuċi li twieldu hekk minn ġuf ommhom,+ u hemm ewnuċi li ntgħamlu ewnuċi mill-bnedmin, u hemm ewnuċi li għamlu lilhom infushom ewnuċi minħabba s-saltna tas-smewwiet. Min jistaʼ, ħa jagħmel il-wisaʼ għal dan.”+
13 Imbagħad ġabulu xi tfal żgħar biex ipoġġi idejh fuqhom u jitlob; imma d-dixxipli ċanfruhom.+ 14 Iżda Ġesù qal: “Ħalluhom it-tfal żgħar, u tibqgħux iżżommuhom milli jiġu għandi, għax is-saltna tas-smewwiet hi taʼ min hu bħalhom.”+ 15 U poġġa idejh fuqhom u telaq minn hemmhekk.+
16 Issa, ara, resaq wieħed fuqu u qallu: “Għalliem, liema għemil tajjeb irrid nagħmel sabiex nikseb il-ħajja taʼ dejjem?”+ 17 Qallu: “Għala tistaqsini dwar x’inhu tajjeb? Wieħed hemm li hu tajjeb.+ Iżda, jekk trid tidħol fil-ħajja, osserva l-kmandamenti kontinwament.”+ 18 Qallu: “Liema?”+ Ġesù qal: “Toqtolx,+ Tagħmilx adulterju,+ Tisraqx,+ Tixhidx falz,+ 19 Onora lil missierek u lil ommok,+ u, Ħobb lill-proxxmu tiegħek bħalek innifsek.”+ 20 Iż-żagħżugħ qallu: “Dawn kollha ħaristhom; x’jonqosni iktar?” 21 Ġesù qallu: “Jekk trid tkun perfett, mur bigħ dak li għandek u agħti lill-foqra u jkollok teżor fis-sema,+ u ejja kun segwaċi tiegħi.”+ 22 Meta ż-żagħżugħ semaʼ dan, telaq imnikket, għax kellu ħafna ġid.+ 23 Imbagħad Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Tassew ngħidilkom li se jkun diffiċli għal raġel għani biex jidħol fis-saltna tas-smewwiet.+ 24 Nerġaʼ ngħidilkom, Hu eħfef li ġemel jgħaddi minn għajn taʼ labra milli raġel għani jidħol fis-saltna t’Alla.”+
25 Meta d-dixxipli semgħu dan, issorprendew ruħhom ħafna u qalulu: “Min tassew jistaʼ jiġi salvat?”+ 26 Waqt li ħares fiss lejhom, Ġesù qalilhom: “Għall-bnedmin dan hu impossibbli, imma għal Alla kollox hu possibbli.”+
27 Imbagħad wieġeb Pietru u qallu: “Ara! Aħna tlaqna kollox u ġejna warajk; allura aħna x’se jmissna?”+ 28 Ġesù qalilhom: “Tassew ngħidilkom, Fit-tiġdid taʼ kollox, meta Bin il-bniedem joqgħod bil-qiegħda fuq it-tron glorjuż tiegħu, intom li ġejtu warajja toqogħdu wkoll bil-qiegħda fuq tnax-il tron, tiġġudikaw lit-tnax-il tribù taʼ Israel.+ 29 U kulmin telaq id-djar tiegħu jew lil ħutu subien jew bniet jew lil missieru jew lil ommu jew lit-tfal jew l-artijiet minħabba ismi jingħata ħafna iktar u jiret il-ħajja taʼ dejjem.+
30 “Imma ħafna li huma l-ewwel ikunu l-aħħar u taʼ l-aħħar l-ewwel.+
20 “Għax is-saltna tas-smewwiet hi bħal wieħed sid t’għalqa li ħareġ kmieni fil-għodu biex isib ħaddiema għall-għalqa tad-dwieli tiegħu.+ 2 Wara li ftiehem mal-ħaddiema li jagħtihom dinar* kuljum,+ bagħathom fl-għalqa tiegħu. 3 Ħareġ ukoll madwar it-tielet siegħa*+ u ra oħrajn weqfin bla xogħol fis-suq;+ 4 u lil dawn qalilhom, ‘Morru intom ukoll fl-għalqa tad-dwieli, u nagħtikom dak li hu ġust.’ 5 U dawn marru. Reġaʼ ħareġ għall-ħabta tas-sitt siegħa*+ u d-disaʼ siegħa*+ u għamel l-istess. 6 Fl-aħħarnett, madwar il-ħdax-il siegħa* ħareġ u sab oħrajn weqfin, u qalilhom, ‘Għala qgħadtu weqfin hawnhekk il-jum kollu bla xogħol?’ 7 Qalulu, ‘Għax ħadd ma qabbadna.’ Qalilhom, ‘Morru intom ukoll fl-għalqa tad-dwieli.’+
8 “X’ħin sar fil-għaxija,+ sid l-għalqa tad-dwieli qal lil dak li kien qed jiħodlu ħsieb, ‘Sejjaħ lill-ħaddiema u agħtihom il-paga;+ ibda b’taʼ l-aħħar u spiċċa b’taʼ l-ewwel.’ 9 Meta ġew l-irġiel li bdew jaħdmu fil-ħdax-il siegħa, ngħataw dinar kull wieħed. 10 Għalhekk, meta ġew taʼ l-ewwel, ħasbu li kienu se jingħataw iktar; imma huma tħallsu wkoll bir-rata taʼ dinar. 11 Malli ħaduh bdew igergru kontra s-sid+ 12 u qalulu, ‘Dawn taʼ l-aħħar taw siegħa xogħol u int xorta stmajthom daqsna li ssaportejna t-toqol tal-jum u s-sħana tikwi!’ 13 Imma biex iwieġeb lil wieħed minnhom, qallu, ‘Sieħbi, lilek m’iniex nonqsok. Mhux dinar ftehemna li nagħtik?+ 14 Ħu dak li hu tiegħek u mur. Lil dan taʼ l-aħħar irrid nagħtih daqskemm tajt lilek.+ 15 Ma nistax skond il-liġi nagħmel li rrid bi ħwejġi? Jew għajnek hi mill-agħar+ għax jien tajjeb?’+ 16 B’dan il-mod, taʼ l-aħħar jiġu l-ewwel, u taʼ l-ewwel l-aħħar.”+
17 Peress li issa kien wasal biex jitlaʼ Ġerusalemm, fit-triq Ġesù kellem lit-tnax-il dixxiplu+ waħedhom u qalilhom: 18 “Ara! Aħna telgħin Ġerusalemm, u Bin il-bniedem se jingħata f’idejn il-qassisin ewlenin u l-iskribi, u dawn jikkundannawh għall-mewt,+ 19 u jagħtuh f’idejn in-nies tal-ġnus biex jiżżuffjettaw bih u jsawtuh u jsammruh maʼ zokk,+ u fit-tielet jum jiġi mqajjem.”+
20 Imbagħad resqet lejh omm ulied Żebedew+ maʼ wliedha u mielet quddiemu biex titolbu xi ħaġa.+ 21 Hu qalilha: “Xi trid?” Qaltlu: “Ordna li dawn iż-żewġ uliedi joqogħdu bil-qiegħda, wieħed fuq il-lemin tiegħek u l-ieħor fuq ix-xellug, fis-saltna tiegħek.”+ 22 Ġesù wieġeb u qalilhom: “Ma tafux x’qed titolbu. Tistgħu tixorbu l-kies+ li dalwaqt nixrob jien?” Qalulu: “Nistgħu.” 23 Qalilhom: “Tassew li se tixorbu l-kies tiegħi,+ imma li toqogħdu bil-qiegħda fuq il-lemin u fuq ix-xellug tiegħi ma nistax nagħtih jien, imma hu taʼ dawk li tħejja għalihom minn Missieri.”+
24 Meta l-għaxra l-oħra semgħu dan, xejn ma ħadu pjaċir biż-żewġ aħwa.+ 25 Imma Ġesù sejħilhom lejh u qalilhom: “Intom tafu li l-ħakkiema tal-ġnus jiddominawhom u l-kbarat għandhom awtorità fuqhom.+ 26 Dan m’għandux ikun fostkom;+ imma kulmin irid isir kbir fostkom irid ikun il-qaddej tagħkom,+ 27 u kulmin irid ikun l-ewwel fostkom irid ikun l-ilsir tagħkom.+ 28 Bħalma Bin il-bniedem ma ġiex biex ikun moqdi, imma biex jaqdi+ u jagħti ruħu b’fidwa għal ħafna.”+
29 Issa, waqt li kienu ħerġin minn Ġeriko,+ ġiet warajh folla kbira. 30 U, ara, żewġ għomja bil-qiegħda mal-ġenb tat-triq, meta semgħu li kien għaddej Ġesù, bdew jgħajtu u jgħidu: “Mulej, ikollok ħniena minna, Bin David!”+ 31 Imma n-nies ċanfruhom biex jisktu; iżda huma iktar bdew jgħajtu u jgħidu: “Mulej, ikollok ħniena minna, Bin David!”+ 32 Għalhekk, Ġesù waqaf, sejħilhom, u qalilhom: “Xi triduni nagħmlilkom?” 33 Qalulu: “Mulej, agħmel li jinfetħu għajnejna.”+ 34 Ġesù ħassu mqanqal u tħassarhom, messilhom għajnejhom,+ u minnufih ħadu d-dawl u marru warajh.+
21 Meta qorbu lejn Ġerusalemm u waslu Betfaġe fuq il-Muntanja taż-Żebbuġ, Ġesù bagħat żewġ dixxipli+ 2 u qalilhom: “Morru fir-raħal li qed taraw quddiemkom, u mill-ewwel issibu ħmara marbuta, u felu magħha; ħolluhom u ġibuhomli.+ 3 U jekk xi ħadd ikellimkom, għidulu, ‘Il-Mulej għandu bżonnhom.’ Malli tgħidulu hekk, jibgħathom minnufih.”
4 Dan fil-fatt seħħ biex jitwettaq dak li qal il-profeta: 5 “Għidu lil bint Sijon, ‘Ara! Is-Sultan tiegħek ġej għandek,+ ġwejjed,+ u riekeb fuq ħmar, iva, fuq felu, il-ferħ taʼ bhima tat-tagħbija.’”+
6 Għalhekk, id-dixxipli telqu u għamlu bħalma ordnalhom Ġesù. 7 U ġabu l-ħmara u l-felu, u poġġew fuqhom l-imnatar tagħhom, u hu poġġa bil-qiegħda fuqhom.+ 8 Il-biċċa l-kbira mill-folla firxu l-imnatar tagħhom+ fit-triq, waqt li oħrajn bdew jaqtgħu l-friegħi mis-siġar u jifirxuhom fit-triq.+ 9 U l-folol, kemm dawk li kienu mexjin quddiemu u kemm dawk li kienu mexjin warajh, bdew jgħajtu: “Salva, nitolbuk,+ lil Bin David!+ Imbierek dak li jiġi f’isem+ Ġeħova! Salvah, nitolbuk, fl-ogħla postijiet tas-smewwiet!”+
10 Issa, meta daħal Ġerusalemm,+ qamet għagħa kbira fil-belt kollha u n-nies bdew jgħidu: “Dan min hu?” 11 Il-folol bdew iwieġbu: “Dan hu Ġesù, il-profeta+ minn Nazaret tal-Galilija!”
12 U Ġesù daħal fit-tempju u keċċa ’l barra lil dawk kollha li kienu qed ibigħu u jixtru fit-tempju, u qaleb l-imwejjed tas-sarrafa tal-flus u l-bankijiet taʼ dawk li kienu jbigħu l-ħamiem.+ 13 U qalilhom: “Hu miktub, ‘Dari tissejjaħ dar tat-talb,’+ imma intom qed tagħmluha għar tal-ħallelin.”+ 14 Ukoll, ġew għandu fit-tempju nies għomja u zopop, u fejjaqhom.
15 Il-qassisin ewlenin u l-iskribi xejn ma ħadu pjaċir meta raw il-meravilji li għamel+ u s-subien li kienu qed jgħajtu fit-tempju u jgħidu: “Salva, nitolbuk,+ lil Bin David!”+ 16 u qalulu: “Qed tismaʼ x’qed jgħidu dawn?” Ġesù qalilhom: “Iva. Qatt ma qrajtuh+ dan, ‘Minn fomm iċ-ċkejknin u t-trabi tal-ħalib int ipprovdejt it-tifħir’?”+ 17 U telaq u ħalliehom; ħareġ mill-belt u mar Betanja u qattaʼ l-lejl hemmhekk.+
18 Meta kien sejjer lura lejn il-belt kmieni fil-għodu, qabdu l-ġuħ.+ 19 U lemaħ siġra tat-tin mal-ġenb tat-triq u resaq lejha, imma ma sab xejn+ fiha ħlief weraq, u qalilha: “Ħa ma joħroġ qatt iktar frott minnek.”+ U t-tina nixfet dak il-ħin stess. 20 Meta raw dan, id-dixxipli stagħġbu u qalu: “Kif nixfet minnufih it-tina?”+ 21 Ġesù wieġeb u qalilhom: “Tassew ngħidilkom, Li kieku jkollkom il-fidi u ma tiddubitawx,+ mhux biss tagħmlu dak li għamilt jien lit-tina, imma wkoll jekk tgħidu lil din il-muntanja, ‘Intrefaʼ u nxteħet fil-baħar,’ hekk jiġri.+ 22 U, jekk ikollkom il-fidi, kulma titolbu taqilgħuh.”+
23 Issa, wara li daħal fit-tempju, il-qassisin ewlenin u x-xjuħ tal-poplu resqu fuqu waqt li kien qed jgħallem u qalulu:+ “Int b’liema awtorità tagħmlu dan? U min tak din l-awtorità?”+ 24 Ġesù wieġeb u qalilhom: “Jien, ukoll, nistaqsikom xi ħaġa. Jekk tgħiduhieli, jien ukoll ngħidilkom b’liema awtorità nagħmel dan:+ 25 Il-magħmudija taʼ Ġwanni, minfejn kienet ġejja? Mis-sema jew mill-bnedmin?”+ Imma huma bdew jirraġunaw bejniethom u jgħidu: “Jekk ngħidulu, ‘Mis-sema,’ jgħidilna, ‘Allura, għala m’emmintuhx?’+ 26 Iżda, jekk ngħidulu, ‘Mill-bnedmin,’ nibżgħu mill-folla,+ għax kulħadd iżomm lil Ġwanni bi profeta.”+ 27 Għalhekk, wieġbu lil Ġesù u qalulu: “Ma nafux.” Hu, imbagħad, qalilhom: “Lanqas jien ma ngħidilkom b’liema awtorità nagħmel dan.+
28 “X’taħsbu intom? Wieħed raġel kellu żewġt itfal.+ Mar fuq l-ewwel wieħed u qallu, ‘Ibni, illum mur aħdem fl-għalqa tad-dwieli.’ 29 Dan wieġeb u qallu, ‘Immur, sinjur,’+ imma ma marx. 30 Resaq lejn it-tieni wieħed u qallu l-istess. Dan wieġeb u qallu, ‘Ma rridx.’ Wara ddispjaċieh+ u mar. 31 Liema minnhom it-tnejn għamel ir-rieda taʼ missieru?”+ Qalulu: “Taʼ l-aħħar.” Ġesù qalilhom: “Tassew ngħidilkom li l-kolletturi tat-taxxi u l-prostituti sejrin qabilkom fis-saltna t’Alla. 32 Għax Ġwanni ġie għandkom fi triq is-sewwa,+ imma intom m’emmintuhx.+ Madankollu, il-kolletturi tat-taxxi u l-prostituti emmnuh,+ u intom, għalkemm rajtu dan, ma ddispjaċikomx wara u bqajtu m’emmintuhx.
33 “Isimgħu tixbiha oħra: Kien hemm wieħed+ li kellu għalqa li ħawwilha bid-dwieli u dawwarha b’ċint. Ħaffer fiha magħsar taʼ l-inbid, bnielha torri,+ u qabbilha lil xi bdiewa, u siefer.+ 34 Meta wasal l-istaġun tal-frott, bagħat lill-ilsiera tiegħu għand il-bdiewa biex iġibulu l-frott tiegħu. 35 Madankollu, il-bdiewa qabdu lill-ilsiera, u lil wieħed sawtuh, lil ieħor qatluh, u lil ieħor ħaġġruh.+ 36 Reġaʼ bagħat ilsiera oħrajn, iktar mill-ewwel darba, imma lil dawn għamlulhom l-istess.+ 37 Fl-aħħar bagħtilhom lil ibnu u qal, ‘Lil ibni jirrispettawh.’ 38 Malli raw lill-iben, il-bdiewa qalu bejniethom, ‘Dan il-werriet;+ ejjew noqtluh u niħdulu l-wirt!’+ 39 Għalhekk, qabduh u tefgħuh ’il barra mill-għalqa tad-dwieli u qatluh.+ 40 Issa, meta jiġi sid l-għalqa tad-dwieli, x’se jagħmlilhom lil dawn il-bdiewa?” 41 Qalulu: “Peress li huma mill-agħar, hu se jġib fuqhom qerda kbira,+ u l-għalqa tad-dwieli jqabbilha lil bdiewa oħrajn li jagħtuh il-frott meta jasal żmienu.”+
42 Qalilhom Ġesù: “Qatt ma qrajtu fl-Iskrittura, ‘Il-ġebla li twarrbet+ mill-bennejja saret il-ġebla tax-xewka ewlenija.+ Mingħand Ġeħova seħħ dan, u f’għajnejna din hi xi ħaġa meraviljuża’? 43 Għalhekk ngħidilkom, Is-saltna t’Alla tittieħed mingħandkom u tingħata lil ġens li jagħti l-frott minnha.+ 44 Ukoll, min jaqaʼ fuq din il-ġebla jitfarrak, u fuq min taqaʼ titħnu.”+
45 Issa, meta semgħu t-tixbihat tiegħu, il-qassisin ewlenin u l-Fariżej indunaw li kien qed jgħid għalihom.+ 46 Imma, għalkemm kienu qed jipprovaw jaqbduh taħt idejhom, kienu jibżgħu mill-folol, għax dawn kienu jżommuh bi profeta.+
22 Ġesù reġaʼ qabad ikellimhom bit-tixbihat u qalilhom:+ 2 “Is-saltna tas-smewwiet saret bħal wieħed sultan li għamel festa tat-tieġ+ għal ibnu. 3 U bagħat lill-ilsiera tiegħu għal dawk li kienu mistidnin għall-festa tat-tieġ,+ imma dawn ma ridux jiġu.+ 4 Jerġaʼ bagħat ilsiera oħrajn+ u qalilhom, ‘Għidu lill-mistidnin: “Ara! Jien ħejjejt il-pranzu tiegħi,+ il-barrin u l-bhejjem imsemmnin diġà maqtulin, u kollox għandi lest. Ejjew għall-festa tat-tieġ.”’+ 5 Imma ma tawx kas, u kien hemm min telaq lejn l-għalqa tiegħu, u min lejn in-negozju tiegħu;+ 6 imma l-oħrajn qabdu lill-ilsiera, insultawhom u qatluhom.+
7 “Għal dan, is-sultan imtela bil-korla, u bagħat l-armati tiegħu u qered lil dawk il-qattilin u ħarqilhom il-belt tagħhom.+ 8 Imbagħad qal lill-ilsiera tiegħu, ‘Tabilħaqq, kollox lest għall-festa tat-tieġ, imma l-mistidnin ma kienx jistħoqqilhom.+ 9 Għalhekk, morru fit-toroq li jagħtu għall-belt, u lil kulmin issibu stidnuh għall-festa tat-tieġ.’+ 10 Għaldaqstant, dawn l-ilsiera ħarġu fit-toroq u ġabru lil kulmin sabu, ħżiena u tajbin;+ u s-sala tat-tieġ imtliet bin-nies imdawrin mal-mejda.+
11 “Meta daħal jara l-mistidnin, is-sultan lemaħ fosthom raġel li ma kienx liebes libsa tat-tieġ.+ 12 Għalhekk qallu, ‘Sieħbi, int kif dħalt hawnhekk mingħajr il-libsa tat-tieġ?’+ U dak tbikkem. 13 Imbagħad is-sultan qal lill-qaddejja tiegħu, ‘Orbtulu idejh u saqajh u itfgħuh barra fid-dlam. Hemmhekk se jibki u jgħażżaż snienu.’+
14 “Għax ħafna huma mistidnin, imma ftit magħżulin.”+
15 Imbagħad il-Fariżej telqu u ftiehmu bejniethom kif jonsbuh fi kliemu.+ 16 Għalhekk, bagħtu għandu lid-dixxipli tagħhom, flimkien maʼ xi partitarji t’Erodi,+ u qalulu: “Għalliem, aħna nafu li int tgħid il-verità u tgħallem it-triq t’Alla fil-verità, u ma jimpurtak minn ħadd, għax ma tħarisx lejn kif il-bnedmin jidhru minn barra.+ 17 Għalhekk għidilna, X’taħseb int? Huwa skond il-liġi li tħallas it-taxxa fuq kull ras lil Ċesari jew le?”+ 18 Imma Ġesù, billi kien jaf kemm kienu mill-agħar, qalilhom: “Għala tipprovawni, ipokriti?+ 19 Uruni l-munita tat-taxxa.” Ġabulu dinar.* 20 U qalilhom: “Din ix-xbieha u din l-iskrizzjoni taʼ min huma?”+ 21 Qalulu: “Taʼ Ċesari.” Imbagħad qalilhom: “Għalhekk, agħtu lura lil Ċesari dak li hu taʼ Ċesari, imma lil Alla dak li hu t’Alla.”+ 22 Meta semgħu dan, baqgħu skantati, u ħallewh bi kwietu u telqu.+
23 Dakinhar resqu lejh xi Sadduċej, li jgħidu li m’hemmx irxoxt, u staqsewh:+ 24 “Għalliem, Mosè qal, ‘Jekk raġel imut mingħajr tfal, ħuh irid jiżżewweġ lill-armla tiegħu u jqajjem nisel għal ħuh.’+ 25 Issa magħna kien hemm sebaʼ aħwa; u l-ewwel wieħed iżżewweġ u miet, u, għax ma kellux ulied, ħalla lil martu għal ħuh.+ 26 Ġara l-istess ukoll lit-tieni u t-tielet, sas-sebaʼ wieħed.+ 27 Fl-aħħar mietet il-mara wkoll. 28 Għaldaqstant, fl-irxoxt, mart liema wieħed mis-sebgħa se tkun? Għax kollha żżewġuha.”+
29 Ġesù wieġeb u qalilhom: “Għandkom żball, għax la tafu l-Iskrittura u lanqas il-qawwa t’Alla;+ 30 għax fl-irxoxt la l-irġiel ma jiżżewġu u lanqas in-nisa ma jingħataw fiż-żwieġ,+ imma jkunu bħall-anġli fis-sema. 31 Imma rigward l-irxoxt tal-mejtin, ma qrajtux dak li qalilkom Alla,+ 32 ‘Jien l-Alla t’Abraham u l-Alla taʼ Iżakk u l-Alla taʼ Ġakobb’?+ Hu mhux l-Alla tal-mejtin, imma tal-ħajjin.”+ 33 Meta semgħu dan, il-folol stagħġbu bit-tagħlim tiegħu.+
34 Wara li l-Fariżej semgħu li kien għalaq ħalq is-Sadduċej, inġemgħu flimkien. 35 U wieħed minnhom, li kien jaf il-Liġi,+ biex jipprovah staqsieh: 36 “Għalliem, liema hu l-akbar kmandament fil-Liġi?”+ 37 Qallu: “‘Ħobb lil Ġeħova Alla tiegħek b’qalbek kollha u b’ruħek kollha u b’moħħok kollu.’+ 38 Dan hu l-akbar u l-ewwel kmandament. 39 It-tieni jixbhu u hu dan, ‘Ħobb lill-proxxmu tiegħek bħalek innifsek.’+ 40 Fuq dawn iż-żewġ kmandamenti żżomm il-Liġi kollha, u l-Profeti.”+
41 Issa, waqt li l-Fariżej kienu miġburin flimkien, Ġesù staqsiehom:+ 42 “X’taħsbu intom dwar il-Kristu? Bin min hu?” Qalulu: “Bin David.”+ 43 Qalilhom: “Allura David, b’ispirazzjoni,+ kif isejjaħlu ‘Mulej’ u jgħid, 44 ‘Ġeħova qal lill-Mulej tiegħi: “Oqgħod bil-qiegħda fuq il-lemin tiegħi sakemm inqiegħed l-għedewwa tiegħek taħt saqajk”’?+ 45 Għalhekk, jekk David isejjaħlu ‘Mulej,’ kif inhu ibnu?”+ 46 U ħadd ma kien kapaċi jwieġbu, lanqas kelma waħda, u minn dakinhar ’il quddiem ħadd ma ssogra jistaqsih iktar.+
23 Imbagħad Ġesù kellem lill-folol u lid-dixxipli tiegħu+ u qalilhom: 2 “L-iskribi+ u l-Fariżej qagħdu fuq is-siġġu taʼ Mosè.+ 3 Għalhekk, kulma jgħidulkom+ agħmluh u osservawh, imma tagħmlux bħalhom,+ għax ma jagħmlux dak li jgħidu. 4 Huma jorbtu tagħbijiet tqal u jpoġġuhom fuq spallejn il-bnedmin,+ imma m’humiex lesti li jċaqalquhom b’sebagħhom.+ 5 Kulma jagħmlu jagħmluh għal għajn in-nies;+ għax ikabbru l-filatteri* tagħhom+ u jtawlu l-freneż+ taʼ lbieshom. 6 Iħobbu l-iktar post prominenti+ fl-ikliet taʼ fil-għaxija u s-siġġijiet taʼ quddiem fis-sinagogi,+ 7 u t-tislim+ fis-swieq u li jissejħu Rabbi* min-nies.+ 8 Imma intom tissejħux Rabbi, għax wieħed hu l-għalliem tagħkom,+ filwaqt li intom ilkoll aħwa. 9 Barra minn hekk, issejħu lil ħadd missierkom fuq l-art, għax wieħed hu Missierkom,+ Dak tas-sema. 10 U tissejħux ‘mexxejja,’+ għax wieħed hu l-Mexxej tagħkom, il-Kristu. 11 Imma l-akbar wieħed fostkom għandu jkun il-qaddej tagħkom.+ 12 Kulmin jitgħolla jiġi umiljat,+ u kulmin jumilja ruħu jitgħolla.+
13 “Gwaj għalikom, skribi u Fariżej, ipokriti! Għax tagħlqu+ s-saltna tas-smewwiet għall-bnedmin; għax intom+ ma tidħlux, u lanqas tħallu jidħol lil min ikun dieħel. 14* ——
15 “Gwaj għalikom, skribi u Fariżej, ipokriti!+ Għax taqsmu l-baħar u l-art biex tikkonvertu bniedem wieħed, u meta jikkonverti tagħmluh bniedem li jistħoqqlu jmur Geħenna* darbtejn iktar minnkom.
16 “Gwaj għalikom, gwidi għomja,+ li tgħidu, ‘Jekk xi ħadd jaħlef bit-tempju, m’hu xejn; imma jekk xi ħadd jaħlef bid-deheb tat-tempju, ikun obbligat li jwettaq il-ħalfa.’+ 17 Boloh u għomja! Fil-fatt, x’inhu l-akbar, id-deheb jew it-tempju li qaddes id-deheb?+ 18 Ukoll, ‘Jekk xi ħadd jaħlef bl-artal, m’hu xejn; imma jekk xi ħadd jaħlef bl-għotja taʼ fuqu, ikun obbligat li jwettaq il-ħalfa.’ 19 Għomja! Fil-fatt, x’inhu l-akbar, l-għotja jew l-artal+ li jqaddes l-għotja? 20 Għalhekk, min jaħlef bl-artal qed jaħlef bih u b’kulma hemm fuqu; 21 u min jaħlef bit-tempju qed jaħlef bih u b’dak li qed jgħammar fih;+ 22 u min jaħlef bis-sema qed jaħlef bit-tron t’Alla+ u b’dak li qiegħed bil-qiegħda fuqu.
23 “Gwaj għalikom, skribi u Fariżej, ipokriti! Għax tagħtu l-għexur+ tan-nagħniegħ u l-bużbież u l-kemmun, imma injorajtu l-affarijiet li huma iktar importanti fil-Liġi, jiġifieri, il-ġustizzja+ u l-ħniena+ u l-fedeltà.+ Dawn l-affarijiet kontu obbligati tagħmluhom waqt li ma tinjorawx l-affarijiet l-oħra. 24 Gwidi għomja,+ li ssaffu nemusa+ u tibilgħu ġemel!+
25 “Gwaj għalikom, skribi u Fariżej, ipokriti! Għax tnaddfu t-tazza+ u l-platt minn barra, imma minn ġewwa mimlijin serq+ u nuqqas taʼ moderazzjoni. 26 Fariżew agħma!+ Naddaf l-ewwel it-tazza+ u l-platt minn ġewwa, imbagħad barra jindaf ukoll.
27 “Gwaj għalikom, skribi u Fariżej, ipokriti!+ Għax qiskom oqbra mbajda,+ li minn barra veru jidhru sbieħ imma minn ġewwa mimlijin bl-għadam taʼ nies mejtin u b’kull nuqqas taʼ ndafa. 28 Bl-istess mod intom ukoll, minn barra veru tidhru nies sewwa f’għajnejn ħaddieħor,+ imma minn ġewwa mimlijin ipokrisija u ksur tal-liġi.
29 “Gwaj għalikom, skribi u Fariżej, ipokriti!+ Għax tibnu l-oqbra tal-profeti u żżejnu l-oqbra tat-tifkira tan-nies sewwa,+ 30 u tgħidu, ‘Kieku għexna fi żmien missirijietna ma konniex nieħdu sehem magħhom fit-tixrid taʼ demm il-profeti.’+ 31 Għalhekk, qed tixhdu kontra tagħkom infuskom li intom ulied dawk li qatlu lill-profeti.+ 32 Mela, temmu+ dak li bdew missirijietkom.
33 “Ja sriep, nisel il-lifgħat,+ kif se taħarbu mill-ġudizzju taʼ Geħenna?+ 34 Minħabba f’hekk, qed nibagħtilkom+ profeti, għorrief, u nies li jgħallmu fil-pubbliku.+ Xi wħud minnhom toqtluhom+ u ssammruhom maʼ zokk, u oħrajn issawtuhom+ fis-sinagogi tagħkom u tippersegwitawhom minn belt għal oħra; 35 biex jiġi fuqkom id-demm kollu tan-nies sewwa mxerred fuq l-art,+ mid-demm t’Abel,+ li kien raġel sewwa,+ sad-demm taʼ Żakkarija bin Barakija, li qtiltuh bejn is-santwarju u l-artal.+ 36 Tassew ngħidilkom, Dan kollu jiġi fuq din il-ġenerazzjoni.+
37 “Ġerusalemm, Ġerusalemm, il-qattiela tal-profeti+ u l-ħaġġara+ taʼ dawk li ntbagħtulha!+ Kemm-il darba ridt niġbor lil uliedek flimkien, kif qroqqa tiġbor il-flieles tagħha taħt ġwinħajha!+ Imma intom dan ma ridtuhx.+ 38 Ara! Darkom+ mitluqa f’idejkom.+ 39 Għax ngħidilkom, Minn issa ’l quddiem żgur ma tarawnix sakemm tgħidu, ‘Imbierek dak li jiġi f’isem Ġeħova!’”+
24 Issa Ġesù telaq mit-tempju, imma fit-triq id-dixxipli tiegħu resqu lejh sabiex juruh il-bini tat-tempju.+ 2 Għaldaqstant qalilhom: “Qed tarawh dan kollu? Tassew ngħidilkom, Żgur li hawnhekk ma titħalliex ġebla fuq oħra li ma tiġġarrafx.”+
3 Waqt li kien bil-qiegħda fuq il-Muntanja taż-Żebbuġ, id-dixxipli resqu lejh kif kien waħdu u qalulu: “Għidilna, Dan meta se jseħħ, u x’se jkun is-sinjal tal-preżenza tiegħek+ u tal-konklużjoni tas-sistema?”+
4 U Ġesù wieġeb u qalilhom: “Oqogħdu attenti li ħadd ma jqarraq bikom;+ 5 għax ħafna jiġu f’ismi u jgħidu, ‘Jien il-Kristu,’ u jqarrqu b’ħafna.+ 6 Se tisimgħu bi gwerer u aħbarijiet taʼ gwerer; araw li ma titwerwrux. Għax dan irid iseħħ, imma ma jkunx għadu t-tmiem.+
7 “Għax ġens iqum kontra ġens+ u saltna kontra saltna,+ u jkun hemm nuqqas taʼ ikel+ u terremoti+ f’post wara l-ieħor. 8 Dan kollu hu l-bidu taʼ l-uġigħ, bħall-uġigħ tal-ħlas.
9 “Imbagħad jagħtukom f’idejn min iġegħelkom issofru+ u joqtlukom,+ u tkunu mibgħudin+ mill-ġnus kollha minħabba ismi.+ 10 Imbagħad, ukoll, ħafna jitfixklu+ u jittradixxu lil xulxin u jobogħdu lil xulxin.+ 11 U jqumu ħafna profeti foloz+ u jqarrqu b’ħafna;+ 12 u minħabba li jiżdied il-ħażen+ tibred l-imħabba tal-biċċa l-kbira min-nies.+ 13 Imma min jissaporti+ sat-tmiem jiġi salvat.+ 14 U din l-aħbar tajba+ tas-saltna+ tiġi pridkata fl-art abitata kollha bħala xiehda lill-ġnus kollha;+ u mbagħad jiġi t-tmiem.+
15 “Għalhekk, meta taraw wieqfa f’post qaddis+ il-ħaġa moqżieża+ li ġġib ħerba u li tkellem dwarha l-profeta Danjel (ħa juża moħħu l-qarrej), 16 imbagħad dawk li jkunu fil-Lhudija ħa jibdew jaħarbu+ lejn il-muntanji. 17 Min ikun fuq il-bejt ħa ma jinżilx biex jieħu l-affarijiet minn daru; 18 u min ikun fl-għalqa ħa ma jerġax lura lejn id-dar biex jieħu l-mantar tiegħu. 19 Gwaj għan-nisa tqal u għal dawk li jreddgħu f’dawk il-jiem!+ 20 Ibqgħu itolbu biex il-ħarba tagħkom ma tkunx fix-xitwa, lanqas f’jum is-Sabat; 21 għax imbagħad ikun hemm tribulazzjoni kbira+ li qatt ma kien hawn bħalha mill-bidu tad-dinja s’issa,+ le, lanqas jerġaʼ jkun hawn. 22 Fil-fatt, kieku dawk il-jiem ma jitqassrux, ebda bniedem ma jiġi salvat; imma minħabba l-magħżulin+ dawk il-jiem jitqassru.+
23 “Imbagħad jekk xi ħadd jgħidilkom, ‘Ara! Hawn qiegħed il-Kristu,’+ jew, ‘Hemm!’ temmnuhx.+ 24 Għax iqumu Kristijiet foloz+ u profeti foloz+ u jagħmlu sinjali kbar+ u għeġubijiet biex iqarrqu, jekk jistaʼ jkun, saħansitra bil-magħżulin.+ 25 Ara! Wissejtkom minn qabel.+ 26 Għalhekk, jekk jgħidulkom, ‘Ara! Qiegħed fix-xagħri,’ toħorġux; ‘Ara! Qiegħed fil-kmamar taʼ ġewwa,’ temmnux.+ 27 Għax bħalma sajjetta+ toħroġ mil-lvant u tiddi fuq il-punent, hekk se tkun+ il-preżenza taʼ Bin il-bniedem. 28 Kulfejn ikun hemm il-ġisem mejjet, hemmhekk l-ajkli+ jinġemgħu flimkien.+
29 “Minnufih wara t-tribulazzjoni taʼ dawk il-jiem ix-xemx tiddallam,+ u l-qamar+ ma jagħtix dawl, u l-kwiekeb jaqgħu mis-sema, u l-qawwiet tas-smewwiet jitheżżu.+ 30 Imbagħad jidher fis-sema s-sinjal taʼ Bin il-bniedem,+ u mbagħad it-tribujiet kollha taʼ l-art jibku u jħabbtu fuq sidirhom,+ u jaraw lil Bin il-bniedem ġej fuq is-sħab tas-sema b’qawwa u glorja kbira.+ 31 U jibgħat lill-anġli tiegħu b’ħoss kbir taʼ trumbetta,+ u jiġbru flimkien il-magħżulin tiegħu+ mill-erbat irjieħ,+ minn tarf sa tarf tas-smewwiet.
32 “Issa tgħallmu dan il-punt bħala tixbiha mis-siġra tat-tin: Hekk kif il-fergħa ġdida tagħha tkun għadha ratba u toħroġ il-weraq, tkunu tafu li qorob is-sajf.+ 33 Hekk ukoll intom, meta taraw dan kollu, kunu afu li hu qrib, fil-bieb.+ 34 Tassew ngħidilkom li din il-ġenerazzjoni+ żgur ma tgħaddix sakemm iseħħ dan kollu. 35 Is-sema u l-art jgħaddu,+ imma kliemi żgur ma jgħaddix.+
36 “Imma dak il-jum u s-siegħa+ ma jafhom ħadd, la l-anġli tas-smewwiet u lanqas l-Iben, ħlief il-Missier.+ 37 Għax bħalma kienu jiem Noè,+ hekk tkun+ il-preżenza taʼ Bin il-bniedem. 38 Għax bħalma f’dawk il-jiem qabel id-dilluvju kienu jieklu u jixorbu, irġiel jiżżewġu u nisa jingħataw fiż-żwieġ, sal-jum li Noè+ daħal fl-arka;+ 39 u ma tawx kas sakemm ġie d-dilluvju u kinishom ilkoll,+ hekk tkun il-preżenza taʼ Bin il-bniedem. 40 Imbagħad żewġt irġiel ikunu fl-għalqa: wieħed jittieħed u l-ieħor jiġi abbandunat; 41 żewġ nisa jkunu qed jitħnu:+ waħda tittieħed u l-oħra tiġi abbandunata.+ 42 Għalhekk, ibqgħu għassa, għax ma tafux f’liema jum ġej+ il-Mulej tagħkom.
43 “Imma kunu afu dan, li kieku sid id-dar kien jaf f’liema għassa kien ġej il-ħalliel,+ kien jibqaʼ mqajjem u ma jħallix daru tinsteraq. 44 Għalhekk, uru li intom lesti wkoll,+ għax f’siegħa li ma tistennewhiex ġej Bin il-bniedem.
45 “Min hu tassew l-ilsir+ leali* u għaqli li sidu ħatru fuq il-qaddejja taʼ daru, biex jagħtihom l-ikel fiż-żmien xieraq?+ 46 Hieni+ hu dak l-ilsir li sidu, meta jasal, isibu jagħmel hekk! 47 Tassew ngħidilkom, Hu jaħtru fuq kulma għandu.+
48 “Imma jekk xi darba l-ilsir mill-agħar jgħid f’qalbu,+ ‘Sidi qed jiddawwar,’+ 49 u jibda jsawwat lill-ilsiera sħabu u jiekol u jixrob mas-sakranazzi, 50 jiġi sid dak l-ilsir f’jum li ma jistenniehx u f’siegħa+ li ma jafhiex, 51 u jikkastigah bl-akbar ħruxija+ u jagħtih sehmu maʼ l-ipokriti. Hemmhekk se jibki u jgħażżaż snienu.+
25 “Imbagħad is-saltna tas-smewwiet issir bħal għaxar verġni li ħadu l-imsiebaħ tagħhom+ u ħarġu jiltaqgħu maʼ l-għarus.+ 2 Ħamsa minnhom kienu boloh,+ u ħamsa kienu għaqlin;+ 3 għax il-boloh ħadu l-imsiebaħ imma ma ħadux żejt magħhom, 4 filwaqt li l-għaqlin ħadu ż-żejt fil-kwies maʼ l-imsiebaħ tagħhom. 5 Peress li l-għarus iddawwar, kollha bdew jonogħsu u raqdu.+ 6 F’nofsillejl instemgħet għajta,+ ‘Wasal l-għarus! Oħorġu ilqgħuh.’ 7 Imbagħad il-verġni kollha qamu u ħejjew l-imsiebaħ tagħhom.+ 8 Il-boloh qalu lill-għaqlin, ‘Agħtuna ftit miż-żejt tagħkom,+ għax l-imsiebaħ tagħna dalwaqt jintfew.’ 9 L-għaqlin+ wieġbu u qalulhom, ‘Għandu mnejn ma jkunx hemm biżżejjed għalina u għalikom. Minflok morru għand dawk li jbigħuh u ixtru għalikom.’ 10 Huma u sejrin jixtru, wasal l-għarus, u l-verġni li kienu lesti daħlu miegħu għall-festa tat-tieġ;+ u l-bieb ngħalaq. 11 Wara ġew ukoll il-bqija tal-verġni u qalu, ‘Sinjur, sinjur, iftħilna!’+ 12 Hu wieġeb u qalilhom, ‘Ngħidilkom il-verità, ma nafkomx.’+
13 “Għalhekk, ibqgħu għassa+ għax la tafu l-jum u lanqas is-siegħa.+
14 “Għax dan hu bħal raġel,+ li qabel ma siefer,+ sejjaħ lill-ilsiera tiegħu u ħalla f’idejhom dak li kellu.+ 15 U lil wieħed tah ħames talenti, lil ieħor tnejn, u lil ieħor wieħed, kull wieħed skond l-abbiltà tiegħu,+ u siefer. 16 Minnufih dak li ngħata l-ħames talenti mar jinnegozjahom u qalaʼ ħamsa oħra.+ 17 Hekk ukoll dak li ngħata tnejn qalaʼ tnejn oħra. 18 Imma dak li ngħata wieħed biss telaq, ħaffer ħofra fl-art, u ħeba l-flus tal-fidda taʼ sidu.
19 “Wara żmien twil+ ġie sid dawk l-ilsiera u għamel il-kontijiet magħhom.+ 20 Mela dak li ngħata ħames talenti ġie quddiemu u ġab ħames talenti oħra u qallu, ‘Sidi, int fdajtli ħames talenti; ara, jien qlajt ħames talenti oħra.’+ 21 Sidu qallu, ‘Prosit, ilsir tajjeb u leali!+ Int urejt fedeltà+ fi ftit. Jien se naħtrek fuq ħafna.+ Ifraħ+ maʼ sidek.’ 22 Imbagħad ġie quddiemu dak li ngħata ż-żewġ talenti u qallu, ‘Sidi, int fdajtli żewġ talenti; ara, jien qlajt żewġ talenti oħra.’+ 23 Sidu qallu, ‘Prosit, ilsir tajjeb u leali! Int urejt fedeltà fi ftit. Jien se naħtrek fuq ħafna.+ Ifraħ+ maʼ sidek.’
24 “Fl-aħħar ġie quddiemu+ dak li ngħata talent wieħed u qallu, ‘Sidi, jien kont naf li int raġel li tippretendi ħafna, taħsad fejn ma żrajtx u tiġbor fejn ma xerridtx.* 25 Għalhekk bżajt,+ u mort ħbejt it-talent tiegħek fl-art. Hawn għandek dak li hu tiegħek.’ 26 Sidu wieġeb u qallu, ‘Ilsir għażżien u mill-agħar, int kont taf, hux hekk, li jien ħsadt fejn ma żrajtx u ġbart fejn ma xerridtx? 27 Allura kien imissek qegħedt il-flus tal-fidda tiegħi għand il-bankieri, u meta nasal kont nieħu bl-imgħax dak li hu tiegħi.+
28 “‘Għalhekk, ħudulu t-talent u agħtuh lil dak li għandu l-għaxar talenti.+ 29 Għax kulmin għandu, jingħatalu iktar u jkollu bl-abbundanza; imma min m’għandux, jittiħidlu saħansitra dak li għandu.+ 30 U lill-ilsir li m’hu tajjeb għal xejn itfgħuh fid-dlam taʼ barra. Hemmhekk se jibki u jgħażżaż snienu.’+
31 “Meta Bin il-bniedem+ jasal fil-glorja tiegħu, u l-anġli kollha miegħu,+ imbagħad joqgħod bil-qiegħda fuq it-tron glorjuż tiegħu.+ 32 U l-ġnus kollha jinġabru quddiemu,+ u hu jifred+ lin-nies, wieħed mill-ieħor,+ bħalma ragħaj jifred in-nagħaġ mill-mogħoż. 33 U jpoġġi lin-nagħaġ fuq il-lemin tiegħu+ u l-mogħoż fuq ix-xellug.+
34 “Imbagħad is-sultan jgħid lil dawk fuq il-lemin tiegħu, ‘Ejjew intom, imberkin minn Missieri,+ irtu+ s-saltna+ mħejjija għalikom mit-tisjis tad-dinja.+ 35 Għax kont bil-ġuħ u tajtuni x’niekol;+ qabadni l-għatx u tajtuni x’nixrob. Kont stranġier u lqajtuni bl-ospitalità;+ 36 kont għarwien,+ u libbistuni. Kont marid u ħadtu ħsiebi. Kont il-ħabs+ u ġejtu żżuruni.’ 37 Imbagħad in-nies sewwa jwieġbu u jgħidulu, ‘Mulej, meta rajniek bil-ġuħ u tmajniek, jew bil-għatx,+ u tajniek x’tixrob?+ 38 Meta rajniek stranġier u lqajniek bl-ospitalità, jew għarwien, u libbisniek? 39 Meta rajniek marid jew fil-ħabs u żorniek?’ 40 U jwieġeb is-sultan+ u jgħidilhom, ‘Tassew ngħidilkom, Kulmeta għamiltu dan maʼ wieħed mill-iżgħar+ minn dawn ħuti,+ għamiltuh miegħi.’+
41 “Imbagħad wara jgħid lil dawk fuq ix-xellug tiegħu, ‘Itilqu minn quddiemi,+ ja misħutin, fin-nar taʼ dejjem+ imħejji għax-Xitan u l-anġli tiegħu.+ 42 Għax kont bil-ġuħ, imma ma tajtunix x’niekol,+ u qabadni l-għatx,+ imma ma tajtunix x’nixrob. 43 Kont stranġier, imma ma lqajtunix bl-ospitalità; kont għarwien, imma ma libbistunix;+ kont marid u fil-ħabs,+ imma ma ħadtux ħsiebi.’ 44 Imbagħad huma wkoll iwieġbu u jgħidulu, ‘Mulej, meta rajniek bil-ġuħ jew bil-għatx jew stranġier jew għarwien jew marid jew fil-ħabs u ma qdejniekx?’ 45 Imbagħad hu jwieġeb u jgħidilhom, ‘Tassew ngħidilkom, Kulmeta m’għamiltux dan maʼ wieħed minn dawn l-iżgħar uħud,+ m’għamiltuhx+ miegħi.’+ 46 U dawn imorru fil-qtugħ taʼ dejjem,+ imma n-nies sewwa fil-ħajja taʼ dejjem.”+
26 Issa, meta temm jgħid dan kollu, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: 2 “Intom tafu li jumejn oħra l-Qbiż,+ u Bin il-bniedem se jingħata biex isammruh maʼ zokk.”+
3 Imbagħad il-qassisin ewlenin u x-xjuħ tal-poplu nġabru fil-bitħa tal-qassis il-kbir li kien jismu Kajfa,+ 4 u ftiehmu bejniethom+ biex b’makakkerija jaqbdu lil Ġesù taħt idejhom u joqtluh. 5 Madankollu, bdew jgħidu: “Mhux fil-festa, sabiex ma tqumx xi rewwixta fost il-poplu.”+
6 Waqt li Ġesù kien Betanja+ għand Xmun l-imġiddem,+ 7 resqet fuqu mara b’vażett taʼ l-alabastru b’żejt ifuħ+ li kien jiswa ħafna flus, u bdiet tferrgħu fuq rasu waqt li kien qiegħed mal-mejda. 8 Malli raw dan id-dixxipli xejn ma ħadu pjaċir u qalu: “Għala dan il-ħela kollu?+ 9 Għax dan setaʼ nbiegħ bl-għoli u ngħata lill-foqra.”+ 10 Billi ntebaħ b’dan,+ Ġesù qalilhom: “Għala qed tipprovaw taqilgħulha l-inkwiet lil din il-mara? Hi għamlet ħaġa tajba miegħi.+ 11 Għax il-foqra+ dejjem magħkom, imma jien mhux dejjem se nkun magħkom.+ 12 Għax meta din il-mara tefgħet dan iż-żejt ifuħ fuq ġismi, hi għamlitu biex tħejjini għad-difna.+ 13 Tassew ngħidilkom, Kulfejn tixxandar din l-aħbar tajba fid-dinja kollha, dak li għamlet din il-mara jissemma wkoll b’tifkira tagħha.”+
14 Imbagħad wieħed mit-tnax, dak li jgħidulu Ġuda l-Iskarjota,+ mar għand il-qassisin ewlenin 15 u qalilhom: “X’tagħtuni biex nittradih u nagħtihulkom f’idejkom?”+ Huma wegħduh tletin biċċa tal-fidda.+ 16 Għalhekk, minn dak il-ħin ’il quddiem beda jfittex opportunità tajba biex jittradih.+
17 Fl-ewwel jum* tal-festa tal-ħobż bla ħmira+ d-dixxipli resqu lejn Ġesù u qalulu: “Fejn tridna nħejjulek l-ikla tal-Qbiż?”+ 18 Qalilhom: “Idħlu l-belt għand it-Tali+ u għidulu, Qallek l-Għalliem, ‘Wasalli ż-żmien stabbilit; se niċċelebra l-Qbiż mad-dixxipli tiegħi f’darek.’”+ 19 U d-dixxipli għamlu kif ordnalhom Ġesù, u lestew kollox għall-ikla tal-Qbiż.+
20 Issa, meta sar fil-għaxija,+ hu kien qiegħed mal-mejda mat-tnax-il dixxiplu.+ 21 Waqt li kienu qed jieklu, qal: “Tassew ngħidilkom, Wieħed minnkom se jittradini.”+ 22 Għal dan tnikktu ħafna u kull wieħed minnhom beda jistaqsih: “Mulej, mhux jien, hux?”+ 23 Hu wieġeb u qalilhom: “Dak li jbill fl-iskutella miegħi, dak se jittradini.+ 24 Veru, Bin il-bniedem jitlaq, bħalma hu miktub+ dwaru, imma gwaj+ għal dak ir-raġel li permezz tiegħu Bin il-bniedem jiġi tradut!+ Kien ikun aħjar għalih kieku ma twilidx.” 25 Wieġeb Ġuda, li kien se jittradih, u qallu: “Jaqaw jien, Rabbi?” Qallu: “Int stess għedt.”
26 Huma u jieklu Ġesù ħa ħobża+ u, wara li qal talba, qasamha,+ ta lid-dixxipli, u qal: “Ħudu, kulu. Dan il-ħobż jirrappreżenta* ġismi.”+ 27 Ukoll, qabad kies+ u, wara li radd ħajr, tahulhom, u qal: “Ixorbu minnu, intom ilkoll;+ 28 għax dan jirrappreżenta+ d-‘demm tiegħi+ tal-patt,’+ li se jixxerred għal ħafna+ għall-maħfra tad-dnubiet.+ 29 Imma ngħidilkom, Żgur li minn issa ’l quddiem ma nixrobx iżjed minn dan il-prodott tad-dielja sa dak il-jum meta nixorbu ġdid magħkom fis-saltna taʼ Missieri.”+ 30 Fl-aħħar, wara li kantaw għanjiet taʼ tifħir,+ ħarġu lejn il-Muntanja taż-Żebbuġ.+
31 Imbagħad Ġesù qalilhom: “Ilkoll kemm intom titfixklu minħabba dak li se ngħaddi minnu dan il-lejl, għax hu miktub, ‘Nidrob lir-ragħaj, u n-nagħaġ tal-merħla jitferrxu.’+ 32 Imma wara li niġi mqajjem, immur qabilkom fil-Galilija.”+ 33 Imma Pietru wieġeb u qallu: “Għalkemm l-oħrajn kollha jitfixklu minħabba dak li se tgħaddi minnu, jien m’iniex se nitfixkel!”+ 34 Qallu Ġesù: “Tassew ngħidlek, Dan il-lejl, qabel ma jidden is-serduq, int tiċħadni tliet darbiet.”+ 35 Qallu Pietru: “Anki jekk ikolli mmut miegħek, żgur ma niċħdekx.” Id-dixxipli l-oħrajn kollha wkoll qalu l-istess ħaġa.+
36 Imbagħad Ġesù wasal mad-dixxipli tiegħu fil-post+ li jgħidulu Ġetsemani u qalilhom: “Oqogħdu bil-qiegħda hawn sakemm jien immur hemmhekk biex nitlob.”+ 37 U ħa miegħu lil Pietru u ż-żewġ ulied+ taʼ Żebedew, u beda jitnikket u jinkwieta għall-aħħar.+ 38 Imbagħad qalilhom: “Ruħi mnikkta ferm, għall-mewt.+ Oqogħdu hawnhekk u ibqgħu għassa miegħi.”+ 39 U mexa ftit ’il quddiem, inxteħet wiċċu fl-art, talab+ u qal: “Missier, jekk jistaʼ jkun, ħa jitwarrab minni dan il-kies.+ Madankollu, mhux kif irrid jien,+ imma kif trid int.”+
40 U ġie ħdejn id-dixxipli u sabhom reqdin, u qal lil Pietru: “Ma stajtux tgħassu siegħa waħda miegħi?+ 41 Ibqgħu għassa+ u itolbu+ kontinwament, sabiex ma tidħlux fit-tentazzjoni.+ Naturalment, l-ispirtu hu ħerqan imma l-laħam dgħajjef.”+ 42 Għat-tieni darba+ reġaʼ mar jitlob u qal: “Missier, jekk mhux possibbli li dan jitwarrab u jkolli nixorbu, ħa ssir ir-rieda tiegħek.”+ 43 U reġaʼ ġie u sabhom reqdin, għax għajnejhom kienu tqal bin-ngħas.+ 44 Għalhekk ħalliehom, u reġaʼ mar jitlob għat-tielet darba,+ u għal darb’oħra qal l-istess kliem. 45 Imbagħad ġie ħdejn id-dixxipli u qalilhom: “F’mument bħal dan qed torqdu u tieħdu l-mistrieħ tagħkom! Ara! Qorbot is-siegħa biex Bin il-bniedem jiġi tradut u jingħata f’idejn il-midinbin.+ 46 Qumu, ejja mmorru. Ara! It-traditur tiegħi qorob.”+ 47 U waqt li kien għadu qed jitkellem, ara, ġie Ġuda,+ wieħed mit-tnax, u miegħu folla kbira, bis-sjuf+ u l-bsaten, mingħand il-qassisin ewlenin u x-xjuħ tal-poplu.+
48 Issa t-traditur tiegħu kien tahom sinjal u qalilhom: “Lil dak li nbus, ikun hu; arrestawh.”+ 49 U mar dritt fuq Ġesù u qallu: “Is-sliem għalik, Rabbi!”+ u biesu+ b’tenerezza kbira. 50 Imma Ġesù+ qallu: “Sieħeb, għalfejn qiegħed hawnhekk?” Imbagħad resqu, ħatfu lil Ġesù, u arrestawh.+ 51 Imma, ara, wieħed minn dawk li kienu maʼ Ġesù ħareġ idu, silet is-sejf, u darab lill-ilsir tal-qassis il-kbir u qatagħlu widintu.+ 52 Imbagħad Ġesù qallu: “Erġaʼ daħħal sejfek f’postu,+ għax kulmin jaqbad is-sejf, bis-sejf jinqered.+ 53 Jew taħseb li ma nistax nitlob bil-ħrara lil Missieri biex issa stess jipprovdili iktar minn tnax-il leġjun t’anġli?+ 54 Imma f’dak il-każ, kif isseħħ l-Iskrittura li tgħid li hekk għandu jsir?” 55 Dak il-ħin Ġesù qal lill-folol: “Ħriġtu bis-sjuf u l-bsaten qisu kontra xi ħalliel biex tarrestawni?+ Kuljum kont inkun bil-qiegħda fit-tempju+ ngħallem, iżda m’arrestajtunix. 56 Imma dan kollu seħħ biex jitwettaq+ dak li kitbu l-profeti.” Imbagħad id-dixxipli kollha abbandunawh u ħarbu.+
57 Dawk li arrestaw lil Ġesù ħaduh għand Kajfa+ l-qassis il-kbir, fejn kienu miġburin l-iskribi u x-xjuħ.+ 58 Imma Pietru baqaʼ miexi warajh mill-bogħod, sal-bitħa+ tal-qassis il-kbir, u, wara li daħal, qagħad bil-qiegħda mal-qaddejja tad-dar biex jara x’se jiġri.+
59 Sadanittant, il-qassisin ewlenin u s-Sinedriju kollu kienu qed ifittxu xiehda falza kontra Ġesù sabiex jagħtuh il-mewt,+ 60 imma ma sabux, għalkemm resqu ħafna xhieda foloz.+ Iktar tard resqu tnejn 61 u qalu: “Dan ir-raġel qal, ‘Jien kapaċi nġarraf it-tempju t’Alla u nibnih fi tlett ijiem.’”+ 62 Għal dan, il-qassis il-kbir qam bil-wieqfa u qallu: “Ma twieġeb xejn? X’qed jixhdu dawn kontrik?”+ 63 Imma Ġesù baqaʼ sieket.+ Għalhekk, il-qassis il-kbir qallu: “Inġiegħlek taħlef+ bl-Alla l-ħaj biex tgħidilna jekk intix il-Kristu,+ Bin Alla!” 64 Qallu+ Ġesù: “Int stess għedtu.+ Iżda ngħidilkom, Minn issa ’l quddiem+ se taraw lil Bin il-bniedem+ bil-qiegħda fuq il-lemin+ tal-qawwa u ġej fuq is-sħab tas-sema.”+ 65 Imbagħad il-qassis il-kbir ċarrat ħwejġu u qal: “Qed jidgħi!+ X’għandna bżonnhom iktar ix-xhieda?+ Ara! Issa smajtuha d-dagħwa.+ 66 X’taħsbu?” Wiġbuh: “Ħaqqu l-mewt.”+ 67 Imbagħad beżqulu f’wiċċu+ u tawh+ bil-ponn. Oħrajn tawh daqqiet taʼ ħarta,+ 68 u qalulu: “Ipprofetizzalna, ja Kristu.+ Min tak din id-daqqa?”+
69 Issa Pietru kien bil-qiegħda barra fil-bitħa; u resqet fuqu qaddejja u qaltlu: “Int ukoll kont maʼ Ġesù l-Galilew!”+ 70 Imma hu ċaħad quddiemhom ilkoll u qal: “Ma nafx fuqiex qed titkellem.” 71 Wara mar ħdejn il-kanċell u ratu oħra li qalet lil dawk li kienu hemmhekk: “Dan ir-raġel kien maʼ Ġesù n-Nazzarenu.”+ 72 U reġaʼ ċaħad b’ħalfa: “Ma nafux lil dak ir-raġel!”+ 73 Wara ftit, dawk li kienu hemmhekk resqu fuq Pietru u qalulu: “Żgur li int ukoll wieħed minnhom, għax, fil-fatt, id-djalett tiegħek jikxfek.”+ 74 Imbagħad beda jisħet u jaħlef: “Ma nafux lil dak ir-raġel!” U minnufih is-serduq idden.+ 75 U Pietru ftakar f’dak li qallu Ġesù, jiġifieri: “Qabel ma jidden is-serduq, int tiċħadni tliet darbiet.”+ U ħareġ barra u beka biki taʼ mrar.+
27 Meta sebaħ, il-qassisin ewlenin u x-xjuħ tal-poplu ftiehmu lkoll bejniethom kontra Ġesù biex jagħtuh il-mewt.+ 2 U, wara li rabtuh, ħaduh u tawh f’idejn Pilatu, il-gvernatur.+
3 Imbagħad Ġuda, li ttradieh, x’ħin ra li kien ġie kundannat, ħass rimors u radd it-tletin biċċa tal-fidda+ lill-qassisin ewlenin u lix-xjuħ, 4 u qalilhom: “Dnibt meta ttradejt demm ġust.”+ Qalulu: “Aħna x’għandna x’naqsmu? Dak arah int!”+ 5 Għalhekk, tefaʼ l-biċċiet tal-fidda fit-tempju u telaq, u mar tgħallaq.+ 6 Imma l-qassisin ewlenin ħadu l-biċċiet tal-fidda u qalu: “Skond il-liġi, ma nistgħux nitfgħuhom fit-teżorerija sagra, għax huma l-prezz tad-demm.” 7 Ftiehmu bejniethom u xtraw bihom l-għalqa tal-fuħħari biex jidfnu fiha lill-istranġieri. 8 Għalhekk, din l-għalqa għadha tissejjaħ “L-Għalqa tad-Demm”+ sal-ġurnata taʼ llum. 9 Imbagħad twettaq dak li ntqal permezz tal-profeta Ġeremija:* “U ħadu t-tletin biċċa tal-fidda,+ il-prezz li xi wħud minn ulied Israel qablu li jħallsu għalih, 10 u tawhom għall-għalqa tal-fuħħari,+ skond ma kien ordnali Ġeħova.”
11 Issa Ġesù kien wieqaf quddiem il-gvernatur; u l-gvernatur staqsieh: “Int is-sultan tal-Lhud?”+ Wieġeb Ġesù: “Int stess qed tgħidu.”+ 12 Imma, waqt li kien qed jiġi akkużat+ mill-qassisin ewlenin u x-xjuħ, hu ma wieġeb xejn.+ 13 Imbagħad Pilatu qallu: “M’intix tismaʼ kemm qed jixhdu affarijiet kontrik?”+ 14 Madankollu, hu ma wiġbux, le, lanqas kelma waħda, tant li l-gvernatur stagħġeb ferm.+
15 Issa kienet id-drawwa tal-gvernatur li minn festa għal oħra jeħles priġunier lill-folla, lil min riedu.+ 16 Dik il-ħabta kien qed jinżamm priġunier magħruf li kien jismu Barabba.+ 17 Għalhekk, meta kienu miġburin flimkien Pilatu qalilhom: “Lil min triduni neħilsilkom, lil Barabba jew lil Ġesù li jgħidulu l-Kristu?”+ 18 Għax intebaħ li kien minħabba l-għira+ li kienu tawhulu f’idejh.+ 19 Iktar minn hekk, waqt li kien bil-qiegħda fuq it-tron tal-ġudizzju, martu bagħtet tgħidlu: “Qis li ma jkollokx x’taqsam maʼ dak ir-raġel sewwa,+ għax batejt ħafna llum f’ħolma+ minħabba fih.” 20 Imma l-qassisin ewlenin u x-xjuħ ipperswadew lill-folol biex jitolbuh lil Barabba+ u biex jeqred lil Ġesù. 21 Issa l-gvernatur wieġeb u qalilhom: “Lil min triduni neħilsilkom minnhom it-tnejn?” Qalulu: “Lil Barabba.”+ 22 Qalilhom Pilatu: “Allura, x’se nagħmel b’Ġesù li jgħidulu l-Kristu?” Qalulu lkoll: “Sammru maʼ zokk!”+ 23 Hu qal: “Għala, x’għamel ħażin?” Iżda iktar bdew jgħajtu: “Sammru maʼ zokk!”+
24 Meta ra li kien għalxejn, anzi, kienet ħa tqum rewwixta, Pilatu ħa l-ilma+ u ħasel idejh quddiem il-folla u qal: “Jien innoċenti mid-demm taʼ dan ir-raġel. Araw intom.” 25 Għal dan, in-nies kollha wieġbu: “Demmu fuqna u fuq uliedna.”+ 26 Imbagħad ħelsilhom lil Barabba, imma lil Ġesù fflaġellah+ u tahulhom biex isammruh maʼ zokk.+
27 Imbagħad is-suldati tal-gvernatur ħadu lil Ġesù fil-palazz tal-gvernatur u ġabru madwaru l-ġemgħa kollha tat-truppi.+ 28 U neżżgħulu ħwejġu u libbsuh mantar lewn l-iskarlat,+ 29 u nisġu kuruna mix-xewk u poġġewhielu fuq rasu u qegħdulu qasba f’idu l-leminija. U niżlu għarkopptejhom quddiemu u, biex jiżżuffjettaw bih,+ qalulu: “Is-sliem għalik, Sultan tal-Lhud!”+ 30 U beżqulu+ u ħadulu l-qasba u bdew jagħtuh biha fuq rasu. 31 Fl-aħħar, wara li xebgħu jiżżuffjettaw bih,+ neħħewlu l-mantar u libbsuh ħwejġu u ħaduh biex isammruh maʼ zokk.+
32 Huma u ħerġin sabu raġel minn Ċirene jismu Xmun.+ Lil dan ġegħluh jerfagħlu z-zokk tat-tortura. 33 U meta ġew f’post li jgħidulu Golgota,+ jiġifieri, Post il-Qorriegħa, 34 tawh jixrob inbid imħallat b’xi ħaġa morra;+ imma, wara li daqu, ma riedx jixorbu.+ 35 Wara li sammruh maz-zokk+ qassmu ħwejġu+ billi tellgħuhom bix-xorti,+ 36 u ntefgħu bil-qiegħda u qagħdu hemmhekk għassa miegħu. 37 U fuq rasu waħħlu kitba bl-akkuża kontrih: “Dan hu Ġesù s-Sultan tal-Lhud.”+
38 Imbagħad miegħu tpoġġew fuq zokk żewġ ħallelin, wieħed fuq il-lemin u l-ieħor fuq ix-xellug tiegħu.+ 39 Dawk li kienu għaddejjin minn hemmhekk bdew jgħajruh,+ ixenglu rashom,+ 40 u jgħidulu: “Int li kellek twaqqaʼ t-tempju+ u tibnih fi tlett ijiem, salva lilek innifsek! Jekk int bin Alla, inżel minn fuq iz-zokk tat-tortura!”+ 41 Bl-istess mod ukoll il-qassisin ewlenin flimkien maʼ l-iskribi u x-xjuħ bdew jiżżuffjettaw bih u jgħidu:+ 42 “Salva lil oħrajn; lilu nnifsu ma jistax isalva! Hu s-Sultan+ taʼ Israel; ħa jinżel issa minn fuq iz-zokk tat-tortura u nemmnu fih.+ 43 Hu poġġa l-fiduċja tiegħu f’Alla; ħa jeħilsu+ Hu issa jekk iridu, għax hu qal, ‘Jien Bin Alla.’”+ 44 Anki l-ħallelin li kienu tpoġġew bħalu fuq zokk bdew iżebilħuh bl-istess mod.+
45 Mis-sitt siegħa* waqgħet dalma+ fuq l-art kollha, sad-disaʼ siegħa.*+ 46 Madwar id-disaʼ siegħa Ġesù għajjat b’leħen għoli u qal: “Eli, Eli, lama sabaqtani?” jiġifieri, “Alla tiegħi, Alla tiegħi, għala abbandunajtni?”+ 47 Malli semgħu dan, xi wħud minn dawk li kienu weqfin hemmhekk bdew jgħidu: “Dan ir-raġel qed isejjaħ lil Elija.”*+ 48 U minnufih wieħed minnhom mar jiġri, qabad sponża, xarrabha bl-inbid qares,+ poġġieha fuq qasba, u tah jixrob.+ 49 Imma l-oħrajn qalu: “Ħallih! Ħa naraw jekk Elija jiġix isalvah.”+ [[Raġel ieħor qabad lanza u nifidlu ġenbu, u ħareġ demm u ilma.]]+ 50 Ġesù reġaʼ għajjat b’leħen għoli, u radd l-ispirtu tiegħu.+
51 U, ara, il-purtiera+ tas-santwarju ċċarrtet fi tnejn, minn fuq s’isfel,+ u l-art theżżet, u l-blat inqasam.+ 52 U l-oqbra tat-tifkira nfetħu u ntefgħu ’l barra ħafna iġsma tal-qaddisin li kienu raqdu, 53 u bdew jarawhom ħafna nies (u dawn in-nies ħarġu minn qalb l-oqbra tat-tifkira wara li ġie mqajjem u daħlu fil-belt qaddisa).+ 54 Imma l-fizzjal taʼ l-armata u dawk li kienu miegħu jgħassu lil Ġesù, meta raw it-terremot u dak li kien qed jiġri, beżgħu ferm u qalu: “Żgur li dan kien Bin Alla.”+
55 Iktar minn hekk, ħafna nisa, li kienu akkumpanjaw lil Ġesù mill-Galilija biex jaqduh,+ kienu qed iħarsu mill-bogħod;+ 56 fosthom kien hemm Marija l-Maddalena, ukoll Marija omm Ġakbu u Ġosè, u omm ulied Żebedew.+
57 Issa, billi kien tard wara nofsinhar, ġie raġel għani minn Arimatija, jismu Ġużeppi, li wkoll kien sar dixxiplu taʼ Ġesù.+ 58 Dan ir-raġel mar għand Pilatu u talbu l-ġisem taʼ Ġesù.+ Imbagħad Pilatu ordna li jingħatalu.+ 59 U Ġużeppi ħa l-ġisem, keffnu fl-għażel fin u nadif,+ 60 u poġġieh fil-qabar tat-tifkira ġdid tiegħu+ li kien ħaffer fil-blat. U, wara li gerbeb ġebla kbira mal-bieb tal-qabar tat-tifkira, telaq.+ 61 Imma Marija l-Maddalena u Marija l-oħra baqgħu hemmhekk, bil-qiegħda quddiem il-qabar.+
62 L-għada, li kien wara jum it-Tħejjija,*+ il-qassisin ewlenin u l-Fariżej inġabru quddiem Pilatu 63 u qalulu: “Sinjur, ftakarna li dak l-impustur, meta kien għadu ħaj, qal, ‘Wara tlett ijiem+ niġi mqajjem.’ 64 Għalhekk, ordna li l-qabar ikun imħares tajjeb sat-tielet jum, li ma jmorrux jiġu d-dixxipli jisirquh+ u jgħidu lin-nies, ‘Ġie mqajjem mill-imwiet!’ u dan l-ingann taʼ l-aħħar ikun agħar minn taʼ l-ewwel.” 65 Qalilhom Pilatu: “Għandkom l-għassa.+ Morru u ħarsuh tajjeb kif tafu intom.” 66 Għalhekk, biex il-qabar ikun imħares tajjeb, marru jissiġillaw il-ġebla+ u ħallew l-għassa miegħu.
28 Wara s-Sabat, meta kien qed jisbaħ fl-ewwel jum tal-ġimgħa, Marija l-Maddalena u Marija l-oħra ġew jaraw il-qabar.+
2 U, ara, seħħ terremot kbir; għax l-anġlu taʼ Ġeħova niżel mis-sema u resaq lejn il-ġebla, gerbibha, u qagħad bil-qiegħda fuqha.+ 3 Minn barra kien jidher qisu sajjetta,+ u ħwejġu kienu bojod daqs is-silġ.*+ 4 Iva, l-għassiesa tant beżgħu minnu li triegħdu u saru qishom mejtin.
5 Imbagħad, l-anġlu+ qal lin-nisa: “Tibżgħux, għax naf li qed tfittxu lil Ġesù+ li sammruh maʼ zokk. 6 Mhux qiegħed hawnhekk għax ġie mqajjem+ bħalma qal. Ejjew, araw il-post fejn kien qiegħed. 7 U morru malajr għidu lid-dixxipli tiegħu li ġie mqajjem+ mill-imwiet, u, ara, hu sejjer qabilkom fil-Galilija;+ tarawh hemmhekk. Ara! Jien għedtilkom.”+
8 Għalhekk, telqu malajr mill-qabar tat-tifkira, kollhom biżaʼ u ferħ kbir, u marru jiġru biex jagħtu l-aħbar lid-dixxipli tiegħu.+ 9 U, ara! Ġesù ltaqaʼ magħhom u qalilhom: “L-għodwa t-tajba!” Huma resqu lejh, qabdulu saqajh, u mielu quddiemu. 10 Imbagħad Ġesù qalilhom: “Tibżgħux! Morru, agħtu l-aħbar lil ħuti,+ sabiex jitilqu lejn il-Galilija; jarawni hemmhekk.”
11 Huma u sejrin, ara, xi wħud mill-għassiesa+ daħlu l-belt u qalu b’dak kollu li kien ġara lill-qassisin ewlenin. 12 U dawn inġabru max-xjuħ u, wara li ftiehmu bejniethom, taw lis-suldati+ biżżejjed biċċiet tal-fidda 13 u qalulhom: “Għidu, ‘Id-dixxipli tiegħu+ ġew bil-lejl u serquh waqt li konna reqdin.’ 14 U jekk dan jasal f’widnejn il-gvernatur, nipperswaduh aħna u neħilsukom mill-inkwiet.” 15 Għalhekk, ħadu l-biċċiet tal-fidda u għamlu kif qalulhom; u din ix-xniegħa xterdet maʼ kullimkien fost il-Lhud sal-ġurnata taʼ llum.
16 Madankollu, il-ħdax-il dixxiplu marru fil-Galilija+ lejn il-muntanja fejn Ġesù kien ftiehem biex jiltaqaʼ magħhom, 17 u meta rawh mielu quddiemu, imma xi wħud iddubitaw.+ 18 U Ġesù resaq lejhom u qalilhom: “Lili ngħatat kull awtorità+ fis-sema u fuq l-art. 19 Għalhekk, morru u agħmlu dixxipli+ min-nies tal-ġnus kollha,+ għammduhom+ fl-isem tal-Missier+ u taʼ l-Iben+ u taʼ l-ispirtu qaddis,+ 20 u għallmuhom+ josservaw+ dak kollu li ordnajtilkom.+ U, ara, jien magħkom+ il-jiem kollha sal-konklużjoni tas-sistema.”+
“Mattew” ġej mill-isem Ebrajk Mattitjah, li jfisser “Għotja taʼ Jah.”
Skond id-drawwa Lhudija, l-għarus kien jitqies bħala raġel miżżewweġ, u kien jinħtieġ id-divorzju biex tintemm l-għerusija.
Bl-Ebrajk “Ġeswa,” li jfisser “Ġeħova Hu Salvazzjoni.”
Jiġifieri, Erodi l-Kbir.
Il-kelma “Kristu” (sinonima mal-kelma Ebrajka maxiah) meta tintuża fit-test Grieg tal-Bibbja b’referenza għal Ġesù hija titlu li jfisser “Midluk, Messija,” mhux isem persunali.
Letteralment, “li fittxew ir-ruħ.”
Għodda li tifred il-karfa minn mal-qmuħ.
Jiġifieri, Ġwanni.
Ara Nu 34:11, in-nota taʼ taħt.
Jew, “l-għaxart ibliet.”
Ara Appendiċi 2.
Letteralment, “mil.” Mil Ruman taʼ 1,479.5 metri.
Letteralment, “ruħkom.”
Letteralment, “b’kubitu.”
Jew, “ċenturjun,” jiġifieri, wieħed li jikkmanda 100 suldat.
Jew, “imqaxxrin u misluħin.”
“Pietru” jissemma b’ħames modi differenti: hawnhekk bħala “Xmun, li jgħidulu Pietru”; “Xmun Pietru” f’Mt 16:16; “Simgħon” f’At 15:14; “Kefa” fi Ġw 1:42; u fil-biċċa l-kbira “Pietru,” bħal f’Mt 14:28.
“Mattew.” Magħruf ukoll bħala “Levi.” Ara Lq 5:27.
Jiġifieri, “iż-Żeluż.”
Ara Appendiċi 2.
Bil-Grieg, “Ħades.” Ara Appendiċi 4.
“Għalik,” tirreferi għall-belt taʼ Kafarnahum.
Is-Sabat kien minn inżul ix-xemx tal-Ġimgħa sa nżul ix-xemx tas-Sibt. Ara Eżo 16:23, in-nota taʼ taħt.
Ara Lq 3:1, in-nota taʼ taħt.
Ara Mk 13:35, in-nota taʼ taħt, “Kmieni fil-għodu.”
Jew, “minn Kangħan.”
“Pietru.” Bil-Grieg ifisser “Ġebla, biċċa minn blata.”
Bil-Grieg, “Ħades.”
Dan il-vers jinsab f’xi traduzzjonijiet tal-Bibbja, imma jitħalla barra fit-test Grieg taʼ Westcott u Hort, li jaqbel mal-manuskritti Griegi l-iktar antiki.
Ara Appendiċi 2.
Ara Mt 17:21, in-nota taʼ taħt.
Dinar kien munita Rumana tal-fidda li kienet tiżen 3.85 grammi u kienet ekwivalenti għall-paga taʼ ġurnata. Qabbel Mt 20:2.
Ara Mt 18:24, in-nota taʼ taħt.
Madwar id-9 a.m., tibda tgħodd minn tlugħ ix-xemx.
Madwar nofsinhar.
Madwar it-3 p.m.
Madwar il-5 p.m.
Ara Mt 18:24, in-nota taʼ taħt.
Kaxxi żgħar tal-ġild, b’siltiet mill-Iskrittura fihom, li kienu jorbtuhom maʼ dirgħajhom jew maʼ ġbinhom bħala protezzjoni.
Titlu taʼ rispett u unur li jfisser “il-kbir tiegħi; l-eċċellenti tiegħi.”
Ara Mt 17:21, in-nota taʼ taħt.
Ara Appendiċi 2.
Letteralment, “fidil.”
Letteralment, “derrejtx.” Dan jirreferi għall-proċess li fih il-karfa titneħħa minn mal-qmuħ. F’vers 26 ukoll.
Jew, “Fil-jum taʼ qabel.” Fi żmien Ġesù, il-jum tal-Qbiż ġeneralment kien jitqies bħala l-ewwel jum tal-Festa tal-Ħobż bla Ħmira.
Letteralment, “hu.” Bil-Grieg, estin, fis-sens taʼ jirrappreżenta, jissimbolizza.
Il-kwotazzjoni fil-fatt hi bbażata fuq Ża 11:12, 13. Fi żmien Mattew, Ġeremija kien imqiegħed l-ewwel fost il-kotba profetiċi. L-isem “Ġeremija” setaʼ kien japplika b’mod kollettiv għall-kotba profetiċi kollha, inkluż Żakkarija. Qabbel Lq 24:44.
Madwar nofsinhar, tibda tgħodd minn tlugħ ix-xemx.
Madwar it-3 p.m., tibda tgħodd minn tlugħ ix-xemx.
Ifisser “Alla Tiegħi Hu Ġeħova.”
Isem użat għall-ġurnata taʼ qabel is-Sabat taʼ kull ġimgħa, li fiha l-Lhud kienu jippreparaw l-ikliet għas-Sabat u jlestu xi xogħol urġenti ieħor li ma setax jistenna sa wara s-Sabat. Qabbel Eżo 16:5; 20:10.
Letteralment, “borra.”