Mattew
18 Dak il-ħin id-dixxipli resqu lejn Ġesù u qalulu: “Min tassew hu l-akbar fis-saltna tas-smewwiet?”+ 2 Għalhekk, sejjaħ ħdejh tifel żgħir, qiegħdu f’nofshom,+ 3 u qal: “Tassew ngħidilkom, Jekk ma tinbidlux u ma ssirux bħal tfal żgħar,+ żgur li ma tidħlux fis-saltna tas-smewwiet.+ 4 Għalhekk, kulmin jumilja+ ruħu bħal dan it-tifel hu l-akbar fis-saltna tas-smewwiet;+ 5 u kulmin jilqaʼ tifel bħal dan f’ismi jilqaʼ lili wkoll.+ 6 Imma kulmin ifixkel lil wieħed minn dawn iċ-ċkejknin li jpoġġu l-fidi fija jkun aħjar għalih li jdendlulu m’għonqu ġebla taʼ mitħna,+ bħal dik li jdawwar ħmar, u jgħarrquh f’baħar miftuħ.+
7 “Gwaj għad-dinja minħabba t-tfixkil! Naturalment, tfixkil żgur li se jkun hawn,+ imma gwaj għall-bniedem li jġib it-tfixkil!+ 8 Mela, jekk idek jew sieqek qed tfixklek, aqtagħha barra u armiha ’l bogħod minnek;+ ikun aħjar għalik li tidħol immankat jew zopp fil-ħajja milli jitfgħuk b’idejk it-tnejn jew b’saqajk it-tnejn fin-nar taʼ dejjem.+ 9 Ukoll, jekk għajnek qed tfixklek, aqlagħha barra u armiha ’l bogħod minnek; ikun aħjar għalik li tidħol b’għajn waħda fil-ħajja milli jitfgħuk b’għajnejk it-tnejn f’Geħenna*+ tan-nar. 10 Araw li ma tistmerrux lil xi wieħed minn dawn iċ-ċkejknin; għax ngħidilkom li l-anġli tagħhom+ fis-sema dejjem jaraw wiċċ Missieri li hu fis-sema.+ 11* ——
12 “X’taħsbu intom? Jekk raġel ikollu mitt nagħġa u tintilef waħda minnhom,+ ma jħallix hu lid-disgħa u disgħin fuq il-muntanji u jitlaq ifittex lil dik li ntilfitlu?+ 13 U jekk jirnexxilu jsibha, tassew ngħidilkom li jifraħ biha iktar milli bid-disgħa u disgħin li ma ntilfux.+ 14 Bl-istess mod, Missieri li hu fis-sema ma jridx li jinqered+ wieħed minn dawn iċ-ċkejknin.
15 “Ukoll, jekk ħuk jagħmel dnub, mur sibu waħdu+ u urih l-iżball tiegħu. Jekk jismaʼ minnek, tkun ksibt lura lil ħuk.+ 16 Imma jekk ma jismax, ħu miegħek wieħed jew tnejn oħra, sabiex kull ħaġa tkun stabbilita minn fomm żewġ xhieda jew tlieta.+ 17 Jekk ma jismax minnhom, kellem lill-kongregazzjoni. Jekk lanqas mill-kongregazzjoni ma jismaʼ, ħa jkun għalik bħal raġel mill-ġnus+ u bħal kollettur tat-taxxi.+
18 “Tassew ngħidilkom, Kulma torbtu fuq l-art ikun marbut fis-sema, u kulma tħollu fuq l-art ikun maħlul fis-sema.+ 19 Tassew ngħidilkom ukoll, Jekk tnejn minnkom fuq l-art jiftiehmu bejniethom biex jitolbu dwar xi ħaġa importanti, din isseħħilhom bis-saħħa taʼ Missieri tas-sema.+ 20 Għax fejn hemm tnejn jew tlieta miġburin flimkien f’ismi,+ jien inkun hemmhekk f’nofshom.”+
21 Imbagħad resaq Pietru u qallu: “Mulej, kemm-il darba jistaʼ ħija jidneb kontrija u naħfirlu?+ Sa sebaʼ darbiet?”+ 22 Ġesù qallu: “Ma ngħidlekx, Sa sebaʼ darbiet, imma, Sa sebgħa u sebgħin darba.+
23 “Huwa għalhekk li s-saltna tas-smewwiet saret bħal wieħed sultan+ li ried jirranġa l-kontijiet+ maʼ l-ilsiera tiegħu. 24 Kif beda, ġabulu raġel li kellu jagħtih għaxart elef talent [=60,000,000 dinar].* 25 Imma peress li ma kellux il-mezzi biex iħallashom lura, sidu ordna li jinbiegħu hu, martu, uliedu, u kulma kellu biex isir il-ħlas.+ 26 Għalhekk, l-ilsir inxteħet fl-art quddiemu u beda jgħidlu, ‘Ħu paċenzja bija u nagħtik kollox lura.’ 27 Għal dan, sid dan l-ilsir ħassu mqanqal u tħassru, ħallieh imur,+ u ħafirlu d-dejn tiegħu.+ 28 Imma dan l-ilsir ħareġ u sab lil wieħed mill-ilsiera sħabu li kellu jagħtih mitt dinar;+ ħatfu minn għonqu u beda jifgah u jgħidlu, ‘Ħallas lura dak kollu li għandek tagħti.’ 29 Għalhekk, l-ilsir sieħbu nxteħet fl-art u beda jitolbu bil-ħrara u jgħidlu: ‘Ħu paċenzja bija+ u nagħtik kollox lura.’ 30 Madankollu, hu ma riedx, imma telaq u tefgħu l-ħabs sakemm iħallas lura dak li kellu jagħtih. 31 Għalhekk, meta l-ilsiera sħabu raw x’kien ġara, iddispjaċiehom ferm u marru u għarrfu lil sidhom b’kulma kien ġara.+ 32 Imbagħad sidu bagħat għalih u qallu, ‘Ilsir mill-agħar, jien ħfirtlek dak id-dejn kollu meta tlabtni bil-ħrara. 33 Ma messekx int, mill-banda l-oħra, ġietek ħniena+ mill-ilsir sieħbek, bħalma jien ukoll ġietni ħniena minnek?’+ 34 U sidu għadab bl-ikrah+ għalih u tah f’idejn il-kalzriera sakemm iħallas lura dak kollu li kellu jagħti. 35 Hekk ukoll+ jagħmlilkom Missieri tas-sema jekk ma taħfrux minn qalbkom kull wieħed lil ħuh.”+