It-Tieni lill-Korintin
1 Pawlu, appostlu+ taʼ Kristu Ġesù bir-rieda t’Alla, u Timotju,+ ħuna, lill-kongregazzjoni t’Alla li hemm f’Korintu, flimkien mal-qaddisin+ kollha li hemm fl-Akaja* kollha:+
2 Qalb tajba mhix mistħoqqa u paċi lilkom mingħand Alla Missierna u l-Mulej Ġesù Kristu.+
3 Ikun imbierek Alla u Missier+ il-Mulej tagħna Ġesù Kristu, il-Missier taʼ kull ħniena tenera+ u l-Alla taʼ kull faraġ,+ 4 li jfarraġna fit-tribulazzjoni kollha tagħna,+ biex inkunu nistgħu nfarrġu+ lil dawk li jkunu f’kull xorta taʼ tribulazzjoni bil-faraġ li aħna stess qed niġu mfarrġin bih minn Alla.+ 5 Għax bħalma s-sofferenzi għall-Kristu joktru fina,+ hekk ukoll, permezz tal-Kristu, joktor il-faraġ li niksbu.+ 6 Issa jekk għandna t-tribulazzjoni, dan hu għall-faraġ u s-salvazzjoni tagħkom;+ jew jekk qed niġu mfarrġin, dan hu għall-faraġ tagħkom li jaħdem biex jgħinkom tissaportu l-istess sofferenzi li nsofru aħna wkoll.+ 7 U għalhekk it-tama tagħna għalikom hi qawwija, għax nafu li bħalma intom qed tieħdu sehem fis-sofferenzi, bl-istess mod se tieħdu sehem ukoll fil-faraġ.+
8 Għax, ħuti, ma nixtiqukomx ma tkunux tafu bit-tribulazzjoni li ġarrabna fid-distrett taʼ l-Asja:+ kif konna taħt pressjoni estrema iktar milli nifilħu, u b’hekk lanqas saħansitra minn ħajjitna ma konna ċerti.+ 9 Fil-fatt, ġo fina ħassejna li konna ngħatajna s-sentenza tal-mewt. Dan kien biex il-fiduċja tagħna+ ma tkunx fina nfusna, imma fl-Alla li jqajjem il-mejtin.+ 10 Minn ħaġa daqstant kbira bħalma hi l-mewt ħelisna u għad jeħlisna;+ u fih nittamaw li wkoll ikompli jeħlisna.+ 11 Intom ukoll tistgħu tgħinu billi titolbu għalina bil-ħerqa,+ sabiex ħafna jroddu ħajr+ għan-nom tagħna għal dak li jingħatalna b’qalb tajba bis-saħħa tat-talb taʼ ħafna wċuħ.+
12 Għax b’dan niftaħru, u l-kuxjenza tagħna dwar dan tixhed,+ li fid-dinja, u speċjalment magħkom, ġibna ruħna bil-qdusija u s-sinċerità li ġejja minn Alla, mhux bl-għerf+ tal-laħam imma bil-qalb tajba mhix mistħoqqa t’Alla. 13 Għax, tabilħaqq, m’aħna niktbulkom xejn ħlief affarijiet li tafuhom sew jew li tagħrfuhom; u li nittama li tkomplu tagħrfuhom sat-tmiem,+ 14 bħalma għaraftu wkoll, sa ċertu punt, li għandkom għalfejn tiftaħru bina, bħalma aħna wkoll ikollna għalfejn niftaħru+ bikom f’jum il-Mulej tagħna Ġesù.+
15 Għalhekk, b’din il-fiduċja, qabel kont bi ħsiebni niġi għandkom,+ biex tkunu tistgħu tifirħu għat-tieni+ darba, 16 u wara waqfa qasira magħkom, immur il-Maċedonja,*+ u nerġaʼ niġi għandkom+ mill-Maċedonja u tiġu+ biċċa mit-triq miegħi lejn il-Lhudija. 17 Meta kelli dan il-ħsieb, ma qgħadtx nieħu l-affarijiet biċ-ċajt,+ hux hekk? Jew dak li nkun bi ħsiebni nagħmel, inkun bi ħsiebni nagħmlu skond il-laħam,+ biex inkun nistaʼ ngħid “Iva, Iva” u “Le, Le”?+ 18 Imma tistgħu tafdaw f’Alla li l-kliem li għednielkom m’huwiex Iva u fl-istess ħin Le. 19 Għax l-Iben t’Alla,+ Kristu Ġesù, li ġie pridkat fostkom permezz tagħna, jiġifieri, permezz tiegħi u taʼ Silvanu* u taʼ Timotju,+ ma sarx Iva u fl-istess ħin Le, imma l-Iva sar Iva fil-każ tiegħu.+ 20 Għax il-wegħdi+ kollha t’Alla, huma kemm huma, saru Iva permezz tiegħu.+ Għalhekk ukoll permezz tiegħu ngħidu “Amen”+ lil Alla biex nagħtuh glorja. 21 Imma hu Alla li jiggarantixxi li intom u aħna taʼ Kristu; u kien hu li dilikna.+ 22 Immarkana wkoll bis-siġill tiegħu+ u tana fi qlubna l-garanzija+ taʼ dak li għandu jiġi, jiġifieri, l-ispirtu.+
23 Issa nsejjaħ lil Alla bħala xhud+ kontra ruħi stess li għadni ma ġejtx Korintu sabiex neħlishielkom.+ 24 Mhux għax aħna s-sidien+ tal-fidi tagħkom, imma aħna ħaddiema sħabkom+ għall-ferħ tagħkom, għax intom iżżommu weqfin+ bil-fidi+ tagħkom.
2 Għax ngħid għalija hekk iddeċidejt, li ma nerġax niġi għandkom b’qalbi sewda.+ 2 Għax jekk insewdilkom qalbkom,+ min ikun hemm biex iferraħni ħlief dak li nkun sewwidtlu qalbu? 3 U għalhekk ktibt dan, biex meta niġi ma nsewwidx qalbi+ minħabba dawk li jmissni nifraħ bihom;+ għax għandi fiduċja+ fikom ilkoll li l-ferħ li għandi hu tagħkom ilkoll. 4 Għax b’ħafna tribulazzjoni u diqa taʼ qalb ktibtilkom b’ħafna dmugħ,+ mhux biex insewdilkom qalbkom,+ imma biex tkunu tafu l-imħabba li għandi speċjalment għalikom.
5 Issa jekk xi ħadd ġab swied il-qalb,+ ma ġabux lili, imma lilkom ilkoll sa ċertu punt—biex ma nkunx aħrax wisq f’dak li ngħid. 6 Din iċ-ċanfira+ mogħtija mill-maġġuranza hi biżżejjed għal bniedem bħal dan, 7 u għalhekk, għall-kuntrarju, issa għandkom taħfrulu+ b’qalb tajba u tfarrġuh, li ma jmurx dan jinbelaʼ għax ikun sewwed qalbu żżejjed.+ 8 Għaldaqstant inħeġġiġkom biex terġgħu turuh imħabbitkom.+ 9 Għax għalhekk ukoll qed niktbilkom, biex inkun ċert jekk intomx ubbidjenti f’kollox.+ 10 Kulma taħfru b’qalb tajba lil xi ħadd, jien naħfirhulu wkoll.+ Fil-fatt, ngħid għalija, kulma ħfirt b’qalb tajba, jekk ħfirt xi ħaġa, kien minħabba fikom quddiem Kristu; 11 biex Satana ma jegħlibniex,+ għax il-pjanijiet tiegħu nafuhom.+
12 Issa meta wasalt Troas+ biex inxandar l-aħbar tajba dwar il-Kristu, u nfetaħli bieb fil-Mulej,+ 13 ma kellix serħan fl-ispirtu tiegħi peress li ma sibtx lil ħija Titu,+ imma sellimtilhom u tlaqt il-Maċedonja.+
14 Imma ħajr lil Alla li dejjem imexxina+ f’parata trijonfali fi sħubija+ mal-Kristu u jagħmel ir-riħa taʼ l-għarfien dwaru tinxtamm f’kull post permezz tagħna!+ 15 Għax għal Alla aħna riħa tfuħ+ taʼ Kristu fost dawk li qed jiġu salvati u fost dawk li qed jinqerdu;+ 16 għal dawn taʼ l-aħħar riħa li tiġi mill-mewt għall-mewt,+ għal dawk taʼ l-ewwel riħa li tiġi mill-ħajja għall-ħajja. U min hu kwalifikat biżżejjed għal dan?+ 17 Aħna; għax ma nagħmlux negozju mill-kelma t’Alla+ bħalma jagħmlu ħafna,+ imma qed nitkellmu bis-sinċerità, iva, bħala nies mibgħutin minn Alla, quddiem Alla, u fi sħubija maʼ Kristu.+
3 Qed nerġgħu nibdew nirrikkmandaw lilna nfusna?+ Jew forsi, bħal xi wħud, neħtieġu ittri+ taʼ rakkomandazzjoni għalikom jew mingħandkom? 2 Intom stess l-ittra tagħna,+ minquxa fi qlubna u magħrufa u tinqara mill-bnedmin kollha.+ 3 Għax jidher ċar li intom ittra taʼ Kristu mingħandna bħala ministri,+ mhux miktuba bil-linka imma bl-ispirtu+ t’Alla ħaj, mhux fuq twavel tal-ġebel,+ imma fuq twavel tal-laħam, fil-qlub.+
4 Issa permezz tal-Kristu għandna din ix-xorta taʼ fiduċja+ f’Alla. 5 Mhux għax aħna minna nfusna kwalifikati biżżejjed biex inqisu li xi ħaġa ġejja minna stess,+ imma l-fatt li aħna kwalifikati biżżejjed ġej minn Alla,+ 6 li kkwalifikana biżżejjed biex inkunu ministri taʼ patt ġdid,+ mhux taʼ liġi miktuba,+ imma taʼ l-ispirtu;+ għax il-liġi miktuba tikkundanna għall-mewt,+ imma l-ispirtu jagħti l-ħajja.+
7 Iktar minn hekk, jekk il-liġi li ġġib il-mewt+ u li tnaqqxet b’ittri fil-ġebel+ ġiet bi glorja,+ tant li wlied Israel ma setgħux iħarsu fiss lejn wiċċ Mosè minħabba l-glorja taʼ wiċċu,+ glorja li kellha tinġieb fix-xejn, 8 għala m’għandux l-amministrar taʼ l-ispirtu+ jkun ferm iktar bil-glorja?+ 9 Għax jekk il-liġi li tamministra l-kundanna+ kienet glorjuża,+ kemm iktar joktor bil-glorja+ l-amministrar tal-ġustizzja!+ 10 Fil-fatt, anki dak li darba ntgħamel glorjuż tneżżaʼ mill-glorja f’dan ir-rigward,+ minħabba l-glorja li tisbqu.+ 11 Għax jekk dak li kellu jinġieb fix-xejn twassal bil-glorja,+ kemm iktar kellu jkun bil-glorja dak li jibqaʼ!+
12 Għalhekk, billi għandna tama bħal din,+ qed naġixxu b’ħafna libertà tal-kelma, 13 u m’aħniex nagħmlu bħal meta Mosè kien ipoġġi velu+ fuq wiċċu, biex ulied Israel ma jħarsux fiss lejn it-tmiem+ taʼ dak li kellu jinġieb fix-xejn. 14 Imma l-qawwa mentali tagħhom kienet imdallma.+ Għax sal-ġurnata taʼ llum l-istess velu jibqaʼ mniżżel meta jinqara l-patt il-qadim,+ għax dan jinġieb fix-xejn permezz taʼ Kristu.+ 15 Fil-fatt, sa llum, kulmeta jinqara Mosè,+ ikollhom velu fuq qlubhom.+ 16 Imma meta jduru lejn Ġeħova, il-velu jitneħħa.+ 17 Issa Ġeħova hu l-Ispirtu;+ u fejn hemm l-ispirtu+ taʼ Ġeħova,+ hemm il-libertà.+ 18 U lkoll kemm aħna,+ waqt li b’wiċċna mingħajr velu nirriflettu bħall-mirja l-glorja taʼ Ġeħova,+ nitbiddlu+ fl-istess xbieha+ minn glorja għal glorja akbar,+ eżatt bħalma jagħmilna Ġeħova,+ l-Ispirtu.
4 Għalhekk, ladarba għandna dan il-ministeru+ skond il-ħniena li ntweriet magħna,+ ma naqtgħux qalbna; 2 imma issa li warrabna kulma jsir minn taħt li hu taʼ mistħija,+ ma nimxux bil-makakkerija, lanqas inniġġsu l-kelma t’Alla,+ imma billi nuru l-verità, quddiem Alla aħna nsiru eżempju tajjeb għall-kuxjenza taʼ kull bniedem.+ 3 Issa, jekk l-aħbar tajba li nxandru hi tassew moħbija b’velu, hi moħbija għal dawk li qed jinqerdu,+ 4 li fosthom l-alla taʼ din is-sistema+ għema l-imħuħ taʼ dawk li ma jemmnux,+ biex ma jarawx jiddi+ d-dawl+ taʼ l-aħbar tajba+ glorjuża dwar il-Kristu, li hu x-xbieha+ t’Alla. 5 Għax m’aħniex nippridkaw lilna nfusna imma lil Kristu Ġesù bħala l-Mulej,+ u lilna nfusna bħala l-ilsiera tagħkom+ għal Ġesù. 6 Għax kien Alla li qal: “Ħa jiddi d-dawl mid-dlam,”+ u idda fi qlubna biex idawwalhom+ bl-għarfien glorjuż+ dwar Alla permezz taʼ wiċċ Kristu.+
7 Madankollu, għandna dan it-teżor+ f’reċipjenti+ tal-fuħħar,+ sabiex il-qawwa+ iktar min-normal tkun t’Alla+ u mhux minna nfusna.+ 8 Aħna magħfusin b’kull mod,+ imma mhux marsusin li ma nistgħux niċċaqalqu; mifxulin, imma mhux li m’għandniex assolutament minfejn noħorġu;+ 9 persegwitati, imma mhux abbandunati;+ mitfugħin maʼ l-art,+ imma mhux meqrudin.+ 10 Dejjem u kullimkien nissaportu f’ġisimna t-trattament tal-mewt li ngħata lil Ġesù,+ sabiex il-ħajja taʼ Ġesù tkun tidher ukoll f’ġisimna.+ 11 Għax aħna l-ħajjin dejjem qed ninġiebu wiċċ imbwiċċ mal-mewt+ għal Ġesù, sabiex il-ħajja taʼ Ġesù tkun tidher ukoll fil-laħam mortali tagħna.+ 12 Għaldaqstant, il-mewt qed taħdem fina, imma fikom qed taħdem il-ħajja.+
13 Issa minħabba li għandna l-istess spirtu taʼ fidi bħal dak li dwaru hemm miktub: “Jien eżerċitajt il-fidi, u għalhekk nitkellem,”+ aħna wkoll neżerċitaw il-fidi, u għalhekk nitkellmu, 14 għax nafu li dak li qajjem lil Ġesù jqajjem lilna wkoll flimkien maʼ Ġesù u jippreżentana flimkien magħkom.+ 15 Għax kollox hu għalikom,+ sabiex il-qalb tajba mhix mistħoqqa li ntweriet bl-abbundanza tkompli toktor minħabba r-radd il-ħajr taʼ ħafna oħrajn għall-glorja t’Alla.+
16 Għalhekk, ma naqtgħux qalbna, imma anki jekk il-bniedem li aħna minn barra qed jispiċċa, żgur li l-bniedem li aħna minn ġewwa+ qed jiġġedded minn jum għall-ieħor. 17 Għax għalkemm it-tribulazzjoni hi mumentanja+ u ħafifa, iġġibilna glorja taʼ kobor bla qjies li hi għal dejjem;+ 18 waqt li ma nżommux għajnejna fuq l-affarijiet li jidhru, imma fuq dawk li ma jidhrux.+ Għax dawk li jidhru huma temporanji,+ imma dawk li ma jidhrux huma għal dejjem.+
5 Aħna nafu li jekk tiġġarraf+ id-dar tagħna fuq l-art,+ din it-tinda,+ se jkollna bini mingħand Alla, dar li mhix magħmula bl-idejn,+ għal dejjem+ fis-smewwiet. 2 Għax f’din id-dar fejn ngħixu aħna tabilħaqq nokorbu,+ peress li nixtiequ bil-ħeġġa li nilbsu dik li għandna mis-sema,+ 3 u b’hekk, billi nkunu lbisnieha tassew, ma ninstabux għarwenin.+ 4 Fil-fatt, aħna li qegħdin f’din it-tinda nokorbu għax imtaqqlin; mhux għax irridu ninżgħuha, imma għax irridu nilbsu l-oħra,+ biex dak li hu mortali jinbelaʼ mill-ħajja.+ 5 Issa dak li ħejjiena għal dan hu Alla,+ li tana l-garanzija+ taʼ dak li għandu jiġi, jiġifieri, l-ispirtu.+
6 Aħna għalhekk dejjem mimlijin kuraġġ u nafu li dment li għandna darna fil-ġisem m’aħniex preżenti mal-Mulej,+ 7 għax aħna nimxu bil-fidi, mhux b’dak li jaraw għajnejna.+ 8 Imma aħna mimlijin kuraġġ u ninsabu kuntenti ferm li ma nibqgħux preżenti fil-ġisem u mmorru noqogħdu mal-Mulej.+ 9 Għalhekk, qed nagħmluha wkoll il-mira tagħna li, sew jekk noqogħdu miegħu u sew jekk m’aħniex preżenti miegħu,+ inkunu aċċettabbli għalih.+ 10 Għax ilkoll irridu nidhru quddiem it-tron tal-ġudizzju tal-Kristu,+ biex kull wieħed jieħu ħlasu għal dak li għamel permezz tal-ġisem, skond dak li jkun ipprattika, sew jekk tajjeb u sew jekk ħażin.+
11 Għalhekk, peress li nafu x’inhu l-biżaʼ+ tal-Mulej, nibqgħu nipperswadu+ lill-bnedmin, imma dak li aħna jidher ċar għal Alla. Madankollu, nittama li dak li aħna jidher ċar ukoll għall-kuxjenzi tagħkom.+ 12 M’aħniex qed nerġgħu nirrikkmandaw+ lilna nfusna lilkom, imma qed nagħtukom raġuni biex tiftaħru bina,+ sabiex tkunu tistgħu twieġbu lil dawk li jiftaħru bid-dehra taʼ barra,+ u mhux bil-qalb.+ 13 Għax jekk ma konniex f’sensina,+ dan kien għal Alla; jekk aħna moħħna f’loku,+ dan hu għalikom. 14 Għax l-imħabba li għandu l-Kristu ġġegħelna, peress li dan iġġudikajna, li bniedem wieħed miet għal kulħadd;+ mela, allura, kollha mietu; 15 u miet għal kulħadd biex dawk li jgħixu ma jgħixux iktar għalihom infushom,+ imma għal dak+ li miet għalihom u ġie mqajjem.+
16 Għaldaqstant, minn issa ’l quddiem ma nafu lil ħadd skond il-laħam.+ Saħansitra jekk konna nafu lil Kristu skond il-laħam,+ żgur li issa ma nafuhx iktar hekk.+ 17 Għaldaqstant, jekk xi ħadd hu f’unjoni maʼ Kristu, hu ħolqien ġdid;+ l-affarijiet qodma għaddew,+ ara, affarijiet ġodda bdew jeżistu.+ 18 Imma kollox hu minn Alla, li reġaʼ ħabbibna+ miegħu permezz taʼ Kristu u tana l-ministeru+ tar-rikonċiljazzjoni, 19 jiġifieri, li permezz taʼ Kristu,+ Alla kien qed jerġaʼ jħabbeb lid-dinja+ miegħu,+ billi m’għaddilhomx nuqqasijiethom,+ u fada f’idejna l-kelma+ tar-rikonċiljazzjoni.+
20 Għalhekk, aħna+ ambaxxaturi+ li jissostitwixxu lil Kristu,+ bħallikieku Alla qed jitlob bil-ħrara permezz tagħna.+ Bħala sostituti għal Kristu nitolbu bil-ħniena:+ “Erġgħu tħabbu m’Alla.” 21 Lil dak li kien bla dnub+ għamlu dnub+ għalina, sabiex aħna nsiru l-ġustizzja+ t’Alla permezz tiegħu.
6 Waqt li naħdmu flimkien miegħu,+ nitolbukom bil-ħrara wkoll biex ma taċċettawx il-qalb tajba mhix mistħoqqa t’Alla u titilfu l-iskop tagħha.+ 2 Għax hu jgħid: “Fi żmien aċċettabbli smajtek, u f’jum taʼ salvazzjoni għentek.”+ Ara! Issa speċjalment hu ż-żmien aċċettabbli.+ Ara! Issa hu jum is-salvazzjoni.+
3 Bl-ebda mod m’aħna noħolqu xi raġuni għal tfixkil,+ biex ħadd ma jsib xi jgħid fil-ministeru tagħna;+ 4 imma b’kull mod nirrikkmandaw+ lilna nfusna bħala ministri t’Alla billi nissaportu ħafna affarijiet, fit-tribulazzjonijiet, fil-bżonn, fid-diffikultajiet,+ 5 fis-swat, fil-ħabsijiet,+ fit-taqlib, fit-taħbit, fl-iljieli bla rqad, fi żminijiet mingħajr ikel,+ 6 bis-safa, bl-għarfien, bis-sabar fit-tul,+ bil-qalb tajba,+ bl-ispirtu qaddis, bl-imħabba ħielsa mill-ipokrisija,+ 7 bi kliem mimli verità, bil-qawwa t’Alla;+ bl-armi+ tal-ġustizzja fuq il-lemin u fuq ix-xellug,* 8 bil-glorja u bid-diżunur, b’fama ħażina u b’fama tajba; bħala qarriqin+ iżda ngħidu l-verità, 9 bħala mhux magħrufin iżda qed niġu rikonoxxuti,+ bħala li qed immutu iżda, ara, qed ngħixu,+ bħala dixxiplinati+ iżda mhux mogħtijin għall-mewt,+ 10 bħala mnikktin imma dejjem nithennew, bħala fqar imma nagħmlu lil ħafna sinjuri, bħala li m’għandna xejn iżda għandna kollox.+
11 Ftaħna fommna għalikom, Korintin, wessajna qalbna.+ 12 M’hemmx nuqqas taʼ wisaʼ għalikom fina,+ imma hemm nuqqas taʼ wisaʼ fl-affezzjoni tenera tagħkom.+ 13 Għalhekk, biex tpattulna—inkellimkom bħallikieku tfal+—wessgħu qalbkom intom ukoll.
14 Tintrabtux taħt madmad li mhux indaqs maʼ dawk li ma jemmnux.+ Għax xi sħubija hemm bejn il-ġustizzja u l-ksur tal-liġi?+ Jew x’għandu x’jaqsam id-dawl mad-dlam?+ 15 Iktar minn hekk, xi qbil hemm bejn Kristu u Beljal?*+ Jew x’sehem+ għandu min hu leali maʼ min ma jemminx? 16 U xi ftehim għandu t-tempju t’Alla maʼ l-idoli?+ Għax aħna tempju+ t’Alla ħaj; bħalma qal Alla: “Ngħammar fosthom+ u nimxi fosthom, u nkun Alla tagħhom, u huma jkunu l-poplu tiegħi.”+ 17 “‘Għalhekk, oħorġu minn ġo nofshom, u nfirdu minn magħhom,’ jgħid Ġeħova, ‘u tibqgħux tmissu dak li mhux nadif’”;+ “‘u jien nilqagħkom.’”+ 18 “‘U nkun missier għalikom,+ u intom tkunu għalija wlied subien u bniet,’+ jgħid Ġeħova li Jistaʼ Kollox.”+
7 Għalhekk, maħbubin, ladarba għandna dawn il-wegħdi+ ħa nitnaddfu+ minn kull tinġis tal-laħam u taʼ l-ispirtu,+ u nipperfezzjonaw il-qdusija fil-biżaʼ t’Alla.+
2 Agħmlu l-wisaʼ għalina f’qalbkom.+ Lil ħadd m’għamilna ħsara, lil ħadd ma kkorrompejna, u minn ħadd ma pprofittajna ruħna.+ 3 Ma ngħidx dan biex nikkundannakom. Għax diġà għedtilkom li qegħdin fi qlubna, sew jekk ngħixu u sew jekk immutu.+ 4 Nistaʼ nitkellem magħkom b’libertà kbira. Inħossni kburi ħafna bikom.+ Jien mimli faraġ;+ qed infur bil-ferħ fis-sofferenzi kollha tagħna.+
5 Fil-fatt, meta wasalna l-Maċedonja,+ ma sibniex serħan,+ imma bqajna nsofru+ b’kull mod u manjiera—kien hemm ġlied barra u biżaʼ ġewwa. 6 Madankollu Alla, li jfarraġ+ lill-imgħakksin, farraġna bil-preżenza taʼ Titu; 7 iżda mhux biss bil-preżenza tiegħu, imma wkoll bil-faraġ li hu kien tfarraġ bikom, għax reġaʼ qalilna+ dwar ix-xewqa tagħkom, in-niket tagħkom, iż-żelu tagħkom għalija, u b’hekk jien thennejt bil-wisq iktar.
8 Għalhekk, anki jekk sewwidtilkom qalbkom bl-ittra tiegħi,+ ma jiddispjaċinix. U jekk għall-ewwel iddispjaċieni, (qed nara li dik l-ittra sewditilkom qalbkom, għalkemm għal ftit,) 9 issa nithenna, mhux għax sewwidtu qalbkom, imma għax is-swied taʼ qalb wassalkom għall-indiema;+ għax sewwidtu qalbkom fi qbil mar-rieda t’Alla,+ biex f’xejn ma ssofru ħsara minħabba fina. 10 Għax is-swied taʼ qalb fi qbil mar-rieda t’Alla jġib l-indiema għas-salvazzjoni li ħadd m’għandu jiddispjaċih minnha;+ imma s-swied taʼ qalb tad-dinja jipproduċi l-mewt.+ 11 Għax ara l-fatt li sewwidtu qalbkom fi qbil mar-rieda t’Alla+ x’ħeġġa kbira pproduċa fikom, iva, tindif mill-ħtija, iva, għadab minħabba l-ħażen, iva, biżaʼ t’Alla, iva, xenqa, iva, żelu, iva, korrezzjoni tal-ħażen!+ F’kull aspett urejtu li intom safjin f’din il-ħaġa. 12 Żgur li għalkemm ktibtilkom, dan m’għamiltux għal dak li għamel il-ħażen,+ lanqas għal dak li sofra l-ħażen, imma biex il-ħeġġa tagħkom għalina tkun tidher fostkom quddiem Alla. 13 Huwa għalhekk li ġejna mfarrġin.
Madankollu, minbarra li tfarraġna, thennejna jerġaʼ wisq iktar minħabba l-ferħ taʼ Titu, għax l-ispirtu tiegħu+ ġie mserraħ minnkom ilkoll. 14 Għax jekk ftaħart xi ftit dwarkom miegħu, ma ġegħeltunix nistħi; imma bħalma għednielkom il-verità f’kollox, hekk ukoll il-ftaħir tagħna+ quddiem Titu deher ċar li hu veru. 15 Ukoll, l-affezzjoni tenera tiegħu għalikom hi ħafna iktar kotrana, għax jiftakar l-ubbidjenza tagħkom+ ilkoll, kif ilqajtuh bil-biżaʼ u t-tregħid. 16 Nithenna li b’kull mod nistaʼ nimtela bil-kuraġġ minħabba fikom.+
8 Issa rridukom tkunu tafu, ħuti, dwar il-qalb tajba mhix mistħoqqa t’Alla li ntweriet lill-kongregazzjonijiet tal-Maċedonja+ 2 li kienu għaddejjin minn prova kbira taʼ ħafna sofferenzi. Madankollu, minkejja l-faqar bla qjies tagħhom, tqanqlu minn ferħ kbir u wrew li kienu għonja spiritwalment permezz tal-ġenerożità kbira tagħhom.+ 3 Għax skond kemm setgħu,+ iva, nixhdilhom li kien saħansitra iktar milli setgħu, 4 minn jeddhom baqgħu jitolbuna bi ħrara kbira biex ikollhom il-privileġġ li jagħtu b’qalb tajba u jieħdu sehem fil-ministeru li kellu jsir lill-qaddisin.+ 5 U mhux biss kif ittamajna, imma l-ewwel taw ruħhom lill-Mulej+ u mbagħad lilna permezz tar-rieda t’Alla. 6 Dan wassalna biex ninkuraġġixxu lil Titu+ sabiex, bħalma kien hu li ta bidu għal dan fostkom, hekk ukoll ikun hu li jtemm dan l-istess għoti b’qalb tajba min-naħa tagħkom. 7 Madankollu, bħalma qed toktru f’kollox,+ fil-fidi u l-kelma u l-għarfien+ u l-ħeġġa kollha u f’din l-imħabba li għandna għalikom, jalla toktru wkoll f’dan l-għoti b’qalb tajba.
8 Qed ngħid dan mhux biex nikkmandakom+ imma minħabba l-ħeġġa t’oħrajn u biex nara kemm hi ġenwina l-imħabba tagħkom. 9 Għax intom tafu l-qalb tajba mhix mistħoqqa tal-Mulej tagħna Ġesù Kristu, li għalkemm kien għani sar fqir minħabba fikom,+ biex intom issiru għonja+ permezz tal-faqar tiegħu.
10 U f’dan nagħti l-opinjoni tiegħi:+ għax din il-ħaġa hi taʼ benefiċċju għalikom,+ peress li sena ilu mhux biss kontu diġà bdejtu tagħmlu dan imma wkoll ridtu tagħmluh;+ 11 għalhekk, issa, temmu wkoll dak li bdejtu tagħmlu sabiex, bħalma kontu lesti li tagħmluh minn qalbkom, hekk ukoll ittemmuh skond ma tistgħu. 12 Għax jekk l-ewwel ikun hemm ir-rieda, din tkun speċjalment aċċettabbli skond dak li jkollu l-individwu,+ mhux skond dak li ma jkollux. 13 Għax ma rridx li dan ikun faċli għal oħrajn,+ iżda iebes għalikom; 14 imma biex kulħadd ikun indaqs, bħalissa ż-żejjed tagħkom jagħmel tajjeb għan-nieqes tagħhom, sabiex iż-żejjed tagħhom għad ukoll jagħmel tajjeb għan-nieqes tagħkom, u b’hekk kulħadd ikun indaqs.+ 15 Bħalma hu miktub: “Min kellu ħafna ma kellux żejjed, u min kellu ftit ma kellux nieqes.”+
16 Issa rrodd ħajr lil Alla talli poġġa l-istess ħeġġa għalikom f’qalb Titu,+ 17 għax tabilħaqq aġixxa meta ngħata l-inkuraġġiment, imma peress li hu mimli ħeġġa, ġej għandkom minn jeddu. 18 Miegħu qed nibagħtu wkoll lill-ħu li qed jiġi mfaħħar fil-kongregazzjonijiet kollha għal dak li qed jagħmel għall-aħbar tajba. 19 Mhux hekk biss, imma nħatar+ ukoll mill-kongregazzjonijiet biex jivvjaġġa magħna minħabba din l-għotja b’qalb tajba li trid tiġi amministrata minna għall-glorja+ tal-Mulej u bħala prova tar-rieda tagħna.+ 20 B’hekk qed nevitaw li jkun hemm min isib xi ħtija+ fina rigward din il-kontribuzzjoni ġeneruża+ li trid tiġi amministrata minna. 21 Għax aħna “nipprovdu onestament mhux biss quddiem Ġeħova imma wkoll quddiem il-bnedmin.”+
22 Iktar minn hekk, qed nibagħtu magħhom lil ħuna li spiss u f’ħafna affarijiet sibnieh li għandu ħeġġa, imma li issa għandu ħafna iktar ħeġġa minħabba l-fiduċja kbira tiegħu fikom. 23 Iżda jekk hemm xi dubju dwar Titu, hu sieħbi u ħaddiem miegħi+ għall-interessi tagħkom; jew dwar ħutna, huma appostli tal-kongregazzjonijiet u glorja taʼ Kristu. 24 Għalhekk, agħtuhom prova taʼ mħabbitkom+ u taʼ dak li ftaħarna+ bikom, quddiem il-kongregazzjonijiet.
9 Issa dwar il-ministeru+ għall-qaddisin, ikun żejjed li niktbilkom, 2 għax naf bir-rieda tagħkom li dwarha qed niftaħar bikom mal-Maċedonin, li issa l-Akaja ilha sena għal-lest biex tgħin,+ u ż-żelu tagħkom qanqal il-biċċa l-kbira minnhom. 3 Imma qed nibgħat lill-aħwa, sabiex il-ftaħir tagħna bikom f’dan ir-rigward ma jkunx għalxejn, u tkunu tassew lesti,+ bħalma kont ngħid li se tkunu. 4 Inkella, kieku b’xi mod kellhom jiġu miegħi xi Maċedonin u ma jsibukomx lesti, aħna—biex ma ngħidx intom—niġu mġegħlin nistħu minn din il-fiduċja tagħna. 5 Għalhekk, ħassejt il-bżonn li ninkuraġġixxi lill-aħwa biex jiġu għandkom minn qabel u jlestu l-għotja ġeneruża tagħkom li wegħedtu minn qabel,+ sabiex b’hekk din tkun lesta bħala għotja ġeneruża u mhux bħala xi ħaġa mogħtija bilfors.+
6 Imma rigward dan, min jiżraʼ bil-qjies+ jaħsad ukoll bil-qjies; u min jiżraʼ bil-kotra+ jaħsad ukoll bil-kotra. 7 Ħa jagħmel kull wieħed bħalma jkun iddeċieda f’qalbu, mhux kontra qalbu+ jew bilfors, għax Alla jħobb lil min jagħti bil-ferħ.+
8 Iktar minn hekk, Alla kapaċi jkattar għalikom il-qalb tajba mhix mistħoqqa kollha tiegħu biex, waqt li dejjem u f’kollox ikollkom bis-sħiħ kulma għandkom bżonn, ikollkom bl-abbundanza għal kull għemil tajjeb.+ 9 (Bħalma hu miktub: “Hu qassam bil-kotra, ta lill-foqra, il-ġustizzja tiegħu tibqaʼ għal dejjem.”+ 10 Issa dak li jagħti b’abbundanza ż-żerriegħa lil dak li jiżraʼ u l-ħobż għall-ikel+ jagħtikom u jkattrilkom iż-żerriegħa x’tiżirgħu u jżid il-prodotti tal-ġustizzja tagħkom.)+ 11 F’kollox qed tiġu mogħnijin għal kull xorta taʼ ġenerożità, li permezz tagħna tipproduċi espressjoni taʼ radd il-ħajr lil Alla;+ 12 għax il-ministeru taʼ dan is-servizz pubbliku m’huwiex biss li nipprovdu bl-abbundanza l-bżonnijiet tal-qaddisin+ imma wkoll li nkunu għonja b’ħafna espressjonijiet taʼ radd il-ħajr lil Alla. 13 Permezz tal-prova li jagħti dan il-ministeru, huma jigglorifikaw lil Alla għax intom sottomessi lejn l-aħbar tajba dwar il-Kristu,+ bħalma tistqarru pubblikament li intom, u għax intom ġenerużi fil-kontribuzzjoni li tagħtu lilhom u lil kulħadd;+ 14 u waqt li jitolbu bil-ħerqa għalikom, jixxennqu għalikom minħabba l-qalb tajba mhix mistħoqqa+ straordinarja li Alla wera magħkom.
15 Grazzi lil Alla għall-għotja b’xejn tiegħu li ma tistax tiġi deskritta.+
10 Issa jien, Pawlu, nitlobkom bil-ħrara minħabba l-ħlewwa+ u l-qalb tajba+ tal-Kristu, għalkemm jien umli f’persunti fostkom,+ imma meta ma nkunx preżenti nkun qalbieni lejkom.+ 2 Tabilħaqq, nitlobkom bil-ħniena biex meta nkun preżenti ma jkollix għalfejn nuża l-qlubija b’dik il-fiduċja li qed niddependi minnha biex nieħu azzjoni qalbiena+ kontra xi wħud li jqisuna bħallikieku konna qed nimxu skond dak li aħna fil-laħam. 3 Għax għalkemm nimxu f’ġisem tal-laħam,+ ma niggwerrawx skond dak li aħna fil-laħam.+ 4 Għax l-armi li niggwerraw bihom m’humiex tal-laħam,+ imma huma qawwijin permezz t’Alla+ biex inwaqqgħu affarijiet li jkunu stabbiliti fis-sod. 5 Għax qed inwaqqgħu r-raġunamenti u kull kburija li tqum kontra l-għarfien dwar Alla;+ u qed injassru kull ħsieb biex nagħmluh ubbidjenti lejn il-Kristu; 6 u qed inżommu ruħna għal-lest biex nikkastigaw kull diżubbidjenza,+ malli l-ubbidjenza tagħkom tkun intweriet għalkollox.+
7 Intom tħarsu lejn l-affarijiet skond kif jidhru minn barra.+ Jekk xi ħadd hu fiduċjuż fih innifsu li hu taʼ Kristu, ħa jerġaʼ jqis dan il-fatt li, bħalma hu taʼ Kristu, hekk ukoll aħna taʼ Kristu.+ 8 Għax anki jekk niftaħar+ xi naqra żżejjed dwar l-awtorità li tana l-Mulej biex nibnukom u mhux biex inġarrfukom,+ ma niġix imġiegħel nistħi, 9 sabiex ma nidhirx li rrid inwerwirkom bl-ittri tiegħi. 10 Għax jgħidu: “L-ittri tiegħu huma serji u qawwijin, imma l-preżenza tiegħu meta jkun fostna hi dgħajfa+ u kliemu taʼ min jistmerru.”+ 11 Min jgħid hekk ħa jqis dan, li skond m’aħna fi kliemna bl-ittri tagħna meta ma nkunux hemmhekk, hekk ukoll se nkunu fl-azzjoni meta nkunu preżenti magħkom.+ 12 Għax ma nissograwx nikklassifikaw jew inqabblu ruħna maʼ xi wħud li jirrikkmandaw lilhom infushom.+ Ċertament li meta jkejlu lilhom infushom bihom infushom u jqabblu ruħhom magħhom infushom ma jkunu fehmu xejn.+
13 Min-naħa tagħna ma niftaħrux barra l-limiti tat-territorju li ngħatajna,+ imma skond il-qjies tat-territorju li qassmilna Alla, li għamlu jwassal safejn qegħdin intom.+ 14 Tassew m’aħniex qed naqbżu l-limiti bħallikieku m’intomx fit-territorju tagħna, għax aħna konna l-ewwel li wasalna safejn qegħdin intom biex inxandru l-aħbar tajba dwar il-Kristu.+ 15 Le, m’aħniex qed niftaħru barra l-limiti tat-territorju li ngħatajna, bit-taħbit taʼ ħaddieħor,+ imma għandna t-tama li, bħalma qed tikber il-fidi tagħkom,+ aħna nikbru fostkom fit-territorju tagħna.+ Imbagħad noktru iktar u iktar, 16 biex inxandru l-aħbar tajba lill-pajjiżi lil hinn minnkom,+ sabiex ma niftaħrux bit-territorju taʼ ħaddieħor fejn l-affarijiet tħejjew diġà. 17 “Imma min jiftaħar, ħa jiftaħar b’Ġeħova.”+ 18 Għax mhux min jirrikkmanda lilu nnifsu hu approvat,+ imma min jirrikkmandah+ Ġeħova.+
11 Nixtieqkom tittollerawni għax se nkun ftit bla raġuni.+ Iva, fil-fatt, qed tittollerawni! 2 Għax jien għajjur għalikom b’għira bħal dik t’Alla,+ għax jien stess wegħedtkom fiż-żwieġ+ lil għarus wieħed+ biex nippreżentakom bħala verġni safja+ lill-Kristu.+ 3 Imma nibżaʼ li b’xi mod, bħalma s-serp qarraq b’Eva+ bil-makakkerija tiegħu, moħħkom isir korrott+ u jitbiegħed mis-sinċerità u s-safa li jistħoqqlu l-Kristu.+ 4 Għax, fil-fatt, jekk jiġi xi ħadd jippriedka xi Ġesù ieħor minflok dak li ppridkajna aħna,+ jew tirċievu xi spirtu ieħor minflok dak li rċivejtu,+ jew xi aħbar tajba+ oħra minflok dik li aċċettajtu, intom faċilment tittollerawh.+ 5 Għax inqis li f’xejn ma wrejt li jien inferjuri+ għall-appostli raffinati żżejjed tagħkom.+ 6 Imma anki jekk m’iniex kapaċi nitkellem,+ żgur li kapaċi fl-għarfien;+ u dan urejnihulkom f’kollox u b’kull mod.+
7 Jew dnibt jien meta umiljajt ruħi+ biex intom titgħollew, għax xandartilkom bil-ferħ l-aħbar tajba t’Alla bla ħlas?+ 8 Sraqt lil kongregazzjonijiet oħrajn billi aċċettajt proviżjonijiet biex naqdi lilkom;+ 9 iżda meta kont preżenti magħkom u ġejt fil-bżonn, ma kont taʼ piż għal ħadd,+ għax l-aħwa li ġew mill-Maċedonja+ pprovdew bl-abbundanza dak li kien jonqosni. Iva, b’kull mod bqajt ma nkunx taʼ piż għalikom u hekk se nibqaʼ.+ 10 Bħalma l-verità+ taʼ Kristu qiegħda fija, dan il-ftaħir tiegħi+ fir-reġjuni taʼ l-Akaja mhux se jieqaf. 11 Dan għala? Għax ma nħobbkomx? Alla jaf li nħobbkom.+
12 Issa li qed nagħmel nibqaʼ nagħmlu,+ biex ma nagħtix il-wisaʼ għal xi skuża lil dawk li jridu skuża biex jitqiesu li huma daqsna fil-kariga li jiftaħru biha. 13 Għax dawn l-irġiel huma appostli foloz, ħaddiema qarriqin,+ li jinbidlu f’appostli taʼ Kristu.+ 14 U ma nistagħġibx, għax Satana nnifsu jibqaʼ jinbidel f’anġlu tad-dawl.+ 15 Għalhekk, mhix ħaġa kbira li l-ministri tiegħu+ wkoll jibqgħu jinbidlu f’ministri tal-ġustizzja. Imma tmiemhom ikun skond għemilhom.+
16 Nerġaʼ ngħid, Ħa ma jaħseb ebda bniedem li jien bla raġuni. Xorta waħda, jekk tassew taħsbu dan, aċċettawni anki jekk bħala bniedem bla raġuni, biex jien ukoll niftaħar xi ftit.+ 17 Dak li ngħid ma ngħidux fuq l-eżempju tal-Mulej, imma bħallikieku kont bniedem bla raġuni, b’din il-prużunzjoni li hi karatteristika tal-ftaħir.+ 18 Ladarba ħafna qed jiftaħru skond il-laħam,+ jien ukoll se niftaħar. 19 Għax intom tittolleraw bil-ferħ lil min hu bla raġuni, peress li intom raġunevoli. 20 Fil-fatt, intom tittolleraw lil kulmin ijassarkom,+ lil kulmin jiblaʼ dak li għandkom, lil kulmin jaħtaf dak li għandkom, lil kulmin jogħla fuqkom, lil kulmin jagħtikom bil-ħarta.+
21 Ngħid dan b’diżunur għalina, bħallikieku l-pożizzjoni tagħna kienet dgħajfa.
Imma f’dak li ħaddieħor jaġixxi bil-qlubija—m’iniex nitkellem b’mod raġunevoli+—jien ukoll qed naġixxi bil-qlubija. 22 Huma Ebrej? Jien ukoll.+ Huma Israelin? Jien ukoll. Huma nisel Abraham? Jien ukoll.+ 23 Huma ministri taʼ Kristu? Inwieġeb bħal wieħed miġnun, jien nispikka ferm iktar minnhom:+ fit-taħbit ħafna iktar,+ fil-ħabs ħafna iktar,+ fis-swat wisq iżjed, f’ħalq il-mewt taʼ spiss.+ 24 Mingħand il-Lhud ħames darbiet qlajt erbgħin daqqa+ neqsin waħda, 25 tliet darbiet ġejt imsawwat bil-bsaten,+ darba ġejt imħaġġar,+ tliet darbiet ġarrabt nawfraġju,+ ġurnata u lejl qattajt f’baħar fond; 26 fi vjaġġi spiss, f’perikli mix-xmajjar, f’perikli mill-ħallelin,+ f’perikli mir-razza tiegħi stess,+ f’perikli mill-ġnus,+ f’perikli fil-belt,+ f’perikli fix-xagħri, f’perikli fil-baħar, f’perikli fost aħwa foloz, 27 f’taħbit u tbatija, fi ljieli bla rqad spiss,+ bil-ġuħ u bil-għatx,+ f’sawm+ bosta drabi, f’kesħa u għera.
28 Minbarra dawn l-affarijiet esterni, hemm dak li nħabbat wiċċi miegħu minn jum għal jum, l-ansjetà għall-kongregazzjonijiet kollha.+ 29 Min hu dgħajjef,+ u ma nkunx dgħajjef jien ukoll? Min jiġi mfixkel, u jien ma nitbaqbaqx?
30 Jekk għandu jkun hemm il-ftaħir, niftaħar+ b’dak li għandu x’jaqsam mad-dgħjufija tiegħi. 31 Alla u Missier il-Mulej Ġesù, Dak li għandu jiġi mfaħħar għal dejjem, jaf li m’iniex nigdeb. 32 F’Damasku, il-gvernatur, taħt is-sultan Areta, kien qed jgħasses il-belt tad-Damaxxeni biex jaqbadni,+ 33 imma niżżluni f’qoffa+ minn tieqa fis-sur u ħrabt minn taħt idejh.
12 Ikolli niftaħar. M’huwiex taʼ benefiċċju; imma se ngħaddi għal viżjonijiet+ sopranaturali u rivelazzjonijiet tal-Mulej. 2 Naf raġel f’unjoni maʼ Kristu li erbatax-il sena ilu—jekk hux fil-ġisem jew barra mill-ġisem ma nafx; Alla jaf—ittieħed f’daqqa waħda+ b’dan il-mod lejn it-tielet sema. 3 Iva, naf raġel bħal dan—jekk hux fil-ġisem jew mingħajr il-ġisem+ ma nafx, Alla jaf— 4 li ttieħed fil-ġenna+ u semaʼ kliem li ma jitlissinx u li skond il-liġi ebda bniedem ma jistaʼ jgħidu. 5 B’raġel bħal dan niftaħar, u mhux bija nnifsi, ħlief bid-dgħjufijiet tiegħi.+ 6 Għax jekk xi darba nkun irrid niftaħar,+ ma nkunx bniedem bla raġuni, għax inkun qed ngħid il-verità. Imma nżomm lura, sabiex ħadd ma jagħtini kredtu għal xi ħaġa iktar milli jara fija jew jismaʼ mingħandi, 7 sempliċement minħabba l-ħafna rivelazzjonijiet.
Għalhekk, biex ma nitgħolliex iżżejjed,+ ngħatajt xewka fil-laħam,+ anġlu taʼ Satana, biex tibqaʼ ssawwatni, sabiex ma nitgħolliex iżżejjed. 8 Minħabba f’hekk, tliet darbiet+ tlabt bil-ħrara lill-Mulej biex titbiegħed minni; 9 iżda hu fil-fatt qalli: “Il-qalb tajba mhix mistħoqqa tiegħi hi biżżejjed+ għalik; għax il-qawwa tiegħi tintgħamel perfetta fid-dgħjufija.”+ Għalhekk, b’ferħ kbir, nippreferi niftaħar bid-dgħjufijiet tiegħi+ biex il-qawwa tal-Kristu tibqaʼ fuqi bħal tinda. 10 Għaldaqstant nitgħaxxaq bid-dgħjufijiet, bl-insulti, bl-għaks, bil-persekuzzjonijiet u d-diffikultajiet, għal Kristu. Għax meta nkun dgħajjef, inkun setgħan.+
11 Jien sirt bniedem bla raġuni. Intom ġegħeltuni+ nsir hekk, għax imissni ġejt rikkmandat minnkom. Għax lanqas f’ħaġa waħda ma wrejt li jien inferjuri għall-appostli raffinati żżejjed+ tagħkom, anki jekk ma jien xejn.+ 12 Tabilħaqq, is-sinjali t’appostlu+ saru fostkom bis-sabar kollu,+ u b’sinjali u għeġubijiet u għemejjel setgħanin.+ 13 Għax fiex sirtu inqas mill-bqija tal-kongregazzjonijiet, ħlief li jien ma sirtx taʼ piż għalikom?+ Kunu qalbkom tajba u aħfruli dan in-nuqqas.
14 Ara! Din hi t-tielet darba+ li lest li niġi għandkom, iżda m’iniex se nkun taʼ piż. Għax mhux qed niġri wara ġidkom,+ imma warajkom; għax it-tfal+ m’għandhomx ifaddlu għall-ġenituri, imma l-ġenituri għal uliedhom.+ 15 Min-naħa tiegħi, b’ferħ kbir nonfoq u nintefaq għalkollox għal ruħkom.+ Jekk inħobbkom b’mod tant abbundanti, għandi nkun maħbub inqas? 16 Hu x’inhu l-każ, ma kontx taʼ piż għalikom.+ Madankollu, intom tgħidu li jien kont “makakk” u qbadtkom “b’ingann.”+ 17 Rigward kull wieħed minn dawk li bgħattilkom, ma pprofittajtx ruħi minnkom permezz tiegħu, hux hekk? 18 Ħeġġiġt lil Titu u miegħu bgħatt lill-ħu. Lanqas Titu ma pprofitta ruħu minnkom, hux hekk?+ Imxejna fl-istess spirtu,+ hux hekk? Fl-istess passi, hux hekk?
19 Dan il-ħin kollu kontu qed taħsbu li aħna konna qed nagħmlu d-difiża tagħna lilkom? Quddiem Alla qed nitkellmu f’unjoni maʼ Kristu. Imma, maħbubin, kollox isir biex jgħinkom tinbnew.+ 20 Għax nibżaʼ li b’xi mod, meta nasal,+ ma nsibkomx kif nixtieq u jien ma nkunx għalikom kif tixtiequ, imma, minflok, b’xi mod ikun hemm ġlied, għira,+ każi taʼ rabja, tilwim, tqasqis, tfesfis, każi taʼ kburija, diżordni.+ 21 Forsi, meta nerġaʼ niġi, Alla tiegħi jumiljani fostkom, u nitnikket minħabba ħafna li kienu dinbu+ u ma nidmux min-nuqqas taʼ ndafa u ż-żína+ u l-kondotta laxka+ li pprattikaw.
13 Din hi t-tielet darba+ li ġej għandkom. “Kull ħaġa trid tiġi stabbilita minn fomm żewġ xhieda jew tlieta.”+ 2 Għedt qabel u, bħallikieku kont preżenti magħkom it-tieni darba iżda issa m’iniex, ngħid bil-quddiem lil dawk li kienu dinbu u lill-oħrajn kollha, li jekk xi darba nerġaʼ niġi m’iniex se neħlishielhom,+ 3 ladarba qed tfittxu prova li Kristu qed jitkellem fija,+ Kristu, li mhux dgħajjef lejkom imma hu setgħan fostkom. 4 Tabilħaqq, veru li ġie msammar maʼ zokk+ minħabba d-dgħjufija,+ imma issa hu ħaj minħabba l-qawwa t’Alla.+ Ukoll, veru li aħna dgħajfin miegħu, imma se ngħixu miegħu+ minħabba l-qawwa t’Alla+ lejkom.
5 Ibqgħu għarblu jekk intomx fil-fidi, ibqgħu agħtu prova taʼ x’intom.+ Jew ma tirrikonoxxux li Ġesù Kristu hu f’unjoni magħkom?+ Sakemm m’intomx diżapprovati. 6 Jien nittama verament li ssiru tafu li m’aħniex diżapprovati.
7 Issa nitolbu+ lil Alla biex intom ma tagħmlu ebda ħażen, mhux biex nidhru li aħna approvati, imma biex tkunu qed tagħmlu t-tajjeb, għalkemm aħna forsi nidhru diżapprovati. 8 Għax ma nistgħu nagħmlu xejn kontra l-verità, imma biss favur il-verità.+ 9 Dejjem nifirħu, meta intom tkunu setgħanin,+ avolja fl-istess ħin aħna nkunu dgħajfin; u għal dan qed nitolbu,+ li terġgħu tiġu aġġustati. 10 Huwa għalhekk li qed nikteb dan waqt li m’iniex magħkom, biex, meta nkun preżenti magħkom, ma nkunx aħrax+ bl-awtorità li tani l-Mulej, sabiex nibni+ u mhux inġarraf.
11 Fl-aħħarnett, ħuti, komplu thennew, aġġustaw ruħkom, tfarrġu,+ kunu ħsieb wieħed,+ għixu fil-paċi;+ u l-Alla taʼ l-imħabba u tal-paċi+ jkun magħkom. 12 Agħtu merħba lil xulxin b’bewsa qaddisa.+ 13 Il-qaddisin kollha jibagħtu jsellu għalikom.
14 Il-qalb tajba mhix mistħoqqa tal-Mulej Ġesù Kristu u l-imħabba t’Alla u s-sehem fl-ispirtu qaddis ikunu magħkom ilkoll.+
Ara At 18:12, in-nota taʼ taħt.
Ara At 16:9, in-nota taʼ taħt.
Jew, “Sila.”
Jew, “għall-offiża u d-difiża.”
Ifisser, “M’Hu Tajjeb għal Xejn,” u jirreferi għall-Ħażin, Satana.