LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g98 1/8 pp. 10-11
  • Għassiesa Tal-​fanal Tal-​port Professjoni Li Qed Tgħib

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Għassiesa Tal-​fanal Tal-​port Professjoni Li Qed Tgħib
  • Stenbaħ!—1998
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Jissuperaw it-​Tempesti
  • Solitudni u Monotonija
  • Professjoni li Qed Tgħib
  • Ersaq Lejn id-Dawl
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2007
  • Ħarsa Lejn id-Dinja
    Stenbaħ!—2002
  • Aħna Se Nimxu bl-Integrità Tagħna!
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2010
  • Min Huma Dawk li Qegħdin Isegwu d-Dawl tad-Dinja?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1993
Stenbaħ!—1998
g98 1/8 pp. 10-11

Għassiesa Tal-​fanal Tal-​port Professjoni Li Qed Tgħib

MINN KORRISPONDENT TAʼ STENBAĦ! FIL-​KANADA

“MA NIPPREFERI nagħmel assolutament l-​ebda xogħol ieħor,” jgħidu ripetutament l-​għassiesa tal-​fanal tal-​port. Raġel li ħalla l-​pożizzjoni taʼ maniġer li kellu ġo fabbrika li tipproduċi oġġetti tal-​plastik f’Toronto, il-​Kanada, sabiex isir għassies tal-​fanal tal-​port li ilu mibni 106 snin, qal, li dak ix-​xogħol ġagħlu jħossu “10 snin iżgħar.”

Ir-responsabbiltà primarja t’għassies tal-​fanal tal-​port hija li jżomm dawl qawwi minħabba l-​baħrin. Hu jeħtieġ ukoll iħaddem u jżomm f’kundizzjoni tajba trombi taċ-​ċpar kif ukoll jipprovdi informazzjoni dwar it-​temp permezz tar-​radju lis-​sajjieda u lill-​bastimenti li jkunu għaddejjin.

Fl-imgħoddi, l-​għassiesa tal-​fanal tal-​port kellhom iżommu r-​riżervi taż-​żejt mimlijin, il-​ftejjel mixgħulin, u l-​ħġieġ tal-​lampi mingħajr ġmied. Ma kinitx ħaġa kbira li l-​għassiesa kienu jqattgħu l-​lejl kollu jdawru fanal ieħor b’idejhom sabiex jidderieġu l-​vapuri lejn is-​sigurtà meta d-​dwal tal-​fanal tal-​port ma jkunux jistgħu jitranġaw fil-​pront, jew li jqattgħu l-​lejl idoqqu qanpiena taċ-​ċpar b’martell meta t-​tromba taċ-​ċpar ma tkunx qed taħdem!

Jissuperaw it-​Tempesti

Tempesti qawwijin huma problema kbira. Darba waħda, wieħed għassies ra skond kif ħaseb hu “sħaba bajda kbira ħafna,” imma ġara li din kienet mewġa waħda enormi! Il-​mewġa għoliet sa l-​irdum taʼ 15-il metru, u laħqet il-​post fejn kien jgħix l-​għassies. Din il-​mewġa waħda għamlet ħsara daqs tempesta sħiħa.

F’okkażjoni oħra, tempesta taʼ riħ qawwi waddbet il-​mewġ matul il-​lejl kollu għal fuq il-​fanal tal-​port taʼ Pubnico Harbour, in-​Nova Scotia. L-​għassies u l-​familja tiegħu setgħu biss jistennew u jittamaw. Sa fil-​għodu t-​tempesta ċediet. Imma meta l-​għassies ħareġ barra, baqaʼ mistagħġeb meta ra li l-​art taʼ madwar il-​fanal tal-​port kienet sparixxiet. Kienu mdawrin bl-​ilma!

Solitudni u Monotonija

Meta ġie mistoqsi dwar is-​solitudni, għassies tal-​fanal tal-​port tbissem u qal: “In-​nies jgħidulna, ‘Kif jirnexxilkom tissaportu din is-​solitudni kollha?’ U bi tweġiba nistaqsuhom, ‘Sewwa, kif jirnexxilkom tissaportu li tgħixu fil-​belt b’dak l-​istorbju u t-​taqlib kollu?’”

Żmien ilu, ngħataw kollezzjonijiet żgħar taʼ kotba lill-​fanali tal-​port li kienu iktar iżolati ġewwa l-​Istati Uniti. B’hekk, sas-​sena 1885, kien hemm fiċ-​ċirkolazzjoni 420 librerija. Evidentement, l-​għassiesa tal-​fanal tal-​port saru qarrejja tajbin.

Professjoni li Qed Tgħib

Fi snin reċenti flok fanali tal-​port tal-​ġebel li jħaddmuhom in-​nies, għamlu torrijiet imdawrin b’kannizzata taʼ l-​azzar li jitfgħu dawl qawwi u li jaħdmu awtomatikament. Il-​baħħara daqshekk fittxew fid-​dlam, biex jipprovaw isibu xi fanal jew xi fjamma mċajprin. Illum, lampi tat-​tungstenu qawwijin li jaħdmu bil-​halogen, u sinjali li jagħmuk u li jippenetraw iċ-​ċpar iżommu lill-​baħri għajnejh miftuħin għall-​perikli tal-​baħar.

Bastimenti mgħammrin biex jirċievu sinjali mill-​fanali tal-​port issa jafu l-​pożizzjoni tagħhom ikun kemm ikun dens iċ-​ċpar. It-​teknoloġija moderna tippermetti lin-​navigatur biex jivvjaġġa l-​ibħra minn xatt għal xatt, b’fiduċja li hu jkun jistaʼ jevita tumbati taʼ ramel u sikek perikolużi, u blat moħbi qrib ix-​xatt.

Bħala konsegwenza tat-​teknoloġija moderna, l-​għassiesa tal-​fanal tal-​port qed jgħibu b’ritmu mgħaġġel mix-​xena dinjija. Billi ħass li parti minn ħajtu spiċċat għal dejjem, għassies tal-​fanal irrifletta b’sogħba meta kien se jitlaq mid-​dar gżira tiegħu wara 25 sena: “Kellna ħajja sodisfaċenti hawnhekk. Tassew li qatt ma ridna nitilqu.”

Xorta waħda, dwal li jduru, dwal sussidjarji, dwal taʼ l-​emerġenza, sinjali bil-​ħoss, u fanali bir-​radar kollha għandhom bżonn taʼ manutenzjoni, u t-​torrijiet tad-​dawl xorta għandhom bżonn jinżammu f’kundizzjoni tajba. It-​torrijiet tad-​dawl issa huma taħt il-​ħarsien tat-​tekniċi li jivvjaġġaw.

Dawk li japprezzaw is-​snin kollha taʼ servizz li saru mill-​għassiesa tal-​fanal tal-​port għandhom l-​istess sentimenti taʼ wieħed raġel minn Augusta, fil-​Maine, li lmenta: “Żgur li mhux se jkun l-​istess meta tħares lejn il-​fanal tal-​port u tkun taf li d-​dawl qed jiġi mħaddem mill-​kompjuter u li n-​nies m’għadhomx hemm.”

[Kaxxa fʼpaġna 11]

L-​ewwel Fanal tal-​Port

L-​ewwel fanal tal-​port iddokumentat fl-​istorja tlesta matul ir-​renju taʼ Ptolemy II taʼ l-​Eġittu. Ġie mibni madwar it-​300 Q.E.K., u kien fuq il-​Pharos Island, eżatt kif tidħol f’dak li issa hu l-​port t’Alessandria. Ħa 20 sena biex inbena u sewa 2.5 miljun dollaru [Lm 960,000].

Kitbiet storiċi jindikaw li kien madwar 90 metru għoli. Il-​kamra taʼ fuq tiegħu kellha twieqi li qegħdin faċċata tal-​baħar, u warajhom kien hemm nar jaqbad bl-​injam jew forsi torċi li, skond Josephus, setgħu jidhru minn iktar minn 50 kilometru ’l bogħod.

L-​istruttura enormi tal-​ġebel ġiet ikkunsidrata bħala waħda mis-​Sebaʼ Għeġubijiet tad-​Dinja. In-​nar jaqbad tiegħu kien iservi bħala dawl taʼ twissija għal 1,600 sena, sakemm wisq probabbli ġie meqrud minn terremot.

Hekk kif gerbbu s-​sekli, eluf taʼ fanali tal-​port taʼ kull xorta u għamla ġew mibnijin ġo portijiet madwar id-​dinja. Il-​fanali tal-​port tal-​ġebel antiki għadhom jeżistu llum bħala mużewijiet u attrazzjonijiet għat-​turisti f’parks nazzjonali, taʼ l-​istat, tal-​kontea, u tal-​belt, li jmorru jarawhom miljuni taʼ nies.

[Stampa fʼpaġna 10]

Il-​Fanal tal-​Port f’Cape Spear, Newfoundland, il-​Kanada

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja