LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g99 12/8 pp. 14-15
  • Veru li lil Ġesù Żaruh Tliet Slaten f’Betlehem?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Veru li lil Ġesù Żaruh Tliet Slaten f’Betlehem?
  • Stenbaħ!—1999
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Veru li Kienu Slaten?
  • Veru li Kienu Tlieta?
  • Storja Popolari imma Xejn Preċiża
  • Twelid li Għandna Niftakruh
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2004
  • Kont Taf?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2008
  • Min Bagħat il-“Kewkba”?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2012
  • Id-Drawwiet tal-Milied—Huma Kristjani?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2000
Ara Iżjed
Stenbaħ!—1999
g99 12/8 pp. 14-15

Il-​ħarsa Tal-​bibbja

Veru li lil Ġesù Żaruh Tliet Slaten f’Betlehem?

FTIT wara li twieled Ġesù, xi nies prominenti mill-​Orjent waslu f’Betlehem biex juruh ir-​rispett tagħhom bħala s-​sultan tal-​Lhud. Sal-​ġurnata tal-​lum ħafna nies madwar id-​dinja li jiċċelebraw il-​Milied ifakkru din iż-​żjara.

F’xi nħawi n-​nies jagħmlu presepji fejn juru lil dawn il-​viżitaturi mill-​Orjent bħala tliet slaten resqin lejn il-​bambin Ġesù bir-​rigali. F’pajjiżi oħrajn, it-​tfal joqogħdu jduru fit-​toroq taʼ l-​akkwati tagħhom lebsin tas-​“Slaten Qaddisin.” Saħansitra 20 seklu wara, tmur fejn tmur in-​nies għadhom jiftakru f’dawn il-​viżitaturi mhux tas-​soltu. Imma min kienu eżattament?

Veru li Kienu Slaten?

Id-​dokumentazzjoni storika taʼ din il-​ġrajja tinstab fil-​ktieb Bibliku taʼ Mattew. Hemm naqraw: “Meta twieled Ġesù . . . xi maġi [“astroloġi,” ara n-​nota taʼ taħt.] mil-​lvant ġew Ġerusalemm jistaqsu: ‘Fejn hu dak li twieled sultan tal-​Lhud? Għax rajna l-​kewkba tiegħu tielgħa, u ġejna nqimuh.’” (Mattew 2:​1, 2) Din it-​traduzzjoni tal-​Bibbja għala ssejjaħ lil dawn il-​viżitaturi mil-​lvant astrologi u mhux slaten?

L-Iskrittura hawn tuża l-​forma fil-​plural tal-​kelma Griega maʹgos. Diversi tradutturi tal-​Bibbja jittraduċuha bħala “rġiel għorrief,” “astrologi,” jew ‘uħud li jistudjaw il-​kwiekeb,’ inkella sempliċement jagħmlu trasliterazzjoni u jużaw “Maġi.” Din il-​kelma tirreferi għal dawk li jagħtu l-​pariri u jbassru l-​futur skond il-​pożizzjoni taʼ l-​istilel, jew kwiekeb, u l-​pjaneti. Il-​Bibbja b’hekk tidentifika lill-​viżitaturi taʼ Betlehem bħala bassâra li kienu jużaw prattiċi taʼ l-​okkult diżapprovati minn Alla.—Dewteronomju 18:​10-12.

Dawn kienu slaten ukoll? Li kieku kienu, b’mod raġunevoli tistenna li l-​Bibbja kienet tidentifikahom bħala tali. Mattew 2:​1-12 juża l-​kelma “sultan” erbaʼ darbiet, darba jirreferi għal Ġesù u tliet darbiet għal Erodi. Imma lanqas darba ma jsejjaħ lill-​Maġi slaten. Rigward dan il-​punt The Catholic Encyclopedia tistqarr: “L-​ebda Missier il-​Knisja ma kien iħares lejn il-​Maġi bħala slaten.” U lanqas il-​Bibbja.

Veru li Kienu Tlieta?

In-​numru tal-​Maġi ma jissemmiex fil-​Bibbja. Minkejja dan, il-​presepji u l-​għanjiet tal-​Milied jadottaw it-​tradizzjoni komuni li huma kienu tlieta. B’mod evidenti dan ġej mill-​fatt li kien hemm tliet tipi t’għotjiet. Rigward dawn, il-​Bibbja tgħid: “Fetħu t-​teżori tagħhom u offrewlu [lil Ġesù] rigali deheb, inċens u mirra.”—Mattew 2:11.

Huwa raġunar tajjeb li tikkonkludi li ladarba l-​Maġi taw tliet għotjiet differenti, huma kienu tlieta? Ejja nikkunsidraw ir-​rakkont taʼ viżitatur prominenti ieħor taʼ Iżrael. Is-​sultana taʼ Saba darba żaret lis-​Sultan Salamun u ppreżentatlu “ħwawar, u deheb u ħaġar prezzjuż.” (1 Slaten 10:2) Għalkemm jissemmew tliet tipi differenti t’għotjiet, l-​unika persuna li tissemma bħala li tathom hija s-​sultana taʼ Saba. In-​numru taʼ rigali ma jindikax li tliet persuni resqu quddiem Salamun f’din l-​okkażjoni. B’mod simili, it-​tliet għotjiet li ngħataw lil Ġesù ftit li xejn għandhom x’jaqsmu man-​numru tan-​nies li ppreżentawhom.

The Catholic Encyclopedia tinnota: “Ir-​rakkont taʼ l-​Evanġelju jonqos li jsemmi n-​numru tal-​Maġi, u m’hemm l-​ebda tradizzjoni speċifika f’dan ir-​rigward. Xi Missirijiet jitkellmu dwar tliet Maġi; wisq probabbli influwenzati min-​numru t’għotjiet.” Dan is-​sors ikompli jsemmi li diversi xogħlijiet taʼ l-​arti juru tnejn, tlieta, erbgħa, u saħansitra tmienja min-​nies li qed iżuru lil Ġesù. Xi tradizzjonijiet jiffavorixxu sa 12. Fi ftit kliem, m’hemm l-​ebda mod biex nivverifikaw in-​numru taʼ Maġi.

Storja Popolari imma Xejn Preċiża

Kuntrarju għall-​fehma popolari, il-​Maġi l-​ewwel ma waslu kien, mhux f’Betlehem, imma f’Ġerusalemm, wara li twieled Ġesù. Huma ma kinux preżenti għat-​twelid taʼ Ġesù. Iktar tard meta marru Betlehem, il-​Bibbja tgħid li “mbagħad daħlu d-​dar u raw lit-​tifel.” (Mattew 2:​1, 11) Mela, b’mod ċar, sakemm il-​Maġi żaru lil Ġesù, familtu kienet marret tgħix f’dar normali. Ma sabuhx f’maxtura.

Fid-dawl taʼ l-​Iskrittura, l-​istorja popolari taʼ tliet slaten li jonoraw lil Ġesù malli twieled m’hix preċiża. Kif imsemmi hawn fuq, il-​Bibbja tgħallem li l-​Maġi li żaru lil Ġesù ma kinux slaten imma astrologi li jipprattikaw l-​okkult. Ir-​rakkont Skritturali ma jgħidx kemm kienu. Barra minn hekk, ma żarux lil Ġesù malli twieled, meta tpoġġa f’maxtura, imma, pjuttost żaruh xi ftit taż-​żmien wara, meta familtu kienet qegħda tgħix ġo dar.

Ir-rakkont popolari tat-​tliet slaten u stejjer tradizzjonali oħrajn tal-​Milied, għalkemm mhux preċiżi Skritturalment, ġeneralment jitqiesu bħala ħrejjef tal-​festi li m’huma taʼ l-​ebda ħsara. Il-​Kristjani, madankollu, għandhom rispett kbir lejn forma taʼ qima li hija ħielsa minn kwalunkwe falzità. Ġesù nnifsu ħassu hekk. F’talba lil Missieru, darba qal: “Il-​kelma tiegħek hi l-​verità.” (Ġwann 17:17) Hu qal li “dawk li tassew jaduraw jibdew jaduraw lill-​Missier fl-​ispirtu u l-​verità. Għax il-​missier ukoll, nies bħal dawn ifittex li jadurawh.”—Ġwann 4:23.

[Stampa f’paġna 15]

“Il-​qima tal-​Maġi”

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja