LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g00 3/8 pp. 16-17
  • Il-Gladjola—Fjura taʼ l-Għaġeb taʼ Sbuħija Fraġli

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Il-Gladjola—Fjura taʼ l-Għaġeb taʼ Sbuħija Fraġli
  • Stenbaħ!—2000
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Kif Jinħolqu Varjetajiet Ġodda
  • Sbuħija Delikata
  • Kif Tkabbar il-​Gladjoli
  • Mill-Qarrejja Tagħna
    Stenbaħ!—2000
  • Il-​Warda tal-​Passjoni kif Ħadet Isimha?
    Stenbaħ!—1999
  • Il-Pollen—Periklu jew Meravilja?
    Stenbaħ!—2003
  • Il-Lavanda—Rigal għas-Sensi Tagħna
    Stenbaħ!—2004
Stenbaħ!—2000
g00 3/8 pp. 16-17

Il-​Gladjola—Fjura taʼ l-​Għaġeb taʼ Sbuħija Fraġli

Kważi kulħadd jibqaʼ mgħaġġeb bis-​sbuħija delikata tal-​pjanti li jagħmlu l-​fjuri, u eżempju li jispikka taʼ dan hija l-​gladjola. Peress li huma tant popolari, il-​gladjoli jiġu mkabbrin b’mod kummerċjali f’diversi pajjiżi, inkluż l-​Iżrael u l-​Olanda. Hemm ukoll irziezet tal-​gladjoli fl-​Istati Uniti li jittrasportaw il-​prodotti tagħhom madwar id-​dinja kollha lil nies entużjasti li jkabbru l-​fjuri.

Il-familja straordinarja tal-​gladjoli żdiedet u saret tinkludi iktar minn 2,000 varjetà. Dawn issibhom taʼ kull kulur, skala, u konsistenza li tistaʼ timmaġina. Dawk li jkabbru l-​fjuri kif żviluppaw din il-​varjetà li qisha ma tispiċċa qatt taʼ l-​istess fjura?

Kif Jinħolqu Varjetajiet Ġodda

Dak li jkabbarhom juża strument, bħal xi pinzell magħmul mix-​xagħar taʼ l-​iġmla, biex ineħħi t-​trab tad-​dakkir mill-​istami, il-​parti maskili tal-​fjura u jittrasferih lejn l-​istigma, il-​parti femminili taʼ fjura differenti. It-​trab ġeneralment jitqiegħed fuq il-​fjuretti taʼ taħt, jew iż-​żahar, tat-​tieni pjanta. Ladarba jsir dan, il-​fjura tintrabat magħluqa biex affarijiet naturali li jdakkru, bħal naħal, jew dubbien, ma jitħallewx ibiddlu r-​riżultati. Biex jakkwistaw kulur jew dehra partikulari, ilaqqmu tip wieħed taʼ gladjola maʼ waħda differenti li jkollha l-​karatteristiċi mixtiqin.

Dan ma jfissirx li l-​varjetà l-​ġdida, jew ibrida, hija tip ġdid taʼ fjura. Il-​potenzjal għal varjetà bħal din ilha hemm minn dejjem, magħluqa fil-​kodiċi ġenetika komplikata tal-​gladjola. Permezz taʼ tnissil selettiv, jistgħu jinkisbu gladjoli b’kuluri li jvarjaw minn abjad silġ għal aħmar fl-​iswed jew vjola skur. Hemm ukoll gladjoli bit-​tbajjaʼ, tikek, frilli, u fjuretti doppji. Xi wħud minnhom ifuħu xi ftit ukoll.

Sbuħija Delikata

Ħares mill-​viċin lejn il-​fjuri li jidhru hawn, u nnota d-​diversi varjetajiet taʼ gladjoli. Xi ġmiel fiha dik li qed tidher hawn imsejħa Pulchritude! Hekk kif il-​petali tagħha jinfetħu ’l barra, jidhru truf vjola rotob, bil-​frilli, u bil-​vjola iktar skur fil-​ponta tagħhom. Fil-​petali taʼ taħt, li jieħdu għall-​għonq taʼ kull fjurett, hemm roqgħa sabiħa taʼ roża skur u vjola.

Varjetà oħra, imsejħa Orchid Lace, li qed tidher hawn ukoll, tagħti l-​impressjoni li tant hija fraġli li maʼ l-​inqas ċaqliqa tistaʼ ssirilha l-​ħsara. Il-​fjuretti jistrieħu fuq iz-​zokk, filwaqt li l-​istamijiet twal jitilgħu minn nofs kull għonq kulurit. Varjetajiet oħrajn għandhom ismijiet li jqanqlu l-​ħsieb bħal Glittering Star (Kewkba Tlellex), Dream’s End (Tmiem il-​Ħolma), Red Alert (Bozza Ħamra), Peerless (Bla Paragun), u Silver Moon (Qamar tal-​Fidda).

Kif Tkabbar il-​Gladjoli

Barra li jakkwistaw iż-​żerriegħa mill-​fjuri, il-​kultivaturi tal-​gladjoli jaħsdu l-​parti taʼ taħt taz-​zokk tal-​fjura li tkun qisha basla. Jiġbru wkoll basal żgħir, basal sekondarju li jikber fuq il-​basal prinċipali.

Il-biċċa l-​kbira tal-​gladjoli kultivati ġew żviluppati minn speċi Afrikani. B’hekk, huma għandhom l-​għeruq tagħhom fit-​tropiċi, biex ngħidu hekk, u huma kemxejn sensittivi għall-​klima. Għandhom mnejn ma jvinċux fix-​xtiewi kesħin taʼ xi pajjiżi, imma jmorru tajjeb matul ix-​xhur sħan tas-​sajf.

Fi klima iktar kiesħa l-​basal irid jinqalaʼ malli jispiċċa l-​istaġun tat-​tkabbir u jitnaddaf sew. Tkun laħqet ifformat basla ġdida, u billi jitneħħa l-​basal qadim u mejjet mill-​qiegħnett taz-​zokk se jkun iktar faċli għall-​basal il-​ġdid biex irabbi l-​għeruq. Iżjed minn hekk, il-​basal iż-​żgħir li jkun fih daqs piżella u li jkun miġbur f’għenieqed maʼ kull basla prinċipali jrid jitneħħa. F’temp kiesaħ, kemm il-​basal prinċipali u kemm dak sekondarju għandu jinżamm f’post niexef u frisk b’temperaturi ’l fuq miż-​żero.

Meta tiġi mħawla, kull basla sekondarja toħroġ weraq irqiq, u sa tmiem l-​istaġun tat-​tkabbir, il-​basla sekondarja tkun saret basla kbira prinċipali. Meta dan il-​basal jitħawwel fl-​istaġun taʼ wara, dan jikber fi pjanti adulti sbieħ u mimlijin fjuri.

Fi klima moderata, it-​tħawwil jistaʼ jibda kmieni fir-​rebbiegħa. Iż-​żmien meta jitħawlu m’huwiex daqshekk kritiku fi klima iktar sħuna. Idealment, il-​basal sekondarju u l-​basal prinċipali għandhom jitħawlu f’ħamrija umduża, u kemm kemm aċiduża. Għandhom jitpoġġew f’post għad-​dawl qawwi tax-​xemx, għax il-​gladjoli ma jmorrux tajjeb fid-​dell.

Il-basal sekondarju jistaʼ jiġi mferrex f’raddi fil-​ħamrija fondi xi 8 ċentimetri u mbagħad jitgħatta bil-​ħamrija. Il-​basal prinċipali, mill-​banda l-​oħra, għandu jitħawwel f’fond taʼ 13-il ċentimetru. Biex tevita l-​iffollar żejjed fil-​ġnien tad-​dar, basliet taʼ daqs medju għandhom jitħawlu xi 8 ċentimetri ’l bogħod minn xulxin u basliet akbar għandhom jitħawlu madwar 11 jew 13-il ċentimetru ’l bogħod minn xulxin. Jekk tnaddaf u tħawwel il-​basal tal-​gladjoli b’attenzjoni, wara ftit xhur, għandek tiġi premjat b’wirja li ma tistax tiddeskriviha—is-​sbuħija fraġli u mimlija kuluri tal-​gladjoli.

[Stampa f’paġna 16]

Orchid Lace

[Caption f’paġna 16, 17]

Coral Dream

Monet

Dream’s End

Sunsport

[Stampa f’paġna 17]

Pulchritude

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja