LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g01 1/8 p. 23
  • Qatt Rajt Xoloitzcuintli?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Qatt Rajt Xoloitzcuintli?
  • Stenbaħ!—2001
  • Materjal Simili
  • Kif Tgħallem lill-Kelb Tiegħek
    Stenbaħ!—2004
  • L-Annimali—Għotja Mingħand Alla
    Stenbaħ!—2004
  • L-Annimali Domestiċi—Żomm Ħarsa Bilanċjata Lejhom
    Stenbaħ!—2004
  • Tinkwieta Int Fuq Xagħrek?
    Stenbaħ!—2002
Stenbaħ!—2001
g01 1/8 p. 23

Qatt Rajt Xoloitzcuintli?

MINN KITTIEB TAʼ STENBAĦ! FIL-​MESSIKU

L-​EWWEL darba li messejt Xoloitzcuintlia—Xolo fil-​qasir—bqajt mistagħġeb. Il-​ġilda sewda tiegħu u bla suf tant kienet ratba u taħraq! Dan il-​kelb li rebaħ ħafna wirjiet kien qed jimxi dritt dritt wara sidu, u kellna ċ-​ċans li nammiraw il-​ġisem irqiq li għandu, imżejjen bi troffa bajda fit-​tarf taʼ denbu—kuntrast qawwi meta tqis li l-​kumplament tal-​ġilda hija sewda u bla suf!

Qabel il-​wasla taʼ l-​Ispanjoli, il-​klieb fil-​Mesoamerika kienu stmati ħafna bħala annimal tad-​dar. Xi wħud kienu jindifnu mas-​sidien tagħhom, bħala ‘mseħbin fil-​ħajja taʼ wara.’ Is-​Xolos kienu jgawdu post speċjali fis-​soċjetà. In-​nies kienu jaħsbu li dawn il-​klieb kienu taʼ valur mediċinali. Iva, mid-​dehra nies li kienu jbatu bir-​rewmatiżmu kienu jħossuhom aħjar x’ħin jagħmlu kuntatt fiżiku maʼ dan il-​kelb ċkejken u jaħraq. M’għandniex xi ngħidu, Xolo jistaʼ wkoll iżommlok saqajk sħan matul xi lejl kiesaħ!

Illum il-​ġurnata, ħafna nies iqisu s-​Xolo bħala l-​kelb ideali għal ġod-​dar. Bħal ħafna razez oħra, is-​Xolo jistaʼ jiġi mħarreġ u hemm varjetajiet taʼ diversi daqsijiet, inkluż it-​toy li jkun żgħir ħafna. L-​aqwa ħaġa hi li ladarba dan il-​kelb m’għandux suf, dan ifisser li lanqas ikollu briegħed, u s-​Xolo huwa l-​għażla ideali għal min hu allerġiku għas-​suf tal-​klieb. Huwa faċli ħafna biex tieħu ħsieb is-​Xolo. Biex iżżommlu l-​ġilda ratba, kultant trid tidilku bi ftit krema jew żejt għall-​ġilda. Miguel Ángel Moreno, wieħed li jrabbi dawn il-​klieb, isemmi vantaġġ ieħor li għandu s-​Xolo: “Minuta biss iddum biex taħslu,” hu jgħid, “u biex jinxef idum tnejn.” Xi ngħidu għall-​valur mediċinali li għandu s-​Xolo? Anki llum, xi wħud jgħidu li sabu serħan mill-​uġigħ tar-​rewmatiżmu billi jżommu Xolo mal-​parti tal-​ġisem milquta. Madankollu, Moreno jemmen li s-​Xolo huwa effettiv biss daqs kemm huwa effettiv “hot water bottle.”b

M’ilux wisq is-​Xolo kien meqjus bħala razza li tinsab fil-​periklu li ma tibqax teżisti, imma saru ħafna sforzi biex dan l-​annimal jiġi preservat. Illum, is-​Xolos jistgħu jinstabu mhux biss fil-​Messiku imma wkoll f’pajjiżi oħra, bħall-​Perù u l-​Istati Uniti. Mela tixtieq tara Xoloitzcuintli? Jekk xi darba jirnexxilek, m’int se tinsieh qatt dan il-​kelb uniku.

[Noti taʼ taħt]

a Tingħad sowlowizkwintli.

b It-temperatura tas-​Xolo m’hijiex verament ogħla ħafna minn dik taʼ xi kelb ieħor, imma minħabba l-​fatt li m’għandux suf il-​ġilda tiegħu tinħass iktar taħraq.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja