LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g01 4/8 p. 11
  • Ħarsa Lejn Id-dinja

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Ħarsa Lejn Id-dinja
  • Stenbaħ!—2001
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Kirurġija Mingħajr Demm fl-​Afrika t’Isfel
  • Għażla Kontroversjali
  • Kapsuli Naturali tal-​Vitamina Ċ
  • Użu Żejjed t’Antibijotiċi
  • Marda Ġdida fuq Dawk li Jsiru Sinjuri f’Daqqa
  • Tkompli Tiżdied il-Ħtieġa għal Mediċina u Kirurġija Mingħajr Demm
    Stenbaħ!—2000
  • It-​Tobba Jikkunsidraw mill-​Ġdid il-​Kirurġija Mingħajr Demm
    Stenbaħ!—1998
  • Kif Tista’ Tkun ta’ Benefiċċju Għalina l-Librerija fis-Sala tas-Saltna?
    Min Qed Jagħmel ir-Rieda taʼ Ġeħova Llum?
  • Il-​Kirurġija Mingħajr Demm Il-​Benefiċċji Tagħha Jiġu Rrikonoxxuti
    Stenbaħ!—1998
Stenbaħ!—2001
g01 4/8 p. 11

Ħarsa Lejn Id-​dinja

Kirurġija Mingħajr Demm fl-​Afrika t’Isfel

“L-​istatistiċi għoljin u allarmanti dwar l-​Aids wasslu lil wieħed mill-​akbar gruppi taʼ sptarijiet privati fl-​Afrika t’Isfel biex jagħżel li jaqleb għal ‘kirurġija u mediċina mingħajr demm,’” tirrapporta l-​gazzetta taʼ l-​Afrika t’Isfel, The Mercury. “Il-​mira tagħna,” qal Dr. Efraim Kramer, id-​direttur mediku tal-​programm, “hi li ninkuraġġixxu lill-​fraternità medika biex tipprovdi lill-​pazjenti kura medika u kirurġika mingħajr l-​użu taʼ demm minn donaturi.” Għalkemm fl-​Afrika t’Isfel hemm mill-​inqas 800 tabib individwali li joffru mediċina u kirurġija mingħajr demm, din hija l-​ewwel darba li grupp taʼ sptarijiet iddeċieda li jwettaq programm bħal dan bi ftehim mal-​pajjiż kollu. Dr. Kramer qal li r-​rispons tat-​tobba kien “pożittiv għall-​aħħar.” Il-​gazzetta The Mercury tosserva li ġew żviluppati metodi effettivi taʼ kura mingħajr demm, l-​iktar minħabba l-​insistenza taʼ gruppi reliġjużi, bħalma huma x-​Xhieda taʼ Jehovah, li jirrifjutaw kura bid-​demm minn donaturi.

Għażla Kontroversjali

F’Settembru tas-​sena 2000, il-​Papa Ġwanni Pawlu II ssokta bil-​beatifikazzjoni taʼ Piju IX (papa, 1846-78). Fil-​gazzetta Kattolika li toħroġ kuljum, La Croix, l-​istorjografu Franċiż René Rémond semma li Piju IX ħa “deċiżjonijiet li jkexkxuh lil min jaħsibha skond l-​Evanġelju—bħal meta ppermetta l-​esekuzzjoni taʼ patrijotti Taljani li ngħataw is-​sentenza tal-​mewt talli oġġezzjonaw għall-​poter tiegħu bħala kap taʼ Stat.” Il-​gazzetta Le Monde sejħitlu “l-​aħħar monarka Ewropew taʼ poter assolut,” u semmiet l-​intolleranza taʼ dan il-​papa-re u speċjalment il-​ġlieda tiegħu kontra “l-​libertà tal-​kuxjenza, id-​drittijiet umani, u l-​ħelsien tal-​Lhud.” Il-​gazzetta kompliet tgħid li Piju IX “kien jikkundanna d-​demokrazija, il-​libertà tar-​reliġjon, u l-​firda tal-​Knisja mill-​Istat” kif ukoll “il-​libertà taʼ l-​istampa, tal-​ħsieb, u tas-​sħubija.” Kien Piju IX li fl-​1869 laqqaʼ l-​ewwel konċilju tal-​Vatikan, li fih ġiet stabbilita d-​duttrina li l-​Papa huwa infallibbli fejn jidħlu kwistjonijiet taʼ fidi u morali.

Kapsuli Naturali tal-​Vitamina Ċ

L-​azarole, magħrufa wkoll bħala ċ-​ċirasa tal-​ġungla, għandha dijametru taʼ żewġ ċentimetri biss. Madankollu, din il-​frotta ħelwa u morra fl-​istess ħin fiha 50 darba iktar vitamina Ċ minn larinġa u 100 darba iktar minn lumija. Studji li saru fl-​Università Nazzjonali San Martín f’Tarapoto, il-​Perù, juru li 100 gramma qalba taʼ l-​iktar lumija aċiduża fiha 44 milligramma t’aċidu assorbiku, filwaqt li l-​istess ammont t’azarole fih 4,600 milligramma. Erbgħa biss minn dawn il-​“kapsuli” taʼ frott naturali jipprovdu l-​vitamina Ċ li bniedem adult jeħtieġ f’ġurnata. Skond il-​gazzetta El Comercio, qed isiru sforzi biex jaraw jekk l-​azarole, “frotta li titħassar malajr,” tistax titkabbar b’mod kummerċjali bħala prodott ieħor minflok il-​koka.

Użu Żejjed t’Antibijotiċi

Ir-​rivista New Scientist tinnota li ħafna nies m’humiex jagħtu widen għat-​twissijiet ripetuti mill-​awtoritajiet tas-​saħħa rigward l-​użu żejjed taʼ l-​antibijotiċi. Ir-​rivista qalet: “Stħarriġ li sar fuq 10,000 ruħ f’disaʼ stati fl-​Istati Uniti wera li 32 fil-​mija għadhom jemmnu li l-​antibijotiċi jistgħu jfejqu riħ, 27 fil-​mija jaħsbu li jekk tieħu l-​antibijotiċi waqt li jkollok riħ tevita mard iktar serju, u 48 fil-​mija jippretendu li jekk imorru għand tabib minħabba riħ jingħataw riċetta għall-​antibijotiċi.” Madankollu, l-​antibijotiċi ma jaħdmux kontra infezzjonijiet kaġunati minn viruses, bħall-​irjiħat. Dawn jaħdmu biss kontra infezzjonijiet kaġunati minn batterji. Hu maħsub li l-​użu żejjed taʼ l-​antibijotiċi hu kawża ewlenija taʼ mard li jirreżisti l-​mediċina. (Ara l-​Awake! tat-​22 taʼ Diċembru, 1998, paġna 28.) Brian Spratt mill-​Università t’Oxford jgħid: “Jeħtieġ li nsibu metodu aħjar kif lin-​nies infehmuhom sewwa.”

Marda Ġdida fuq Dawk li Jsiru Sinjuri f’Daqqa

“L-​għadd taʼ miljunarji fl-​Istati Uniti u l-​Kanada żdied għal 2.5 miljuni, kważi b’40 fil-​mija, mill-​1997 ’l hawn,” tgħid il-​gazzetta Kanadiża National Post. Il-​gazzetta qalet ukoll li ħafna żgħażagħ qed isiru sinjuruni permezz tat-​teknoloġija sofistikata li hawn fid-​dinja llum. Madankollu, skond il-​psikologu Dr. Stephen Goldbart, xi wħud minnhom ma jkunux jafu x’se jaqbdu jagħmlu malli jsiru sinjuri mil-​lejl għan-​nhar. Goldbart qal: “Dan jistaʼ jħarbtilhom ħajjithom, ikissrilhom il-​familja u jwassalhom biex jaġixxu b’mod distruttiv. Il-​flus mhux dejjem iġibu paċi u sodisfazzjon.” Skond xi psikoloġi, it-​teknoloġija sofistikata li hawn fid-​dinja ħolqot marda ġdida fuq dawk li jsiru sinjuri f’daqqa. Is-​sintomi taʼ din il-​marda huma dipressjoni qawwija, attakki taʼ paniku, u nuqqas taʼ rqad. Kif qalet il-​Post, “xi nies li jkunu għadhom kif saru sinjuri jħossuhom ħatja li għandhom daqshekk flus u jħossu li m’għandhomx dritt għalihom, jew li ma jistħoqqilhomx.” Oħrajn jiffissaw u jdaħħluha f’moħħhom li xi ħadd se jieħu vantaġġ minnhom. Dr. Goldbart jagħti l-​parir lil min hu sinjur imma mdejjaq, biex jinvolvi ruħu fil-​komunità u mhux sempliċement jagħti l-​flus għall-​karità.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja