LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g03 9/8 pp. 6-9
  • L-Aspett Negattiv tal-Faxxinu

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • L-Aspett Negattiv tal-Faxxinu
  • Stenbaħ!—2003
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Il-​Ġibda tal-​Moda
  • Il-​Ġlieda biex Tinkiseb Figura Perfetta
  • Il-Moda li Dejjem Tinbidel
    Stenbaħ!—2003
  • Ħarsa Bilanċjata Lejn il-Moda
    Stenbaħ!—2003
  • Jien kif nidher?
    Iż-Żgħażagħ Jistaqsu
  • It-​tip Taʼ Ħwejjeġ Li Nilbsu Jagħmel Wisq Differenza?
    Stenbaħ!—1999
Ara Iżjed
Stenbaħ!—2003
g03 9/8 pp. 6-9

L-​Aspett Negattiv tal-​Faxxinu

M’HEMM l-​ebda dubju li jekk issegwi l-​moda, tistaʼ tiġi megħjun biex tidher aħjar u tkun fiduċjuż fik innifsek. Tibdila addattata tistaʼ tnaqqaslek xi difetti fiżiċi u saħansitra ttejjeb il-​karatteristiċi pożittivi tiegħek. Tistaʼ wkoll teffettwa l-​mod kif jarak ħaddieħor.

Iżda d-​dinja tal-​moda għandha aspett ikrah, wieħed li ma jistax jiġi injorat. Dawk li jmorru jixtru jistgħu jinqabdu f’rutina li dejjem ikunu jridu jġeddu l-​gwardarobba tagħhom. Wara kollox, il-​moda tibqaʼ tipproduċi kemm tiflaħ stili ġodda. Dan mhux b’kumbinazzjoni, għaliex il-​kumpaniji li jipproduċu l-​ħwejjeġ tal-​moda jagħmlu iktar flus meta l-​ħwejjeġ jispiċċaw malajr mill-​moda. Bħalma tpoġġiha l-​istilista tal-​moda Gabrielle Chanel, “il-​moda ssir biex ma tibqax moda.” Għalhekk, ix-​xerrej li ma joqgħodx attent jistaʼ jħossu obbligat jixtri ħwejjeġ ġodda għas-​sempliċi raġuni biex ikun dejjem liebes modern.

Hemm ukoll il-​periklu li l-​individwu jċedi għall-​pressjoni sottili tar-​reklamar. Il-​kumpaniji tal-​moda jonfqu miljuni taʼ dollari biex jirreklamaw il-​prodotti tagħhom, u spiss ipinġu ċertu stil taʼ ħajja rilassat li dawk li jilbsu l-​ħwejjeġ tad-​ditta tagħhom suppost igawdu. Dawn il-​messaġġi jistaʼ jkollhom impatt qawwi. “Għaż-​żgħażagħ, m’hemm xejn iktar trawmatiku milli ma jkollhomx żarbun ‘tad-​ditta t-​tajba,” jgħid għalliem taʼ l-​iskola ġo Spanja.

Il-​Ġibda tal-​Moda

Xi gruppi jużaw stil taʼ ħwejjeġ biex juru li jappartjenu lil ċertu grupp. Dak li jilbsu jistaʼ juri li huma jiċħdu s-​soċjetà, li għandhom stil taʼ ħajja liberu, jew saħansitra li huma vjolenti jew razzisti. Għalkemm xi ftit minn dawn l-​istili jistgħu jkunu estremi jew skandalużi, spiss dawk li huma parti mill-​grupp jilbsu l-​istess stil taʼ lbies. Anki jekk ikun hemm min ma jaqbilx maʼ l-​ideali tal-​grupp, jistaʼ xorta jinġibed mill-​istil tagħhom. Dawn l-​uħud li jadottaw dan l-​istil taʼ lbies jistgħu jagħtu l-​impressjoni lil oħrajn li huma jippromwovu jew jaqblu mat-​twemmin fundamentali tal-​grupp.

Ġeneralment, il-​moda tiġi u tmur, ftit minnha tispiċċa fi ftit xhur. Tistaʼ toriġina minn xi mużiċist popolari jew xi ħaddieħor li dejjem joħroġ b’xi stil ġdid. Madankollu, ftit huma dawk il-​modi li jibqgħu. Per eżempju, il-​jeans blu kien popolari fost iż-​żgħażagħ li kienu jipprotestaw fis-​snin 50 u 60. Madankollu, illum jintlibes għal diversi okkażjonijiet u minn nies taʼ etajiet differenti.

Il-​Ġlieda biex Tinkiseb Figura Perfetta

Dawk li jieħdu l-​moda wisq bis-​serjetà jistgħu jsiru konxji żżejjed tad-​dehra tagħhom. Ġeneralment il-​mudelli jkunu twal u rqaq, u spiss ifeġġu l-​figuri tagħhom quddiem wiċċna.a Il-​fiżiku “ideali” jintuża biex jiġi reklamat kollox, mill-​karozzi sal-​ħelu. Iċ-​Ċentru Britanniku tar-​Riċerka taʼ l-​Affarijiet Soċjali kkalkula li “n-​nisa żgħażagħ issa jaraw iktar stampi taʼ nisa sbieħ li jispikkaw f’ġurnata waħda milli raw ommijietna tul l-​adolexxenza kollha tagħhom.”

Dan il-​bumbardament taʼ dawn il-​figuri kollha jistaʼ jkun taʼ ħsara. Per eżempju, fl-​Istati Uniti, stħarriġ wieħed kwotat mir-​rivista Newsweek sab li 90 fil-​mija mill-​adolexxenti bojod ma kinux kuntenti bil-​figura tagħhom. Xi wħud minnhom kienu lesti jagħmlu minn kollox biex jiksbu l-​‘figura ideali.’ Madankollu, iċ-​Ċentru tar-​Riċerka taʼ l-​Affarijiet Soċjali jsostni li inqas minn 5 fil-​mija biss tal-​popolazzjoni femminili jistaʼ jkollha l-​ideal kif jidher fil-​mezzi tax-​xandir. Minkejja dan, l-​ammirazzjoni qawwija lejn il-​figura rqiqa ħafna jassret lil miljuni taʼ nisa żgħażagħ. Xi wħud waslu biex daħlu fil-​periklu taʼ l-​anoreksja nervosa.b Il-​mudella Spanjola Nieves Álvarez, li kellha l-​anoreksja, tammetti: “Kont nibżaʼ mill-​ħxuna iktar milli mill-​mewt.”

Veru, it-​taqlib konness maʼ l-​ikel bħall-​anoreksja u l-​bulimja jistaʼ jkun kaġunat minn għadd taʼ fatturi oħra. Madankollu, il-​Psikjatri Anne Guillemot u Michel Laxenaire jgħidu: “Id-​devozzjoni għall-​irquqija għandha parti mit-​tort.”

Jidher ċar li l-​moda għandha lat pożittiv u ieħor negattiv. Din timla ċerta xewqa li għandu l-​bniedem biex jidher preżentabbli u jkollu xi ħaġa ġdida x’jilbes. Iżda l-​estremi fil-​moda jistgħu jġagħluna nilbsu ħwejjeġ li jagħtu impressjoni ħażina dwarna lil oħrajn. U jekk nagħtu wisq importanza lid-​dehra tagħna, nistgħu nibdew nemmnu b’mod żbaljat li l-​valur tagħna jiddependi mid-​dehra taʼ barra u mhux mill-​valuri ġewwinija tagħna. “Irridu nibdew nistmaw l-​abbiltà taʼ l-​individwu u kif inhu minn ġewwa, iktar milli sempliċement kif jidher minn barra,” tgħid Álvarez, li kkwotajna iktar kmieni. Iżda din il-​bidla fil-​livelli ma tantx hi probabbli li se sseħħ malajr. Allura, kif nistgħu niksbu ħarsa bilanċjata lejn il-​moda?

[Noti taʼ taħt]

a Ġeneralment, il-​mudelli jridu jkunu twal “minn taʼ l-​inqas 1.74 metri, irqaq ħafna, b’xofftejhom kbar, ħaddejhom imqabbżin, għajnejhom kbar, saqajhom twal u mneħirhom dritt u mhux kbir ħafna,” tirrapporta r-​rivista Time.

b Assoċjazzjoni Nazzjonali Amerikana taʼ l-​Anoreksja Nervosa u d-​Diżordnijiet Assoċjati Magħha tikkalkula li fl-​Istati Uniti biss tmien miljun ruħ ibatu mill-​anoreksja, u xi wħud mill-​każijiet jispiċċaw fatali. Il-​maġġuranza tagħhom (86 fil-​mija) bdew ibatu mit-​taqlib konness maʼ l-​ikel qabel għalqu l-​21 sena.

[Kaxxa/Stampa f’paġna 8, 9]

Hemm Xi Ħadd li Veru Lest li Jilbes Hekk?

Kull sajf u xitwa, id-​djar tal-​moda fi New York, Pariġi, u Milan jagħmlu wirjiet tal-​moda bi ħwejjeġ esklużivi taʼ stilisti magħrufin. Minbarra li jkunu jiswew ħafna flus, bosta minn dawn l-​ilbiesi xejn ma jkunu prattiċi, jekk mhux saħansitra impossibbli biex tilbishom. “Id-​disinji strambi, u esaġerati li jintwerew m’humiex magħmulin biex jintlibsu mill-​pubbliku in ġenerali,” jgħid l-​istilista Spanjol Juan Duyos. “L-​iskop tal-​wirja tal-​moda jistaʼ jkun biex jiġbed l-​attenzjoni lejn l-​istilista jew id-​ditta iktar milli biex jinbiegħu l-​ħwejjeġ li jkunu qed jintwerew. Per eżempju, kollezzjoni impressjonanti li taqlaʼ ħafna kummenti mill-​mezzi tax-​xandir tistaʼ tgħin biex tinbiegħ xi fwieħa tad-​ditta taʼ xi stilista.”

[Stampa f’paġna 7]

Biex iżżomm mal-​moda għandu mnejn ikollok tonfoq ħafna flus

[Stampa f’paġna 7]

Xi wħud waslu biex daħlu fil-​periklu taʼ l-​anoreksja

[Stampa f’paġna 7]

Jekk taddatta ruħek għal ċertu stil taʼ lbies tistaʼ tagħti x’tifhem li tappartjeni lil ċertu grupp

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja