LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g05 7/8 pp. 3-4
  • Min Hu Ġesù Kristu?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Min Hu Ġesù Kristu?
  • Stenbaħ!—2005
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Il-​Kontemporanji taʼ Ġesù Tħassbu dwar Min Kien Verament
  • Ġesù Min Qal li Kien
  • Simili għall-​Ewwel Raġel, Adam
  • L-Aqwa Bniedem li Qatt Għex
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1992
  • Ġesù Kristu—Mibgħut Minn Alla?
    Int Tistaʼ Tgħix Għal Dejjem Fil-Ġenna Fuq L-Art
  • Min Hu Ġesù Kristu?
    Il-Bibbja X’Tgħallem Verament?
  • Min hu Ġesù Kristu?
    X’nistgħu nitgħallmu mill-Bibbja?
Ara Iżjed
Stenbaħ!—2005
g05 7/8 pp. 3-4

Min Hu Ġesù Kristu?

SKOND l-​istorja taʼ min joqgħod fuqha, 2,000 sena ilu f’Betlehem, raħal żgħir fl-​art tal-​Lhudija, twieled bniedem li ssemma Ġesù. Dak iż-​żmien, Erodi l-​Kbir kien sultan f’Ġerusalemm, u Ċesari Awgustu kien imperatur f’Ruma. (Mattew 2:1; Luqa 2:​1-7) L-​istorjografi Rumani ġeneralment kienu jevitaw li jsemmu lil Ġesù, ladarba dak iż-​żmien il-​ħakkiema Rumani kienu qed jipprovaw jgħakksu lill-​Kristjani.

Min-​naħa l-​oħra, The Historians’ History of the World jistqarr li l-​impatt li għamlu l-​attivitajiet taʼ Ġesù fuq l-​istorja kien iktar importanti mill-​għemejjel taʼ kwalunkwe bniedem ieħor, anki meta ma tħarisx lejha minn aspett reliġjuż. Il-​ktieb ikompli jgħid li era ġdida, rikonoxxuta miċ-​ċivilizzazzjonijiet primarji tad-​dinja, ġeneralment tibda mit-​twelid taʼ Ġesù.

Ir-rivista Time tirrapporta li iktar inkitbu kotba dwar Ġesù milli dwar kwalunkwe persuna oħra fl-​istorja. Ħafna minn dawn il-​kotba jiffokaw fuq l-​identità taʼ Ġesù, jiġifieri fuq min hu tassew. X’aktarx li kien hemm iktar kontroversji dwar din il-​kwistjoni minn kwalunkwe kwistjoni oħra fl-​istorja umana.

Il-​Kontemporanji taʼ Ġesù Tħassbu dwar Min Kien Verament

Meta lil Marija ntqalilha li kien se jkollha tarbija u li kellha ssemmiha Ġesù, hi staqsiet: “Kif jistaʼ jkun dan, ladarba mhux qed ikolli x’naqsam maʼ raġel?” Gabrijel, l-​anġlu t’Alla, wieġeb: “Il-​qawwa mingħand l-​Iktar Għoli tgħattik bid-​dell tagħha. Għal din ir-​raġuni wkoll dak li jitwieled jissejjaħ qaddis, Bin Alla.”​—Luqa 1:​30-35.

Iktar tard, Ġesù għamel mirakli li għaġġbu lill-​appostli tiegħu. Meta d-​dgħajsa tagħhom kienet mhedda li tegħreq minħabba maltempata qalila fuq il-​Baħar tal-​Galilija, Ġesù kkalma l-​ilma billi ċanfru bil-​kliem “Iskot! Oqgħod kwiet!” Bi stagħġib, l-​appostli qalu: “Dan min hu?”—Marku 4:​35-41; Mattew 8:​23-27.

Mistoqsijiet dwar l-​identità vera taʼ Ġesù saru komuni fost il-​poplu taʼ żmienu, u għalhekk Ġesù staqsa lill-​appostli dwar min in-​nies kienu qed jgħidu li hu. “Xi wħud jgħidu Ġwanni l-​Battista,” qalulu, “oħrajn Elija, jerġaʼ oħrajn Ġeremija jew wieħed mill-​profeti”—li sa dak iż-​żmien dawn kollha kienu mietu. Imbagħad Ġesù staqsiehom: “‘Iżda intom min tgħidu li jien?’ Xmun Pietru wieġbu: ‘Int il-​Kristu, Bin Alla l-​ħaj.’” Anki d-​demonji—l-​anġli l-​ħżiena—qalu dwar Ġesù: “Int l-​Iben t’Alla.”—Mattew 16:​13-16; Luqa 4:41.

Ġesù Min Qal li Kien

Għalkemm Ġesù rari rrefera għalih innifsu bħala Iben Alla, hu rrikonoxxa li hekk kien. (Marku 14:​61, 62; Ġwanni 3:18; 5:​25, 26; 11:4) Madankollu, kważi dejjem kien jgħid li hu kien “Bin il-​bniedem.” Minħabba li identifika lilu nnifsu b’dan il-​mod, hu ġibed l-​attenzjoni lejn it-​twelid uman tiegħu—il-​fatt li hu kien verament bniedem. Għalhekk, hu rrivela lilu nnifsu bħala “Bin il-​bniedem” li deher quddiem Alla li Jistaʼ Kollox—ix-​“Xiħ fl-​għomor”—fil-​viżjoni li kien ra Danjel.—Mattew 20:28; Danjel 7:13.

Minflok ma qagħad iħabbar li kien Iben Alla, Ġesù ħalla lil oħrajn jaslu għal din il-​konklużjoni. U mhux l-​appostli tiegħu biss indunaw b’dan imma anki oħrajn, bħal Ġwanni l-​Għammied u Marta, ħabiba taʼ Ġesù. (Ġwanni 1:​29-34; 11:27) Dawn kienu jemmnu li Ġesù kien il-​Messija mwiegħed. Huma tgħallmu li hu kien jgħix fis-​sema bħala spirtu setgħan u li l-​ħajja tiegħu ġiet trasferita b’mod mirakoluż minn Alla għal ġol-​ġuf tal-​verġni Marija.—Isaija 7:14; Mattew 1:​20-23.

Simili għall-​Ewwel Raġel, Adam

Ġesù kien simili għall-​ewwel raġel Adam f’ħafna affarijiet. Per eżempju, it-​tnejn li huma kienu perfetti u ma kellhomx missier uman. (Ġenesi 2:​7, 15) Għalhekk, il-​Bibbja ssejjaħ lil Ġesù “l-​aħħar Adam”—raġel perfett li seta jservi taʼ “fidwa ekwivalenti.” Il-​ħajja taʼ Ġesù kienet ekwivalenti għal dik taʼ “l-​ewwel bniedem Adam,” li Alla ħalqu bħala bniedem perfett.—1 Korintin 15:45; 1 Timotju 2:​5, 6.

Fil-Bibbja l-​ewwel Adam huwa msejjaħ “bin Alla.” (Luqa 3:38) Madankollu, minħabba li hu ma riedx ikun ubbidjenti lejn Alla, dan Adam tilef ir-​relazzjoni prezzjuża li kellu m’Alla bħala ibnu. Min-​naħa l-​oħra, Ġesù kien dejjem leali lejn Missieru tas-​sema, u hu baqaʼ l-​Iben approvat t’Alla. (Mattew 3:17; 17:5) Il-​Bibbja tgħid li dawk kollha li jeżerċitaw fidi f’Ġesù, billi jaċċettawh bħala s-​Salvatur tagħhom, jistaʼ jkollhom il-​ħajja taʼ dejjem.—Ġwanni 3:​16, 36; Atti 5:31; Rumani 5:​12, 17-19.

Madankollu, xi wħud isostnu li Ġesù m’huwiex sempliċement l-​Iben t’Alla imma li hu nnifsu huwa Alla. Huma jgħidu li kemm hu u kemm Missieru huma l-​Alla li Jistaʼ Kollox. Għandhom raġun? Huwa Ġesù b’xi mod parti minn Alla? Huwa dan dak li qal Ġesù jew xi kittieb ieħor tal-​Bibbja? Fir-​realtà, min hu l-​uniku Alla veru? Ġesù min qal li Hu? Ejja naraw.

[Kaxxa/Stampa f’paġna 4]

Ħadd Ma Kien Magħruf Daqsu

Ir-​rakkont tal-​ħajja taʼ Ġesù kien dokumentat minn erbgħa mill-​kontemporanji tiegħu—Mattew, Marku, Luqa, u Ġwanni—li tnejn minnhom kienu ħbieb sew taʼ Ġesù. Il-​kotba tagħhom, li huma msemmijin għalihom, huma magħrufin bħala l-​Evanġelji, u xi wħud minnhom jistgħu jinqraw b’iktar minn elfejn lingwa. Dawn il-​kotba żgħar ġeneralment jinġabru flimkien maʼ kotba oħra li jagħmlu l-​Bibbja kollha. L-​Evanġelji tqassmu bil-​wisq iktar—kemm bħala kotba individwali u kemm bħala parti mill-​Bibbja—minn kwalunkwe ktieb ieħor fl-​istorja. Mhux taʼ b’xejn li Ġesù huwa magħruf iktar minn kwalunkwe bniedem ieħor li qatt għex!

[Stampa f’paġna 3]

“Dan min hu?” staqsew l-​appostli

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja