LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g 5/13 p. 3
  • Ħarsa Lejn id-Dinja

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Ħarsa Lejn id-Dinja
  • Stenbaħ!—2013
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • L-​Istati Uniti
  • L-​Antartika
  • L-​Olanda
  • Il-​Ġermanja
  • Ħarsa Lejn id-Dinja
    Stenbaħ!—2003
  • Ħarsa Lejn id-Dinja
    Stenbaħ!—2013
  • Ħarsa lejn id-dinja
    Stenbaħ!—2014
  • Jistgħu Jiġu Skansati mill-Estinzjoni?
    Stenbaħ!—2012
Stenbaħ!—2013
g 5/13 p. 3

ĦARSA LEJN ID-​DINJA

L-​Istati Uniti

Matul il-​ġimgħa tad-​29 t’Ottubru, 2012, il-​belt taʼ New York esperjenzat tnaqqis sostanzjali fil-​qtil, fil-​vjolenza fuq in-​nies, u fis-​serq meta mqabbel mal-​istess ħamest ijiem fl-​2011. Ir-​raġuni? L-​Uragan Sandy, maltempata qalila li qerdet il-​Kosta tal-​Lvant tal-​Istati Uniti, ħoloq ħafna qtugħ taʼ dawl. “Wara diżastru naturali jew katastrofi fuq skala kbira bħal [l-​attakk terroristiku li seħħ fil-​11 taʼ Settembru, 2001], naraw tnaqqis fil-​kriminalità tas-​soltu,” qal Paul Browne, kelliemi mid-​Dipartiment tal-​Pulizija taʼ New York. Madankollu, kien hemm żieda fis-​serq minn ħwienet u djar abbandunati, u dan ma ssorprendiex lil Browne. Hu qal: “Hemm ħafna nħawi mudlama.

L-​Antartika

Ix-​xjenzjati jinkwetaw li l-​ambjent naturali tal-​Antartika qed jiġi mhedded minn speċijiet barranin li qed jixterdu mal-​kontinent. Huwa kkalkulat li l-​għaxriet t’eluf taʼ nies li jżuru l-​kontinent kull sena qed iġorru magħhom medja taʼ 9.5 żerrigħat kull wieħed mingħajr ma jintebħu, u dawn spiss ikunu mwaħħlin mal-​bwiez jew il-​basktijiet tagħhom. Numru kbir taʼ speċijiet taʼ pjanti li jidħlu minn barra diġà nstabu fil-​Peniżola tal-​Antartika tal-​Punent.

L-​Olanda

Mara taʼ 83 sena kienet l-​ewwel persuna li tpoġġitilha għadma tax-​xedaq tat-​titanju magħmula permezz taʼ printer li jaħdem bil-​lejżer 3-​D. Il-​pazjenta, li l-​għadma tax-​xedaq tagħha kienet marditilha b’infezzjoni, issa tistaʼ tiekol, tieħu n-​nifs, u titkellem normali. Il-​magna għaqqdet flimkien frak tat-​titanju, saff fuq ieħor, biex reġgħet inħolqitilha għadma tax-​xedaq, li mbagħad tpoġġitilha b’operazzjoni.

Il-​Ġermanja

Wara li fil-​Ġermanja għaddiet sena mindu t-​tipjip kien projbit fil-​postijiet tax-​xogħol, fost grupp li ġie studjat, il-​persentaġġ taʼ nies li ddaħħlu l-​isptar ibatu bl-​anġina pektoris (mard tal-​qalb) niżel bi 13.3 fil-​mija; u dak tal-​attakki tal-​qalb niżel bi 8.6 fil-​mija.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja