LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g 7/14 p. 3
  • Ħarsa lejn id-dinja

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Ħarsa lejn id-dinja
  • Stenbaħ!—2014
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • L-Istati Uniti
  • Spanja
  • L-Oċean Paċifiku
  • L-Emirati Għarab Magħquda
  • Il-Ġlieda Kontra l-Obeżità—Jiswa li Tagħmel Sforz?
    Stenbaħ!—2004
  • X’Hemm Ħażin li Tagħmel Xalata bix-Xorb?
    Stenbaħ!—2004
  • X’Hemm Ħażin f’li Nixrob Iżżejjed?
    Iż-Żgħażagħ Jistaqsu . . . Tweġibiet Prattiċi għall-Mistoqsijiet Tagħhom, L-1 Volum
  • L-Obeżità—Minn Xiex Tiġi?
    Stenbaħ!—2004
Ara Iżjed
Stenbaħ!—2014
g 7/14 p. 3

ĦARSA LEJN ID-DINJA

L-Istati Uniti

Friġġ kważi vojta

Fl-2012, 14.5 fil-mija tal-familji fl-Istati Uniti—total taʼ 49 miljun ruħ—“ma kinux ċerti jekk hux se jkollhom biżżejjed ikel biex jissodisfaw il-bżonnijiet tal-membri kollha” f’xi żmien jew ieħor matul is-sena, skont l-istatistiki tad-Dipartiment tal-Agrikultura.

Spanja

Raġel jixrob iżżejjed

Minn stħarriġ li sar fost studenti tal-università nstab li xi 56 fil-mija tan-nisa u 41 fil-mija tal-irġiel ammettew li jixorbu żżejjed. Dan l-istħarriġ iddeskriva x-xorb żejjed bħala li tixrob minn tal-inqas tmien tazzi xorb alkoħoliku wara xulxin fil-każ tal-irġiel jew sitt tazzi wara xulxin fil-każ tan-nisa.

L-Oċean Paċifiku

L-Oċean Paċifiku

Xi xjentisti ħadu kampjuni, jew samples, mill-Mariana Trench (l-iktar baħar fond fid-dinja) minn fond taʼ xi 11,000 metru. Minn dawn il-kampjuni nstabu li batterji u mikrobi qed jiżdiedu fl-għadd tagħhom—minkejja d-dlam ċappa, il-pressjoni tremenda, u t-temperatura li kważi tinżel taħt iż-żero. Qatt ma bassru li kienu se jsibu tant ħlejjaq ħajjin f’baħar daqshekk fond.

L-Emirati Għarab Magħquda

Muniti tad-deheb jintiżnu

Sabiex inaqqsu l-obeżità, l-awtoritajiet taʼ Dubaj dan l-aħħar offrew lir-residenti gramma deheb, li dak iż-żmien kienet tiswa xi 32 ewro, għal kull kilogramm li jonqsu. Biex jirċievu d-deheb, in-nies kellhom jirreġistraw u mbagħad kellhom jonqsu minn tal-inqas żewġ kilogrammi matul ix-xahar tar-Ramadan.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja