LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g 11/14 p. 3
  • Ħarsa lejn id-dinja

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Ħarsa lejn id-dinja
  • Stenbaħ!—2014
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • L-​Ekwador
  • Il-​Ġappun
  • Iż-​Żimbabwe
  • L-​Awstralja
  • L-AIDS Tixtered fl-Afrika
    Stenbaħ!—2002
  • L-Annimali—Għotja Mingħand Alla
    Stenbaħ!—2004
Stenbaħ!—2014
g 11/14 p. 3

ĦARSA LEJN ID-​DINJA

L-​Ekwador

Parti mill-​foresta tropikali Amażonja

Fl-​2007, l-​Ekwador ħabbar pjanijiet biex jinġabru l-​flejjes għall-​protezzjoni taʼ kważi 10,000 kilometru kwadru taʼ foresta tropikali mhix imniġġsa fl-​Amażonja minflok ma jsir tħaffir għaż-​żejt fiha. Dawn il-​pjanijiet ġew abbandunati għax ma kienx hemm appoġġ finanzjarju internazzjonali għall-​pjan taʼ ħarsien mill-​ħsara. Din il-​parti tal-​foresta tropikali tal-​Amażonja hi wieħed mill-​iktar reġjuni fid-​dinja li fih diversità bijoloġika.

Il-​Ġappun

Tabib iżomm borża demm maħżun

Huwa diffiċli ferm biex jinstab demm imniġġes fil-​kampjuni kollha taʼ demm li jiġi testjat, jgħid The Japan News. Ir-​rapport sar wara aħbar li fl-​2013, raġel li kellu fuq 60 sena ħa l-​HIV minn trasfużjoni tad-​demm. Meta demm mogħti jkun infettat bl-​HIV, hemm perijodu taʼ żmien li matulu l-​virus ma jistax jinstab fih.

Iż-​Żimbabwe

Raġel li tilef siequ minħabba bomba li kienet moħbija taħt l-art f’Żimbabwe

Għalkemm il-​ġlied bejn gruppi politiċi u l-​gvern fiż-​Żimbabwe tul il-​fruntiera mal-​Możambik waqaf fuq 30 sena ilu, bombi li jinħbew taħt l-​art disinjati għal kontra s-​suldati jkomplu joqtlu u jimmankaw. “Mill-​1980 ’l hawn, iżjed minn 1,500 ruħ u 120,000 bhima nqatlu u 2,000 ruħ sfaw immankati b’bombi li jinħbew taħt l-​art fuq in-​naħa tal-​fruntiera taż-​Żimbabwe,” tirrapporta l-​International Committee of the Red Cross.

L-​Awstralja

Kelb bilqiegħda bejn koppja li qed tissepara

Skont stħarriġ li sar, iżjed u iżjed koppji li qed jisseparaw jiġġieldu fuq min se jieħu l-​pets. Fost l-​affarijiet li jiġġieldu fuqhom biex jaqsmu bejniethom koppji li jisseparaw, il-​pets jiġu wara l-​proprjetà, il-​flus, u ċerti oġġetti personali.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja