LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • be p. 47-p. 50
  • Kif Tħejji Taħditiet għall-Kongregazzjoni

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Kif Tħejji Taħditiet għall-Kongregazzjoni
  • Ibbenefika mill-Edukazzjoni tal-Iskola tal-Ministeru Teokratiku
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Punti Prinċipali mill-​Qari tal-​Bibbja
  • Il-​Laqgħa tas-​Servizz
  • Assembleat u Konvenzjonijiet
  • Titnikkirx
  • Kif Tħejji l-Inkarigi Bħala Student fl-Iskola
    Ibbenefika mill-Edukazzjoni tal-Iskola tal-Ministeru Teokratiku
  • L-Użu tal-Materjal Assenjat
    Ibbenefika mill-Edukazzjoni tal-Iskola tal-Ministeru Teokratiku
  • Kif Tagħmel Outline
    Ibbenefika mill-Edukazzjoni tal-Iskola tal-Ministeru Teokratiku
  • Kif Tħejji Taħditiet għall-Pubbliku
    Ibbenefika mill-Edukazzjoni tal-Iskola tal-Ministeru Teokratiku
Ara Iżjed
Ibbenefika mill-Edukazzjoni tal-Iskola tal-Ministeru Teokratiku
be p. 47-p. 50

Kif Tħejji Taħditiet għall-​Kongregazzjoni

IL-​PROGRAMM tal-​Iskola tal-​Ministeru Teokratiku huwa preparat għall-​benefiċċju tal-​kongregazzjoni kollha. Informazzjoni taʼ valur tiġi preżentata wkoll f’laqgħat oħrajn tal-​kongregazzjoni kif ukoll f’assembleat u konvenzjonijiet. Jekk ngħatajt inkarigu f’wieħed minn dawn il-​programmi, int ngħatajt responsabbiltà importanti. L-​appostlu Pawlu ħeġġeġ lill-​indokratur Kristjan Timotju biex joqgħod attent il-​ħin kollu għat-​tagħlim tiegħu. (1 Tim. 4:16) Dawk li huma preżenti fil-​laqgħat Kristjani warrbu ħin taʼ valur—u xi wħud għamlu sforz kbir—biex jattendu għall-​istruzzjoni fi kwistjonijiet li huma konnessi mar-​relazzjoni tagħhom maʼ Alla. Huwa tassew privileġġ grandjuż li tagħti istruzzjoni bħal din! Kif tistaʼ tieħu ħsieb dan il-​privileġġ kif suppost?

Punti Prinċipali mill-​Qari tal-​Bibbja

Din il-​parti tal-​iskola hija bbażata fuq il-​qari tal-​Bibbja li huwa inkarigat għall-​ġimgħa. Għandha titpoġġa enfasi fuq kif jeffettwana l-​materjal illum. Bħalma hu mniżżel f’​Neħemija 8:8, il-​qassis Esdra u l-​Leviti qraw mill-​Kelma taʼ Alla fil-​pubbliku, spjegawha, ‘fissruha,’ u fehmuha lil oħrajn. Meta tieħu ħsieb il-​punti prinċipali mill-​Bibbja, int ukoll ikollok din l-​opportunità.

Kif għandek tipprepara inkarigu bħal dan? Jekk inhu possibbli, minn ġimgħa qabel jew iktar, aqra l-​porzjon mill-​Bibbja li tkun ġejt inkarigat bih. Imbagħad aħseb dwar il-​kongregazzjoni tiegħek u l-​bżonnijiet tagħha. Itlob dwar dan. Liema pariri, eżempji, jew prinċipji f’dan il-​porzjon mill-​Kelma taʼ Alla jissodisfaw dawn il-​bżonnijiet?

Ir-​riċerka hi essenzjali. Hija l-​Watchtower Library fuq CD-​ROM jew il-​Watch Tower Publications Index disponibbli b’lingwa li tifhimha? Jekk le, tistaʼ tagħmel użu tajjeb mill-​indiċi tat-​Torri tal-​Għassa li joħroġ fl-​aħħar taʼ kull sena. Billi tagħmel riċerka f’dak li ġie pubblikat diġà dwar il-​versi li għażilt biex tiffoka fuqhom, għandek mnejn issib informazzjoni ġdida dwar l-​isfond tagħhom, spjegazzjonijiet dwar it-​twettiq tal-​profeziji, analisi taʼ dak li jikxfu dwar Ġeħova ċerti versi, jew diskussjonijiet fuq prinċipji. Tipprovax tkopri wisq punti. Iffoka biss fuq ftit versi li tkun għażilt. Ikun aħjar li tkopri ftit versi u li tagħmel dan sew.

Jistaʼ jkun li l-​inkarigu tiegħek jitlob li tistieden lil dawk fl-​udjenza biex jikkummentaw dwar kif ibbenefikaw mill-​qari tal-​Bibbja tal-​ġimgħa. X’sabu li se jkun taʼ benefiċċju għalihom fl-​istudju persunali jew tal-​familja jew fil-​ministeru tagħhom jew fil-​mod kif jgħixu ħajjithom? Liema kwalitajiet taʼ Ġeħova jistgħu jaraw fil-​mod kif ittratta man-​nies u mal-​ġnus? X’tgħallmu dawk fl-​udjenza li saħħilhom il-​fidi u kabbrilhom l-​apprezzament għal Ġeħova? Tiffokax fuq punti dettaljati u komplikati. Enfasizza t-​tifsir u l-​valur prattiku tal-​punti magħżulin.

Il-​Laqgħa tas-​Servizz

Meta tkun qed tagħti taħdita bbażata fuq artiklu fil-​Ministeru tas-​Saltna, int tintalab biex tgħaddi bis-​sħiħ lill-​udjenza l-​informazzjoni li tkun ġiet provduta. Għin lill-​udjenza tirraġuna fuq l-​iskritturi li jifformaw il-​bażi għal kwalunkwe parir li jingħata. (Titu 1:9) Il-​ħin hu limitat, u ħafna drabi ma jkunx hemm ħin għal materjal żejjed.

Mill-​banda l-​oħra, forsi tiġi mistieden tippreżenta materjal li ma jkunx hemm artiklu dwaru fil-​Ministeru tas-​Saltna. Jistaʼ jkun hemm referenza għal artiklu tat-​Torri tal-​Għassa, jew l-​inkarigu jistaʼ jikkonsisti fi ftit noti qosra. Jiddependi minnek bħala għalliem li tikkunsidra l-​bżonnijiet tal-​kongregazzjoni b’konnessjoni mal-​materjal li tiġi inkarigat bih. Forsi jkollok bżonn tuża tixbiha qasira u diretta jew tirrakkonta esperjenza adattata. Ftakar li l-​inkarigu tiegħek mhuwiex sempliċement li titkellem dwar suġġett imma li titkellem dwaru b’tali mod li dawk fil-​kongregazzjoni jiġu megħjunin iwettqu x-​xogħol li l-​Kelma taʼ Alla tgħidilna nwettqu u li jsibu l-​ferħ f’li jagħmluh.—Atti 20:20, 21.

Int u tipprepara l-​inkarigu tiegħek, aħseb dwar iċ-​ċirkustanzi taʼ dawk li jifformaw il-​kongregazzjoni. Faħħarhom għal dak li diġà qed jagħmlu. Kif jistgħu jsiru iktar effettivi u ferħanin fil-​ministeru tagħhom jekk japplikaw is-​suġġerimenti li qed jingħatawlhom fil-​materjal inkarigat?

Hemm bżonn taʼ turija jew intervista għall-​inkarigu tiegħek? Jekk inhu hekk, għandha tiġi pjanata ħafna bil-​quddiem. Forsi titħajjar li sempliċement tistaqsi lil xi ħadd ieħor biex jagħmel l-​arranġamenti għal dan, imma dan mhux dejjem iġib l-​aħjar riżultati. Jekk ikun possibbli, ara t-​turija jew l-​intervista tiġi prattikata qabel il-​ġurnata tal-​laqgħa. Kun ċert li din il-​parti tal-​inkarigu tiegħek issir b’tali mod li tassew issebbaħ l-​istruzzjoni li tingħata.

Assembleat u Konvenzjonijiet

Aħwa rġiel li jiżviluppaw kwalitajiet spiritwali mill-​aqwa u li jsiru kelliema pubbliċi u għalliema effettivi jistgħu maż-​żmien jintalbu jieħdu sehem fil-​programm f’assemblea jew f’konvenzjoni. Dawn huma tassew okkażjonijiet speċjali għall-​edukazzjoni teokratika. Inkarigu bħal dan jistaʼ jiġi f’forma taʼ manuskritt, outline, istruzzjonijiet għal drama Biblika b’applikazzjoni għal-​lum, jew paragrafu taʼ istruzzjonijiet. Jekk ikollok il-​privileġġ li taqdi fi programm bħal dan, studja bir-​reqqa l-​materjal li jingħatalek. Aħdem fuqu sakemm tapprezza l-​valur tiegħu.

Dawk li huma inkarigati b’taħdita li tingħata bħala manuskritt għandhom jaqraw il-​materjal kelma b’kelma. Dawn ma jibdlux dak li hemm miktub fi kliemhom jew jirranġaw il-​materjal. Huma jistudjawh biex jagħrfu eżatt x’inhuma l-​punti prinċipali u kif inhuma żviluppati. Huma jipprattikaw il-​qari b’leħen għoli sakemm ikunu jistgħu jagħtu t-​taħdita b’enfasi biex tagħti s-​sens xieraq, b’entużjażmu, b’mod dħuli, b’sentiment, b’ħeġġa, u b’konvinzjoni, kif ukoll b’volum u intensità adattati għal udjenza kbira.

L-​aħwa rġiel li jiġu inkarigati b’taħdita fil-​forma taʼ outline għandhom ir-​responsabbiltà li jiżviluppaw il-​materjal tagħhom b’tali mod li jżommu mill-​qrib mal-​outline. Minflok ma jaqra mill-​outline matul it-​taħdita jew jippreparaha fil-​forma taʼ manuskritt, il-​kelliemi għandu jippreżenta l-​materjal b’mod naturali, minn qalbu. Huwa importanti li jżomm mal-​ħin li ngħatalu fl-​outline sabiex jippreżenta b’mod ċar kull punt prinċipali li jkun hemm. Il-​kelliemi għandu juża sew il-​ħsibijiet u l-​iskritturi mniżżlin taħt il-​punti prinċipali. M’għandux idaħħal punti oħrajn li jogħġbu lilu biex jispiċċa jħalli barra dak li hemm fl-​outline. M’għandniex xi ngħidu, il-​bażi tal-​istruzzjoni hija l-​Kelma taʼ Alla. Ir-​responsabbiltà tal-​anzjani Kristjani hi li ‘jippridkaw il-​kelma.’ (2 Tim. 4:1, 2) Allura kelliemi għandu jagħti attenzjoni speċjali lill-​iskritturi fl-​outline—jirraġuna fuqhom u japplikahom.

Titnikkirx

Taqdi int f’kongregazzjoni fejn ikun hemm ħafna opportunitajiet biex titkellem? Kif tistaʼ tagħti attenzjoni xierqa lil kull opportunità? Evita li tipprepara l-​inkarigi tiegħek fl-​aħħar minuta.

Taħditiet li tassew ikunu taʼ ġid għall-​kongregazzjoni jeħtieġu ammont xieraq taʼ ħsieb minn qabel. Għalhekk, agħmilha drawwa li taqra l-​materjal malli tirċievi kull inkarigu. Dan se jippermettilek timmedita dwar il-​materjal hekk kif tkun għaddej b’attivitajiet oħrajn. Matul il-​ġranet jew il-​ġimgħat qabel ma tagħti t-​taħdita tiegħek, għandek mnejn tismaʼ kummenti li jgħinuk tara liema hu l-​aħjar mod kif tapplika l-​informazzjoni. Jistgħu jqumu sitwazzjonijiet li jikxfu kemm hi f’waqtha l-​informazzjoni. Trid il-​ħin biex taqra u taħseb dwar l-​inkarigu tiegħek eżatt malli tirċivih, imma dan ikun ħin użat sew. Meta finalment tibda tiżviluppa l-​outline, se taħsad il-​benefiċċji li jiġu milli tkun ħsibt fuqu sew minn qabel. Meta tagħmel l-​inkarigi li tingħata b’dan il-​mod se tnaqqas ħafna l-​istress u se tiġi megħjun tippreżenta l-​materjal b’tali mod li hu prattiku u li jilħaq il-​qalb tal-​membri tal-​kongregazzjoni.

Iktar ma tapprezza l-​għotja li ngħatat lilek b’konnessjoni mal-​programm taʼ Ġeħova biex jeduka lill-​poplu tiegħu, iktar se tonorah u tkun taʼ barka għal dawk li jħobbuh.—Is. 54:13; Rum. 12:6-​8.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja