LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • es17 pp. 88-97
  • Settembru

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Settembru
  • Neżaminaw l-Iskrittura Kuljum—2017
  • Sottitli
  • Il-​Ġimgħa, 1 taʼ Settembru
  • Is-​Sibt, 2 taʼ Settembru
  • Il-​Ħadd, 3 taʼ Settembru
  • It-​Tnejn, 4 taʼ Settembru
  • It-​Tlieta, 5 taʼ Settembru
  • L-​Erbgħa, 6 taʼ Settembru
  • Il-​Ħamis, 7 taʼ Settembru
  • Il-​Ġimgħa, 8 taʼ Settembru
  • Is-​Sibt, 9 taʼ Settembru
  • Il-​Ħadd, 10 taʼ Settembru
  • It-​Tnejn, 11 taʼ Settembru
  • It-​Tlieta, 12 taʼ Settembru
  • L-​Erbgħa, 13 taʼ Settembru
  • Il-​Ħamis, 14 taʼ Settembru
  • Il-​Ġimgħa, 15 taʼ Settembru
  • Is-​Sibt, 16 taʼ Settembru
  • Il-​Ħadd, 17 taʼ Settembru
  • It-​Tnejn, 18 taʼ Settembru
  • It-​Tlieta, 19 taʼ Settembru
  • L-​Erbgħa, 20 taʼ Settembru
  • Il-​Ħamis, 21 taʼ Settembru
  • Il-​Ġimgħa, 22 taʼ Settembru
  • Is-​Sibt, 23 taʼ Settembru
  • Il-​Ħadd, 24 taʼ Settembru
  • It-​Tnejn, 25 taʼ Settembru
  • It-​Tlieta, 26 taʼ Settembru
  • L-​Erbgħa, 27 taʼ Settembru
  • Il-​Ħamis, 28 taʼ Settembru
  • Il-​Ġimgħa, 29 taʼ Settembru
  • Is-​Sibt, 30 taʼ Settembru
Neżaminaw l-Iskrittura Kuljum—2017
es17 pp. 88-97

Settembru

Il-​Ġimgħa, 1 taʼ Settembru

Abraham telaq lejn il-​post li qallu bih l-​Alla l-​veru.—Ġen. 22:3.

Qabel ma telaq lill-​qaddejja tiegħu, Abraham qal: “Intom ibqgħu hawnhekk mal-​ħmar, imma jien u t-​tifel irridu mmorru hemmhekk u nqimu u niġu lura ħdejkom.” (Ġen. 22:5) X’ried ifisser Abraham? Kien hu qed jigdeb dwar li jiġi lura m’Iżakk, peress li kien jaf li kien se jissagrifikah? Le. Il-​Bibbja tgħid li Abraham kien jaf li Ġeħova setaʼ jqajjem lil Iżakk mill-​mewt. (Ebr. 11:19) Abraham kien jaf li Ġeħova kien tah il-​qawwa biex ikollu iben avolja hu u Sara kienu mdaħħlin sew fiż-​żmien. (Ebr. 11:11, 12, 18) Għalhekk irrealizza li xejn ma kien impossibbli għal Ġeħova. Abraham ma kienx jaf x’se jiġri dakinhar. Imma kellu l-​fidi li jekk hemm bżonn, Ġeħova kien se jirxoxta lil ibnu ħalli l-​wegħdi kollha t’Alla jseħħu. Hu għalhekk li Abraham jissejjaħ “il-​missier taʼ dawk kollha li jkollhom il-​fidi.”—Rum. 4:11. w16.02 1:3, 13

Is-​Sibt, 2 taʼ Settembru

“Ġeħova ma jabbandunax lill-​poplu tiegħu minħabba ismu l-​kbir.”—1 Sam. 12:22.

Ġonatan u n-​nies tal-​Iżrael kienu f’sitwazzjoni diffiċli. Is-​Sultan Sawl, missier Ġonatan, kien sar diżubbidjent, u Ġeħova ċaħdu. (1 Sam. 15:17-​23) Alla xorta waħda ppermetta lil Sawl biex ikompli jaħkem għal ħafna snin. Allura, kien diffiċli għan-​nies biex ikunu leali lejn Alla meta s-​sultan li kien magħżul biex ipoġġi fuq “it-​tron taʼ Ġeħova” kien qed jagħmel affarijiet ħżiena ħafna. (1 Kron. 29:23) Madankollu, Ġonatan baqaʼ leali lejn Ġeħova. (1 Sam. 13:13, 14) Aħna wkoll nistgħu nkunu leali lejn Ġeħova billi nobdu, kull meta jkun possibbli, il-​gvern tal-​pajjiż li nkunu qed ngħixu fih. Ġeħova jħalli lil dawn “l-​awtoritajiet superjuri” jkollhom awtorità fuqna, u hu jitlob minna li nuruhom rispett. (Rum. 13:1, 2) Hu għalhekk li għandna nittrattaw lil kull uffiċjal tal-​gvern b’rispett anki meta ma jkunx onest u meta nħossu li ma jistħoqqlux ir-​rispett tagħna. Fil-​fatt, għandna nirrispettaw lil dawk kollha li tingħatalhom awtorità mingħand Ġeħova.—1 Kor. 11:3; Ebr. 13:17. w16.02 3:5, 6, 8

Il-​Ħadd, 3 taʼ Settembru

“Niesek se joffru lilhom infushom minn rajhom.”—Salm 110:3.

Il-​Bibbja tgħid li n-​nies kollha taʼ Ġeħova, anki dawk żgħar, kienu se jaqduh “minn rajhom.” Allura, xi ħadd li jrid jitgħammed irid ikun ċert li din hi x-​xewqa persunali tiegħu. Dan jistaʼ jirrikjedi li teżamina x-​xewqa tiegħek bir-​reqqa, speċjalment jekk trabbejt fil-​verità. Int u tikber, abbli rajt lil ħafna nies jitgħammdu, forsi anki ftit minn sħabek u ħutek. Imma oqgħod attent li ma tibdiex tħoss li għandek titgħammed għax sempliċiment wasalt f’ċerta età jew għax kulħadd qed jitgħammed. Kif tistaʼ tkun ċert li qed tħares lejn il-​magħmudija bil-​mod kif iħares lejha Ġeħova? Ħu l-​ħin biex taħseb dwar għala l-​magħmudija hi tant importanti. w16.03 1:11, 12

It-​Tnejn, 4 taʼ Settembru

“Kulmin jismaʼ ħa jgħid: “Ejja!” U kulmin hu bil-​għatx ħa jiġi; u kulmin jixtieq ħa jieħu l-​ilma tal-​ħajja b’xejn.”—Riv. 22:17.

Nistgħu nagħmlu dan biss jekk inkunu ‘magħqudin flimkien b’mod armonjuż’ u nikkooperaw maʼ xulxin fil-​kongregazzjoni. (Efes. 4:16) Biex nilħqu lil kemm jistaʼ jkun nies, għandna bżonn inkunu organizzati sew fl-​ippritkar tagħna. Id-​direzzjoni li nirċievu mill-​kongregazzjoni tagħna tgħinna nagħmlu dan. Wara li niltaqgħu għas-​servizz tal-​għalqa, noħorġu nkellmu lin-​nies dwar l-​aħbar tajba tas-​Saltna. Barra minn hekk, aħna noffrulhom pubblikazzjonijiet ibbażati fuq il-​Bibbja. Fil-​fatt, ħallejna miljuni minn dawn il-​pubblikazzjonijiet madwar id-​dinja. Kultant niġu mitluba biex nieħdu sehem f’kampanji speċjali tal-​ippritkar. Meta tagħmel dan ix-​xogħol, tkun qed tingħaqad maʼ miljuni t’oħrajn madwar id-​dinja li jkunu qed jippritkaw l-​istess messaġġ! Int qed taħdem ukoll mal-​anġli, li qed jgħinu n-​nies t’Alla biex tiġi pritkata l-​aħbar tajba.—Riv. 14:6. w16.03 3:4, 5

It-​Tlieta, 5 taʼ Settembru

“Infetħu r-​rombli.”—Riv. 20:12.

Il-​Bibbja tgħidilna li fid-​dinja l-​ġdida, se jkollna rombli b’direzzjonijiet ġodda. Billi jistudjaw dawn ir-​rombli, in-​nies kollha, inkluż l-​uħud irxoxtati, se jifhmu dak li Alla jrid għalihom. Ir-​rombli se jgħinuna nitgħallmu iktar dwar il-​mod kif jaħseb Ġeħova. Barra minn hekk, se nifhmu aħjar il-​Bibbja, u allura fil-​Ġenna tal-​art se nittrattaw lil xulxin bi mħabba u b’rispett, u se nonoraw lil xulxin. (Is. 26:9) Immaġina kemm se nitgħallmu u ngħallmu affarijiet lil oħrajn taħt id-​direzzjoni tas-​Sultan, Ġesù Kristu! Jekk insegwu d-​direzzjonijiet ‘miktubin fir-​rombli’ u nibqgħu leali lejn Ġeħova matul l-​aħħar test, hu se jikteb isimna fir-​“romblu tal-​ħajja” b’mod permanenti. Aħna nistgħu nirċievu l-​ħajja taʼ dejjem! w16.03 4:19, 20

L-​Erbgħa, 6 taʼ Settembru

“Int it-​tama tiegħi, O Mulej Sovran Ġeħova, il-​fiduċja tiegħi sa minn żgħożiti.”—Salm 71:5.

Anzjani tal-​esperjenza jgħidu li hu importanti li jitħarrġu l-​aħwa rġiel waqt li għadhom żgħar, forsi meta jkun għad għandhom madwar 14-​il sena. Tistaʼ tagħtihom xi xogħol fil-​kongregazzjoni skont l-​età tagħhom. Meta l-​aħwa rġiel jiġu mħarrġin waqt li jkunu għadhom żgħar, dan jistaʼ jgħinhom jibqgħu ffokati fuq il-​miri tagħhom anke meta jikbru u meta jkollhom ħafna xi jtellifhom. (Salm 71:5, 17) Sabiex anzjan iqanqal lil dak li qed jitħarreġ ħalli jkollu x-​xewqa li jaqdi, irid jagħmel iktar milli jgħidlu x’għandu jagħmel. Irid ukoll jispjegalu għala dan hu importanti. L-​Għalliem il-​Kbir, Ġesù, qal lill-​appostli tiegħu biex jippritkaw. Imma l-​ewwel tahom raġuni għala għandhom jobdu. Hu qal: “Lili ngħatat kull awtorità fis-​sema u fuq l-​art. Għalhekk, morru u agħmlu dixxipli min-​nies tal-​ġnus kollha.”—Mt. 28:18, 19. w15 4/15 2:5, 6

Il-​Ħamis, 7 taʼ Settembru

Il-​Mulej qagħad ħdejja u mlieni bil-​qawwa, u jien inħlist minn ħalq l-​iljun.—2 Tim. 4:17.

Kieku kont Kristjan f’Ruma fl-​ewwel seklu, kieku kont tkun qed tgħix fi żminijiet diffiċli. Il-​Kristjani kienu qed jiġu ppersegwitati bl-​aħrax mir-​Rumani. Meta Ruma ngħatat in-​nar, ir-​Rumani waħħlu fil-​Kristjani. Matul dan iż-​żmien diffiċli ħafna, l-​appostlu Pawlu kien mitfugħ il-​ħabs. Jistaʼ jkun li ħaseb jekk ħutu l-​Kristjani kinux se jgħinuh minħabba li ftakar li ma kien għenu ħadd f’sitwazzjoni li kellu qabel. Imma Pawlu kien irċieva għajnuna minn Ġeħova permezz tal-​Mulej Ġesù. Hu kien konvint li Ġeħova kien se jagħtih is-​saħħa li kellu bżonn biex jissaporti s-​sitwazzjoni li kien fiha, u kif ukoll kwalunkwe prova li kienet għad trid tiġi. Tant kien ċert minn dan, li kiteb: “Il-​Mulej jeħlisni minn kull għemil ħażin.” (2 Tim. 4:18) Pawlu kien tgħallem li anki f’sitwazzjonijiet meta l-​aħwa ma setgħux jgħinuh, hu dejjem setaʼ jafda fl-​għajnuna taʼ Ġeħova u Ġesù. Lanqas l-​iċken dubju ma kellu dwar dan. w15 4/15 4:1-​3

Il-​Ġimgħa, 8 taʼ Settembru

“Hu jisħaqlek rasek.”—Ġen. 3:15.

Meta Ġesù twieled, Satana kien jaf li din it-​tarbija se tikber u ssir il-​Messija mwiegħed. Kien Satana se jaħseb li jekk joqtol tarbija kien se jkun kattiv wisq? Le. Hu mhux ħa jħabbel rasu dwar x’inhu tajjeb u x’inhu ħażin. U hu aġixxa mill-​ewwel biex jipprova joqtol lil Ġesù bħala tarbija. Kif? Meta s-​Sultan Erodi sema’ mingħand l-​astrologi li “s-​sultan tal-​Lhud” twieled, is-​sultan irrabja ħafna u ried joqtol it-​tarbija. (Mt. 2:1-​3, 13) Għaldaqstant, hu ta l-​ordni biex jiġu maqtulin is-​subien kollha li kellhom sentejn jew inqas f’Betlem u fid-​distretti tagħha. (Mt. 2:13-​18) Ġesù rnexxielu jibqaʼ ħaj minkejja din il-​qatla terribbli, imma dan x’jgħidilna dwar l-​għadu tagħna Satana? Għax-​Xitan, il-​ħajja tal-​bniedem ma tiswa xejn. Lanqas biss jimpurtah mit-​tfal. M’hemm ebda dubju li Satana hu ‘ljun li qed jgħajjat.’ (1 Pt. 5:8) Qatt tinsa kemm hu kattiv! w15 5/15 1:10, 12, 13

Is-​Sibt, 9 taʼ Settembru

“Ma qalgħux it-​twettiq tal-​wegħdi, imma rawhom mill-​bogħod.”—Ebr. 11:13.

Ġeħova tana għotja mill-​isbaħ. Hija l-​abbiltà li nimmaġinaw affarijiet li qatt ma rajna. Din l-​abbiltà tgħinna nħarsu ’l quddiem għal affarijiet tajbin li se jkollna fil-​futur u tgħinna wkoll nippjanaw minn qabel u nevitaw il-​problemi. Ġeħova jaf il-​futur, u jgħidilna ftit mill-​affarijiet li nistgħu nħarsu ’l quddiem għalihom. Għalkemm ma nistgħux naraw dawn l-​affarijiet, nistgħu nimmaġinawhom u jkollna l-​fidi li dawn se jseħħu. (2 Kor. 4:18) Meta omm Samwel, Ħanna, baqgħet taħseb fuq il-​ġurnata meta kienet se tieħu lil binha t-​tabernaklu biex jaħdem mal-​qassisin, immaġinat affarijiet li kienu possibbli. Din ma kinitx sempliċi ħolma. Kienet xi ħaġa li kienet iddeċidiet li tagħmel. Għalhekk, il-​fatt li Ħanna immaġinat din il-​ġurnata għenha tibqaʼ determinata li żżomm il-​wegħda li għamlet lil Ġeħova. (1 Sam. 1:22) U meta nimmaġinaw dak li Ġeħova wiegħed li jagħmel, inkunu qed nimmaġinaw affarijiet li żgur se jseħħu. (2 Pt. 1:19-​21) Bla dubju, ħafna min-​nies taʼ Ġeħova fi żminijiet Bibliċi setgħu jimmaġinaw dak li kien wiegħed. w15 5/15 3:1-3

Il-​Ħadd, 10 taʼ Settembru

L-​affarijiet taʼ valur li għandu l-​għani huma bħal ħajt protettiv fl-​immaġinazzjoni tiegħu.—Prov. 18:11.

Il-​Bibbja tgħid li għandna nkunu moħħna f’li nogħġbu lil Ġeħova u mhux f’li nsiru sinjuri. Ġesù qal li individwu jkun iblah jekk jaħżen għalih ħafna teżori imma ma jżommx lil Ġeħova l-​ewwel f’ħajtu. “Ma jkunx għani m’Alla.” (Lq. 12:16-​21) Meta naħżnu “teżori fis-​sema” billi nagħmlu affarijiet li jogħġbu lil Ġeħova, inferrħuh u nħossuna ferħanin aħna wkoll. (Mt. 6:20; Prov. 27:11) U relazzjoni tajba maʼ Ġeħova hi iktar taʼ valur minn kull ħaġ’oħra. Jekk nipprovaw nistagħnew f’din id-​dinja, dan se jġibilna ħafna inkwiet. (Mt. 6:19) Ġesù qal li dawk li l-​ħin kollu jkunu inkwetati dwar il-​flus, se jsibuha diffiċli biex iżommu s-​Saltna t’Alla l-​ewwel f’ħajjithom.—Mt. 13:18, 19, 22. w15 5/15 4:15, 16

It-​Tnejn, 11 taʼ Settembru

Il-​folla baqgħet mgħaġġba meta rat il-​muti jitkellmu, iz-​zopop jimxu, u l-​għomja jaraw.”—Mt. 15:31.

Bil-​qawwa t’Alla, Ġesù setaʼ jagħmel ħafna mirakli meraviljużi. Hu ma fejjaqx biss lin-​nies li kellhom il-​ġdiem, imma fejjaq ukoll lil nies b’kull xorta taʼ mard. Meta Ġesù fejjaq lil xi ħadd, ma kellux bżonn lil xi ħadd f’saħħtu biex jagħti l-​organi tiegħu. Le, Ġesù kellu l-​qawwa biex ifejjaq il-​partijiet morda tal-​ġisem. U fejjaq lin-​nies minnufih, kultant anke lil dawk li kienu ’l bogħod minnu. (Ġw. 4:46-​54) Dawn l-​eżempji rimarkevoli x’juru? Juru li s-​Sultan tagħna, Ġesù Kristu, għandu l-​qawwa u x-​xewqa li jneħħi l-​mard kollu għal dejjem. Meta nitgħallmu dwar kif Ġesù ttratta lin-​nies, dan jagħtina l-​fiduċja li fid-​dinja l-​ġdida “se jiddispjaċih għall-​batut u għall-​fqir.” (Salm 72:13) Ġesù se jfejjaq lil kull min qed ibati għax tassew irid jagħmel dan. w15 6/15 2:6

It-​Tlieta, 12 taʼ Settembru

“Ħa jitqaddes ismek.”—Mt. 6:9.

Ħafna nies jafu l-​kliem tat-​talba li tinsab f’​Mattew 6:9-​13. Meta nippritkaw, nużaw il-​kliem taʼ din it-​talba biex ngħallmu lin-​nies li s-​Saltna hi gvern reali mingħand Alla li se jbiddel l-​art f’ġenna. Apparti minn hekk, nużaw il-​kliem “ħa jitqaddes ismek” biex nuru li Alla għandu isem u li għandna nittrattaw l-​isem bħala li hu qaddis. (Mt. 6:9) Riedna Ġesù nirripetu l-​kliem li uża kull darba li nitolbu, bħalma ħafna jagħmlu? Le. Ġesù kien qal: “Meta titlob, toqgħodx tirripeti l-​istess ħaġa.” (Mt. 6:7) Darb’oħra, meta kien qed jgħallem lid-​dixxipli tiegħu kif jitolbu, irripeta t-​talba imma ma qalhiex kelma b’kelma. (Lq. 11:1-​4) Allura Ġesù kien qed jagħtina talba mudell biex jgħallimna għal liema affarijiet għandna nitolbu. w15 6/15 4:1, 2

L-​Erbgħa, 13 taʼ Settembru

“Min jaħseb li hu wieqaf ħa joqgħod attent li ma jaqax.”—1 Kor. 10:12.

eħova jagħti l-​ispirtu qaddis tiegħu li hu qawwi biex jgħinna niġġieldu kontra t-​tentazzjonijiet taʼ Satana. Ġeħova tana wkoll il-​Bibbja u l-​kongregazzjoni biex iwissina dwar il-​perikli. Pereżempju, hu jwissina biex ma nużawx il-​maġġorparti tal-​ħin, il-​flus, u l-​enerġija tagħna fuq affarijiet li m’għandniex bżonnhom verament. Espen u Janne li kienu pijunieri, għandhom żewġt itfal li jridu jieħdu ħsieb. Espen jgħid: “Spiss nitolbu lil Ġeħova biex ma naqgħux fit-​tentazzjoni issa li ma nistgħux nagħmlu daqskemm konna nagħmlu qabel fl-​attivitajiet teokratiċi. Aħna nitolbu lil Ġeħova biex jgħinna nżommu l-​ispiritwalità tagħna u ż-​żelu għall-​ministeru.” Tentazzjoni oħra li għandna nirreżistu hi li naraw il-​pornografija. Xi wħud jaraw il-​pornografija għax ma jneħħux ħsibijiet ħżiena minn moħħhom. Imma ħafna minn ħutna rġiel u nisa rreżistew din it-​tentazzjoni, u aħna nistgħu wkoll.—1 Kor. 10:13. w15 6/15 5:15, 16

Il-​Ħamis, 14 taʼ Settembru

“Is-​slaten taʼ l-​art u l-​kbarat u l-​kmandanti militari u s-​sinjuri u n-​nies b’saħħithom u kull ilsir u kull ħieles inħbew fl-​għerien u fil-​blat tal-​muntanji.”—Riv. 6:15.

X’se jiġri wara l-​qerda tar-​reliġjon falza? Se jkun iż-​żmien biex nuru x’verament hemm ġo qalbna. F’dak iż-​żmien, il-​biċċa l-​kbira mill-​bnedmin se jipprovaw jiksbu l-​protezzjoni u l-​għajnuna mingħand organizzazzjonijiet umani, “il-​blat tal-​muntanji.” Imma n-​nies taʼ Ġeħova se jduru lejh għall-​protezzjoni. Meta l-​attakk ‘tqassar’ fl-​ewwel seklu, dan ma kienx iż-​żmien biex il-​Lhud kollha f’daqqa waħda jaqilbu r-​reliġjon u jsiru Kristjani. Minflok, kien iż-​żmien biex dawk li ġa kienu Kristjani jaħarbu minn Ġerusalemm bħalma kien qalilhom Ġesù. B’mod simili fil-​futur, meta l-​attakk kontra Babilonja l-​Kbira ‘jitqassar,’ ma nistgħux nistennew li ħafna nies f’daqqa waħda se jikkonvertu għall-​Kristjanità vera. Minflok, dan se jkun opportunità għall-​aduraturi veri kollha biex juru biċ-​ċar li jħobbu lil Ġeħova u biex jappoġġaw lill-​midlukin.—Mt. 25:34-​40. w15 7/15 2:7

Il-​Ġimgħa, 15 taʼ Settembru

“Jekk xi ħadd, minħabba l-​kuxjenza tiegħu quddiem Alla, jissaporti n-​niket u jbati inġustament, din hi ħaġa li togħġob Lilu.”—1 Pt. 2:19.

Ilkoll nafu li l-​qaddejja taʼ Ġeħova huma magħqudin bħala poplu wieħed. Allura qatt m’għandna nħossu li xi post jew pajjiż hu aħjar minn ieħor. Imma l-​familja tiegħek u dawk li trabbejt magħhom forsi influwenzawk biex tħobb art twelidek. Allura forsi kultant għadek taħseb b’mod negattiv dwar nies taʼ nazzjonijiet, kulturi, lingwi, jew razez oħra. X’jistaʼ jgħinek tinbidel? Immedita dwar kif Ġeħova jħossu dwar in-​nies li huma kburin bil-​pajjiż tagħhom jew li jaħsbu li huma aħjar minn ħaddieħor. Agħmel iktar riċerka dwar dan is-​suġġett. Imbagħad itlob għall-​għajnuna taʼ Ġeħova biex ikollok l-​istess ħarsa tiegħu lejn in-​nies. (Rum. 12:2) Aħna rridu naqdu lil Ġeħova b’kuxjenza nadifa, u allura kultant se nidhru differenti ħafna mill-​kollegi, ġirien, qraba, jew dawk tal-​klassi. w15 7/15 3:14, 15

Is-​Sibt, 16 taʼ Settembru

“Ġona talab lil Ġeħova Alla tiegħu mill-​ġewwieni tal-​ħuta.”—Ġona 2:1.

Ġeħova jismaʼ t-​talb bil-​ħrara tagħna, u hu jifhimna anki meta ħadd iktar ma jifhimna. It-​tweġibiet tiegħu għat-​talb tagħna jagħtu prova li mħabbtu għalina hi dejjiema. Aħna nistgħu nitgħallmu lezzjonijiet importanti mit-​talb li nsibu fil-​Bibbja. Kultant, ikun t’għajnuna li nistudjaw xi ftit minn dan it-​talb matul il-​qima bħala familja. Il-​kwalità tat-​talb tagħna se tkun aħjar meta nimmeditaw dwar it-​talb mill-​qalb tal-​qaddejja t’Alla tal-​passat. Pereżempju, ikkunsidra t-​talba umli taʼ Ġona li għamel meta kien fiż-​żaqq taʼ ħuta kbira. (Ġona 1:17–2:10) Irrivedi t-​talba sinċiera taʼ Salamun lil Ġeħova meta t-​tempju kien ġie ddedikat. (1 Slat. 8:22-​53) U mmedita fuq it-​talba mudell taʼ Ġesù. (Mt. 6:9-​13) U l-​iktar importanti, b’mod regulari ‘ħalli lil Alla jkun jaf x’teħtieġ.’ B’hekk, ‘il-​paċi t’Alla li tisboq kull ħsieb tgħasses lil qalbek u l-​qawwa mentali tiegħek.’—Flp. 4:6, 7. w15 8/15 1:11, 12

Il-​Ħadd, 17 taʼ Settembru

“Kunu sottomessi.”—Ebr. 13:17.

Fid-​dinja l-​ġdida, se nieħdu pjaċir insegwu d-​direzzjoni mingħand l-​organizzazzjoni taʼ Ġeħova biex ngħinu ħalli nbiddlu din l-​art f’ġenna mill-​isbaħ u ħalli ngħallmu lil dawk li se jiġu rxoxtati. Ġeħova se jkollu ħafna xogħol għalina. Imma xi ngħidu jekk dawk li jieħdu t-​tmexxija jistaqsuna biex nagħmlu xi ħaġa li ma tantx togħġobna? Se nobdu aħna? Se nagħmlu ħilitna biex inwettqu u ngawdu l-​inkarigu tagħna? Biex nippreparaw għall-​ħajja taʼ dejjem fid-​dinja l-​ġdida, irridu nobdu d-​direzzjoni mingħand l-​organizzazzjoni taʼ Ġeħova issa stess. Jekk irridu nkunu lesti għall-​ħajja fid-​dinja l-​ġdida, irridu nitgħallmu nkunu kuntenti b’li għandna u nikkooperaw mal-​organizzazzjoni taʼ Ġeħova u maʼ xulxin. Pereżempju, meta ningħataw inkarigu ġdid, aħna minn qalbna nikkooperaw u nagħmlu l-​almu tagħna biex inkunu ferħanin u kuntenti. Jekk nitgħallmu minn issa biex nikkooperaw maʼ dawk li qed jieħdu t-​tmexxija, x’aktarx li se nagħmlu l-​istess ħaġa fid-​dinja l-​ġdida. w15 8/15 3:6, 7

It-​Tnejn, 18 taʼ Settembru

In-​nisa pagani tiegħu dawrulu qalbu biex imur wara allat oħrajn u Salamun beda jagħmel dak li hu ħażin f’għajnejn Ġeħova.—1 Slat. 11:4, 6.

Kumpanija ħażina effettwat lil Salamun, u ma baqax leali lejn Ġeħova. (1 Slat. 11:1-​6) Jekk dan setaʼ jiġri lil Salamun, jistaʼ jiġri lil kulħadd. Huwa għalhekk li lanqas biss jgħaddilna minn moħħna li niżżewġu lil xi ħadd li ma jħobbx lil Ġeħova! Xi ngħidu jekk mara ssir qaddejja taʼ Ġeħova waqt li tkun miżżewġa lil xi ħadd li ma jkunx qaddej taʼ Ġeħova? Il-​Bibbja tgħid: “Intom in-​nisa, kunu sottomessi lejn żwieġkom, sabiex, jekk xi wħud ma jkunux ubbidjenti lejn il-​kelma, dawn jintrebħu mingħajr ebda kelma permezz tal-​kondotta tan-​nisa tagħhom.” (1 Pt. 3:1) Ovvjament, dan japplika wkoll għal raġel miżżewweġ f’każ li martu ma tkunx qaddejja taʼ Ġeħova. Il-​Kelma t’Alla hi ċara: Kunu rġiel u nisa miżżewġin tajbin, u applikaw il-​livelli t’Alla taż-​żwieġ. Imbagħad, meta s-​sieħeb jew is-​sieħba tinnota li nbdilt għall-​aħjar, għandu mnejn li hu jew hi wkoll tkun trid taqdi lil Ġeħova. Hekk ġralhom ħafna koppji. w15 8/15 4:15, 16

It-​Tlieta, 19 taʼ Settembru

“Kulmin hu bla esperjenza jafda f’kull kelma li jisma’, imma min hu prudenti jqis il-​passi tiegħu.”—Prov. 14:15

Għandu mnejn m’hemmx kura għal ċertu mard. Allura rridu noqogħdu attenti dwar trattamenti li jgħidu li jistgħu jfejqu marda imma li m’hemm ebda prova li jirnexxu. Pawlu kiteb: “Ħa jkun jaf kulħadd kemm intom raġunevoli.” (Flp. 4:5) Ir-​raġunevolezza tgħinna nibqgħu ffokati fuq li nqimu lil Ġeħova minflok li niffokaw ħajjitna fuq l-​affarijiet tas-​saħħa. Jekk is-​saħħa saret l-​iktar ħaġa importanti f’ħajjitna, nistgħu nispiċċaw naħsbu biss fina nfusna. (Flp. 2:4) Aħna nafu li ma jistax ikollna ħajja perfetta f’din is-​sistema. Għaldaqstant, kunu ċerti li l-​iktar ħaġa importanti f’ħajjitkom hi li taqdu lil Ġeħova. (Flp. 1:10) Rigward il-​kura tas-​saħħa u kwistjonijiet oħra, kull wieħed u waħda minna għandu bżonn jagħmel għażla persunali u jrid jaċċetta r-​responsabbiltà tal-​għażla tiegħu. w15 9/15 2:8, 10

L-​Erbgħa, 20 taʼ Settembru

“Ibgħat id-​dawl tiegħek u l-​verità tiegħek. Ħa jmexxuni huma.”—Salm 43:3.

Ġeħova jagħti lil uliedu l-​aqwa gwida għax hu “l-​Alla tal-​verità.” (Salm 31:5) Hu jieħu pjaċir jgħallimna l-​verità dwaru. Ukoll jgħallimna kif għandna nqimuh u jurina l-​aqwa mod kif għandna ngħixu. Allura, x’għallimna Ġeħova li juri kemm iħobbna? L-​ewwel u qabel kollox, Ġeħova jgħidilna dwaru nnifsu. Hu jrid li nsiru nafuh. (Ġak. 4:8) Allura jgħidilna x’jismu. Fil-​fatt, il-​Bibbja ssemmi ismu iktar minn kwalunkwe isem ieħor. Ġeħova jgħidilna wkoll x’tip taʼ Persuna hu. Meta naraw l-​affarijiet li ħalaq, nitgħallmu li għandu l-​qawwa u l-​għerf. (Rum. 1:20) U meta naqraw il-​Bibbja, nitgħallmu kemm hu ġust u kemm iħobbna. Hekk kif insiru nafu l-​personalità mill-​isbaħ taʼ Ġeħova, aħna nħossuna eqreb tiegħu. w15 9/15 4:8, 9

Il-​Ħamis, 21 taʼ Settembru

“Il-​qaddejja taʼ Ġeħova se jagħrfu idu.”—Is. 66:14.

Ħafna nies jemmnu li Alla ma jimpurtahx minn x’jagħmlu. Huma jaħsbu li Alla ma jimpurtahx verament minn dak li jiġrilhom. Pereżempju, wara maltempata qalila ħafna li qerdet parti kbira mill-​Filippini f’Novembru 2013, is-​sindku taʼ waħda mill-​bliet kbar qal: “Alla żgur kien xi mkien ieħor.” Nies oħra jaħsbu li Alla ma jistax jara dak li qed jagħmlu. (Is. 26:10, 11; 3 Ġw. 11) Xi wħud fi żmien l-​appostlu Pawlu ħasbu bl-​istess mod. Hu dwarhom qal: “M’għoġobhomx li jkollhom għarfien eżatt dwar Alla.” Huma kienu inġusti, mill-​agħar, rgħiba, u ħżiena. (Rum. 1:28, 29) Xi ngħidu għalina? Aħna nafu li Ġeħova jara kulma nagħmlu. Imma nemmnu aħna li Ġeħova hu interessat fina? Qed narawha idu tgħinna f’ħajjitna? w15 10/15 1:1-3

Il-​Ġimgħa, 22 taʼ Settembru

“Jien nurik il-​fidi tiegħi bl-​għemejjel tiegħi.”—Ġak. 2:18.

L-​ippritkar hu mod eċċellenti kif nuru l-​fidi. Għala? Għax meta nippritkaw, nuru li nemmnu li t-​tmiem hu fil-​qrib u li ‘mhux se jkun tard.’ (Ħab. 2:3) Biex inkunu nafu jekk il-​fidi tagħna hix b’saħħitha jew le, nistgħu nsaqsu lilna nfusna: ‘Kemm hu importanti għalija l-​ippritkar? Qed nagħmel kulma nistaʼ biex ngħid lil oħrajn dwar Alla? Infittex għal modi kif nagħmel iktar fis-​servizz tiegħi lil Ġeħova?’ (2 Kor. 13:5) Ejja nuru kemm hi b’saħħitha l-​fidi tagħna billi ‘bil-​fomm nistqarru pubblikament għas-​salvazzjoni,’ jiġifieri, nippritkaw l-​aħbar tajba. (Rum. 10:10) Ukoll, nuru l-​fidi tagħna f’Ġeħova hekk kif inkampaw mal-​isfidi tal-​ħajja f’din id-​dinja. Meta nkunu morda, skuraġġiti, dipressi, foqra, jew inkunu għaddejjin minn problemi oħra, irid ikollna l-​fidi li Ġeħova u Ġesù se jagħtuna “l-​għajnuna f’waqtha.” (Ebr. 4:16) Nuru l-​fidi f’Ġeħova meta nitolbuh jgħinna. w15 10/15 2:12-14

Is-​Sibt, 23 taʼ Settembru

L-​ispirtu qaddis ifakkarkom kulma għedtilkom.—Ġw. 14:26.

Iċ-​ċirkustanzi jistgħu jippermettu li ma jkollokx Bibbja, imma ħadd ma jistaʼ jwaqqfek milli timmedita fuq l-​affarijiet li tgħallimt bl-​amment, bħal pereżempju l-​iskritturi favoriti tiegħek jew xi għanjiet tas-​Saltna. (Atti 16:25) U l-​ispirtu t’Alla se jgħinek tiftakar l-​affarijiet li tgħallimt, u dan se jgħinek tibqaʼ leali. X’inhu mod wieħed kif tistaʼ tippjana l-​qari tal-​Bibbja taʼ kuljum tiegħek? Xi ġranet fil-​ġimgħa, forsi tistaʼ taqra u timmedita fuq il-​qari tal-​Bibbja taʼ kull ġimgħa tal-​Iskola tal-​Ministeru Teokratiku. Ġranet oħra tistaʼ taqra mill-​Evanġelji taʼ Mattew, Marku, Luqa, u Ġwanni u timmedita fuq dak li Ġesù qal u għamel. (Rum. 10:17; Ebr. 12:2; 1 Pt. 2:21) Minbarra dan, għandna pubblikazzjoni li tiddeskrivi l-​ġrajjiet fil-​ħajja taʼ Ġesù bl-​ordni li seħħew. Din il-​pubblikazzjoni tistaʼ tgħinek tibbenefika iktar bis-​sħiħ mill-​qari tiegħek tal-​Evanġelji.—Ġw. 14:6. w15 10/15 4:11, 12

Il-​Ħadd, 24 taʼ Settembru

“Sejjaħtilkom ħbieb, għax kulma smajt mingħand Missieri għarrafthulkom.”—Ġw. 15:15.

Ġesù kien iktar minn sempliċement is-​Sid tal-​appostli tiegħu. Kien ukoll il-​ħabib tagħhom. Fi żminijiet Bibliċi, ġeneralment sid ma kienx jitkellem mal-​ilsiera tiegħu dwar il-​ħsibijiet u s-​sentimenti tiegħu. Imma Ġesù ma kienx jittratta lill-​appostli tiegħu bħala lsiera. Hu kien iħobbhom u kien iqattaʼ l-​ħin magħhom. Kien jieħu pjaċir jgħidilhom x’kien qed jaħseb u kif kien qed iħossu, u ta widen bir-​reqqa meta huma qalulu bil-​ħsibijiet u s-​sentimenti tagħhom. (Mk. 6:30-​32) Din il-​komunikazzjoni bejn Ġesù u l-​appostli tiegħu għamlithom ħbieb tal-​qalb u ħejjiet lill-​appostli għax-​xogħol li kienu se jagħmlu fil-​futur. Ġesù kien jaf li jekk id-​dixxipli tiegħu kienu jkunu entużjasti dwar li jaqdu lil Ġeħova u kienu jibqgħu beżlin f’li jippritkaw l-​aħbar tajba, kienu se jkunu verament ferħanin. Allura, hu ħeġġiġhom biex jaħdmu iebes fl-​ippritkar, u wegħedhom li kien se jgħinhom.—Mt. 28:19, 20. w15 11/15 2:3, 5

It-​Tnejn, 25 taʼ Settembru

“Ħobb lill-​proxxmu tiegħek bħalek innifsek.”—Mt. 22:39.

L-​imħabba hi l-​kwalità prinċipali t’Alla Ġeħova. (1 Ġw. 4:16) L-​ewwel ħolqien tiegħu, Ġesù Kristu, qattaʼ biljuni taʼ snin fis-​sema maʼ Missieru u sar jaf kemm Ġeħova hu Alla taʼ mħabba. (Kol. 1:15) Ġesù wera l-​istess tip taʼ mħabba matul ħajtu kollha, kemm fis-​sema u kemm fuq l-​art. Allura, nistgħu nkunu ċerti li Ġeħova u Ġesù dejjem se jmexxu bi mħabba. Meta xi ħadd saqsa lil Ġesù x’kien l-​akbar kmandament, Ġesù qal: “‘Ħobb lil Ġeħova Alla tiegħek b’qalbek kollha u b’ruħek kollha u b’moħħok kollu.’ Dan hu l-​akbar u l-​ewwel kmandament. It-​tieni jixbhu u hu dan, ‘Ħobb lill-​proxxmu tiegħek bħalek innifsek.’” (Mt. 22:37-​39) Huwa importanti li nuru l-​imħabba fir-​relazzjonijiet kollha tagħna. Ġesù qal li għandna nħobbu lil Ġeħova u anki lill-​proxxmu tagħna. w15 11/15 4:1-3

It-​Tlieta, 26 taʼ Settembru

“Kulma nkiteb minn qabel inkiteb għall-​istruzzjoni tagħna.”—Rum. 15:4.

Ġeħova mhux dejjem ikkomunika man-​nies bl-​Ebrajk. Sakemm l-​Iżraelin ġew meħlusin minn Babilonja, uħud minnhom kienu jitkellmu bl-​Aramajk fil-​ħajja taʼ kuljum. Forsi kien għalhekk li Danjel, Ġeremija, u Esdra kitbu partijiet mill-​Bibbja bl-​Aramajk. Alessandru l-​Kbir iktar tard rebaħ ħafna pajjiżi, u l-​Grieg komuni, jiġifieri l-​Koine, sar l-​iktar lingwa mitkellma f’ħafna pajjiżi. Ħafna Lhud bdew jitkellmu l-​Grieg, u maż-​żmien l-​Iskrittura Ebrajka ġiet maqluba għall-​Grieg. Din it-​traduzzjoni tissejjaħ is-​Settanta. Kienet l-​ewwel traduzzjoni tal-​Bibbja u waħda mill-​iktar importanti. L-​esperti jemmnu li s-​Settanta tlestiet minn 72 traduttur. Xi wħud ittraduċew mill-​Iskrittura Ebrajka kelma b’kelma, waqt li oħrajn m’għamlux hekk. Minkejja dan, Lhud u Kristjani li kienu jitkellmu bil-​Grieg emmnu li s-​Settanta kienet il-​Kelma t’Alla. w15 12/15 1:4-6

L-​Erbgħa, 27 taʼ Settembru

“Ara! Kif jaqbad bosk sħiħ b’daqsxejn nar!”—Ġak. 3:5.

Ġakbu jispjega: “L-​ilsien hu nar.” (Ġak. 3:6) “L-​ilsien” ifisser l-​abbiltà tagħna li nitkellmu. U eżatt bħan-​nar, dak li ngħidu jistaʼ jagħmel ħafna ħsara. Kliemna jistaʼ jkollu effett qawwi fuq ħaddieħor. Il-​Bibbja tgħidilna wkoll li dak li ngħidu lin-​nies jistaʼ jġibilhom il-​ħajja jew il-​mewt. (Prov. 18:21) Imma jfisser dan li jkun aħjar jekk qatt ma ngħidu xejn li ma mmorrux ngħidu xi ħaġa ħażina? Dażgur li le. Mhux se nieqfu nużaw in-​nar sempliċement għax jistaʼ jkun li ninħarqu. Minflok, noqogħdu attenti kif nużawh. Pereżempju, nużaw in-​nar biex insajru l-​ikel, biex inżommu ruħna sħan, u biex ikollna d-​dawl. Bl-​istess mod, jekk noqogħdu attenti dwar il-​mod kif nitkellmu, nistgħu nużaw din l-​abbiltà biex nonoraw lil Ġeħova u biex ħaddieħor jibbenefika. (Salm 19:14) Ġeħova tana l-​abbiltà li ngħidu lil oħrajn x’naħsbu u xi nħossu, jew billi nitkellmu jew billi nagħmlu sinjali b’idejna. Allura, din l-​għotja għandha tintuża biex tinkuraġġixxi lil oħrajn, u mhux nkissruhom.—Ġak. 3:9, 10. w15 12/15 3:1-3

Il-​Ħamis, 28 taʼ Settembru

“Luqa, it-​tabib maħbub, iselli għalikom.”—Kol. 4:14.

X’aktarx Luqa għen lil Pawlu u oħrajn meta mardu fil-​vjaġġi missjunarji tagħhom. (Gal. 4:13) Bħalma qal Ġesù, “dawk li huma morda” għandhom bżonn tabib. (Lq. 5:31) Luqa ma kienx sempliċement xi ħadd li kien jieħu gost jagħti pariri dwar is-​saħħa. Kien imħarreġ bħala tabib. Il-​Bibbja ma tgħidilniex fejn jew meta ġie mħarreġ. Imma meta Pawlu kiteb lill-​Kolossin, qalilhom li Luqa sella għalihom. Allura, hu possibbli li Luqa kien imħarreġ fi skola medika f’Laodiċija, belt ħdejn Kolossi. Minbarra dan, meta Luqa kiteb l-​Evanġelju tiegħu u l-​ktieb tal-​Atti, uża kliem mediku speċifiku. Peress li kien tabib, inkluda ħafna rakkonti taʼ meta Ġesù fejjaq in-​nies. w15 12/15 4:11, 12

Il-​Ġimgħa, 29 taʼ Settembru

“Grazzi lil Alla għall-​għotja b’xejn tiegħu li ma tistax tiġi deskritta.”—2 Kor. 9:15.

Ġeħova tana l-​akbar għotja, jew rigal, taʼ mħabba meta bagħat lil Ibnu l-​għażiż Ġesù, fuq l-​art! (Ġw. 3:16; 1 Ġw. 4:9, 10) L-​appostlu Pawlu sejjaħ dan ir-​rigal ‘għotja b’xejn li ma tistax tiġi deskritta.’ Pawlu kien jaf li s-​sagrifiċċju taʼ Ġesù hu garanzija li l-​wegħdi mill-​isbaħ kollha t’Alla se jseħħu. (2 Kor. 1:20) Dan ifisser li l-​‘għotja b’xejn t’Alla li ma tistax tiġi deskritta’ tinkludi s-​sagrifiċċju taʼ Ġesù u t-​tjubija kollha u l-​imħabba leali li Ġeħova jurina. Rigal prezzjuż bħal dan hu impossibbli li tiddeskrivih b’tali mod li aħna nistgħu nifhmuh għalkollox. Dan ir-​rigal speċjali kif għandu jeffettwana? Għandu jqanqlek terġaʼ taħseb dwar l-​azzjonijiet tiegħek u jġiegħlek tagħmel bidliet f’ħajtek? Tħossok imqanqal li tkun trid tagħti u tħobb iktar lil oħrajn u li taħfer lil kull min ma weriex qalb tajba miegħek? Ftakar, ir-​rigal li Alla ħallas tal-​fidwa hu ħafna ikbar mir-​rigal li qatt ingħata.—1 Pt. 3:18. w16.01 2:1, 2, 4, 5

Is-​Sibt, 30 taʼ Settembru

“Ir-​riħ jonfoħ fejn irid, u int tismaʼ l-​ħoss tiegħu, imma ma tafx mnejn jiġi u fejn sejjer. Hekk ukoll kulmin twieled mill-​ispirtu.”—Ġw. 3:8.

Xi ħadd li ġie midluk forsi jaħseb, ‘Ġeħova għala għażel lili u mhux lil ħaddieħor?’ Jistaʼ jkun li saħansitra jħoss li forsi ma jistħoqqlux din ir-​responsabbiltà. Imma m’għandu l-​ebda dubju li Ġeħova għażlu. Minflok, iħossu ferħan se jtir u hu grat ħafna għal din l-​għotja. Il-​midlukin iħossuhom l-​istess bħalma ħassu Pietru meta qal: “Ikun imbierek Alla u Missier il-​Mulej tagħna Ġesù Kristu, għax fil-​ħniena kbira tiegħu wilidna mill-​ġdid għal tama ħajja permezz taʼ l-​irxoxt taʼ Ġesù Kristu mill-​imwiet, għal wirt li ma jitħassarx u ma jitniġġisx u ma jispiċċax. Dan hu merfugħ fis-​smewwiet għalikom.” (1 Pt. 1:3, 4) Meta wħud midlukin jaqraw dan il-​kliem, huma jafu mingħajr l-​iċken dubju li Missierhom qed jitkellem magħhom persunalment. w16.01 3:11, 12

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja