LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • es17 pp. 108-118
  • Novembru

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Novembru
  • Neżaminaw l-Iskrittura Kuljum—2017
  • Sottitli
  • L-​Erbgħa, 1 taʼ Novembru
  • Il-​Ħamis, 2 taʼ Novembru
  • Il-​Ġimgħa, 3 taʼ Novembru
  • Is-​Sibt, 4 taʼ Novembru
  • Il-​Ħadd, 5 taʼ Novembru
  • It-​Tnejn, 6 taʼ Novembru
  • It-​Tlieta, 7 taʼ Novembru
  • L-​Erbgħa, 8 taʼ Novembru
  • Il-​Ħamis, 9 taʼ Novembru
  • Il-​Ġimgħa, 10 taʼ Novembru
  • Is-​Sibt, 11 taʼ Novembru
  • Il-​Ħadd, 12 taʼ Novembru
  • It-​Tnejn, 13 taʼ Novembru
  • It-​Tlieta, 14 taʼ Novembru
  • L-​Erbgħa, 15 taʼ Novembru
  • Il-​Ħamis, 16 taʼ Novembru
  • Il-​Ġimgħa, 17 taʼ Novembru
  • Is-​Sibt, 18 taʼ Novembru
  • Il-​Ħadd, 19 taʼ Novembru
  • It-​Tnejn, 20 taʼ Novembru
  • It-​Tlieta, 21 taʼ Novembru
  • L-​Erbgħa, 22 taʼ Novembru
  • Il-​Ħamis, 23 taʼ Novembru
  • Il-​Ġimgħa, 24 taʼ Novembru
  • Is-​Sibt, 25 taʼ Novembru
  • Il-​Ħadd, 26 taʼ Novembru
  • It-​Tnejn, 27 taʼ Novembru
  • It-​Tlieta, 28 taʼ Novembru
  • L-​Erbgħa, 29 taʼ Novembru
  • Il-​Ħamis, 30 taʼ Novembru
Neżaminaw l-Iskrittura Kuljum—2017
es17 pp. 108-118

Novembru

L-​Erbgħa, 1 taʼ Novembru

“Abraham ħa l-​aħħar nifs u miet meta kien xjaħ sew, xiħ u sodisfatt.”—Ġen. 25:8.

Meta naqraw li Abraham kien “xiħ u sodisfatt,” dan ma jfissirx li ma kellux xewqa li jgħix fil-​futur. Il-​Bibbja tgħid li Abraham “kien qed jistenna l-​belt li għandha sisien taʼ veru, li l-​bennej tagħha u dak li għamilha hu Alla.” (Ebr. 11:10) Immaġina kemm se jkun ferħan Abraham meta jgħix f’ġenna fuq l-​art u jkompli jsaħħaħ il-​ħbiberija tiegħu m’Alla. Se jkun ferħan meta jsir jaf li l-​eżempju tiegħu taʼ fidi għen lill-​qaddejja t’Alla għal eluf taʼ snin! Fil-​Ġenna tal-​art se jsir jaf li s-​sagrifiċċju fuq il-​Muntanja Morija ta stampa bil-​quddiem taʼ xi ħaġa ħafna akbar. (Ebr. 11:19) U se jitgħallem kif in-​niket li ħass, meta pprepara biex jissagrifika lil ibnu Iżakk, għen lil miljuni taʼ wħud leali jifhmu n-​niket taʼ Ġeħova meta ta lil Ibnu, Ġesù Kristu, bħala fidwa għall-​bnedmin.—Ġw. 3:16. w16.02 1:15, 16

Il-​Ħamis, 2 taʼ Novembru

“Ja bin mara ribelluża, ma nafx tajjeb jien li int qed tippreferi lil bin Ġesse b’għajb għalik u b’għajb għall-​għera t’ommok?”—1 Sam. 20:30.

Aħna nistgħu nkunu leali lejn Ġeħova wkoll jekk ħu li qed imexxi jittrattana ħażin. Is-​Sultan Sawl kien maħtur minn Alla, però ttratta lil ibnu stess ħażin. Hu ma fehemx għala Ġonatan kien iħobb lil David. Allura meta Ġonatan ipprova jgħin lil David, Sawl irrabja ħafna, u imbarazza lil ibnu quddiem ħafna nies. Imma Ġonatan xorta baqaʼ juri rispett lejn missieru. Fl-​istess ħin, hu baqaʼ leali lejn Ġeħova u lejn David, li ntgħażel minn Alla biex ikun is-​sultan tal-​Iżrael li kien imiss. (1 Sam. 20:31-​41) Fil-​kongregazzjonijiet tagħna tal-​lum, l-​aħwa li qed imexxu jipprovaw jimxu b’mod ġust maʼ kulħadd. Imma dawn l-​aħwa huma imperfetti. Minħabba dan, huwa possibbli li forsi ma jifhmux għala nkunu għamilna xi ħaġa. (1 Sam. 1:13-​17) Allura, jekk xi darba niġu ġġudikati jew mifhumin ħażin, ejja nibqgħu leali lejn Ġeħova. w16.02 3:14, 15

Il-​Ġimgħa, 3 taʼ Novembru

“Jekk xi ħadd irid jiġi warajja, ħa jiċħad lilu nnifsu u jerfaʼ z-​zokk tat-​tortura tiegħu.”—Mt. 16:24.

Xi wħud iżgħar fl-​età ma jifhmux verament x’inhi d-​differenza bejn id-​dedikazzjoni u l-​magħmudija. Xi wħud forsi jgħidu li diġà ddedikaw ruħhom lil Ġeħova imma għadhom mhumiex lesti li jitgħammdu. Imma huwa verament possibbli dan? Dedikazzjoni hi talba li fiha tgħid lil Ġeħova li int twiegħed li taqdih għal dejjem. Meta titgħammed, turi lil oħrajn li diġà għamilt dedikazzjoni lil Ġeħova. Allura qabel ma titgħammed, trid tifhem xi jfisser li tkun iddedikat lil Alla. Meta tiddedika ħajtek lil Ġeħova, tkun qed tgħidlu li int issa tiegħu. Tkun qed twiegħdu li l-​iktar ħaġa li se tkun importanti f’ħajtek hi li taqdi lilu. Wegħda bħal din lil Ġeħova hi serja ħafna!—Mt. 5:33. w16.03 1:14, 15

Is-​Sibt, 4 taʼ Novembru

“Ħa nikbru bl-​imħabba f’kollox.”—Efes. 4:15.

Pawlu uża l-​eżempju taʼ ġisem biex jispjega li kull Kristjan jistaʼ jgħin il-​kongregazzjoni biex tibqaʼ magħquda u biex issegwi lil Ġesù, il-​Mexxej tal-​kongregazzjoni. Hu qal li l-​partijiet kollha tal-​ġisem jikkooperaw “permezz taʼ kull ġog li jagħti dak li hu meħtieġ.” (Efes. 4:16) Allura, kemm jekk aħna kbar u kemm jekk aħna żgħar, għandna saħħa tajba jew le, x’għandna nagħmlu b’mod individwali? Ġesù ħatar anzjani biex imexxu fil-​kongregazzjoni, u hu jridna nirrispettawhom u nsegwu d-​direzzjoni li jagħtuna. (Ebr. 13:7, 17) Dan ma jkunx dejjem faċli biex isir. Imma nistgħu nitolbu għall-​għajnuna taʼ Ġeħova. L-​ispirtu qaddis tiegħu jistaʼ jgħinna nobdu kull direzzjoni li l-​anzjani jagħtuna. Apparti minn hekk, aħseb kemm nistgħu ngħinu l-​kongregazzjoni tagħna jekk inkunu umli u nikkooperaw mal-​anzjani. Il-​kongregazzjoni tagħna se tkun magħquda, u l-​imħabba tagħna għal xulxin se tissaħħaħ. w16.03 3:8, 9

Il-​Ħadd, 5 taʼ Novembru

“Il-​kelma t’Alla hi ħajja u qawwija.”—Ebr. 4:12.

Meta xi aħwa rġiel kienu iżgħar, il-​ġenituri ma ħeġġewhomx biex jagħmlu miri fis-​servizz taʼ Ġeħova. Għalhekk, is-​servizz lil Alla qatt ma ħa l-​ewwel post f’ħajjithom. (Mt. 10:24) Għalhekk anzjan għandu jieħu l-​ħin biex isir ħabib maʼ ħu li jixtieq iħarreġ għal privileġġi tal-​kongregazzjoni u jgħidlu kemm il-​kongregazzjoni għandha bżonnu. Imbagħad, hekk kif jgħaddi ż-​żmien, l-​anzjan ipoġġi bilqiegħda u jirraġuna miegħu permezz taʼ skritturi li jistgħu jgħinuh jaħseb dwar id-​dedikazzjoni tiegħu lil Ġeħova. (Ekk. 5:4; Is. 6:8; Mt. 6:24, 33; Lq. 9:57-​62; 1 Kor. 15:58; 2 Kor. 5:15; 13:5) Jipprova jilħaqlu qalbu billi jistaqsih mistoqsijiet bħal: ‘X’wegħedt lil Ġeħova meta ddedikajt ħajtek lilu? Kif taħseb li ħassu Ġeħova meta tgħammidt?’ (Prov. 27:11) ‘Satana kif ħassu?’ (1 Pt. 5:8) L-​anzjani qatt ma għandhom jiddubitaw li skritturi bħal dawn jistgħu jolqtu lil ħu fil-​laħam il-​ħaj u tassew jistgħu jeffettwawlu qalbu. w15 4/15 2:9, 11

It-​Tnejn, 6 taʼ Novembru

Itfgħu l-​ansjetà kollha tagħkom fuqu, għax hu jimpurtah minnkom.—1 Pt. 5:7.

Ġeħova għala mhux dejjem iwieġeb it-​talb tagħna mill-​ewwel? Il-​Bibbja tgħid li Ġeħova hu Missierna u li aħna wliedu. (Salm 103:13) Missier uman lil ibnu ma jagħtihx kulma jitolbu u lanqas ma jagħtih kulma jrid mill-​ewwel. Missier jaf li t-​tfal għandhom mnejn ikunu jridu xi ħaġa dak il-​ħin stess u mbagħad ma jkunux iriduha iktar. Missier jaf ukoll x’inhu l-​aħjar għal ibnu, u jaf kif din il-​ħaġa tistaʼ teffettwa lil oħrajn. Hu jaf x’għandu bżonn it-​tifel u meta għandu jagħtihielu. Jekk il-​missier jagħti lil ibnu kulma jitolbu mill-​ewwel, il-​missier jispiċċa l-​qaddej t’ibnu. Ġeħova, Missierna tas-​sema, iħobbna. Bħala l-​Ħallieq għaref tagħna, hu jaf x’għandna bżonn u hu jiddeċiedi meta jkun l-​aħjar biex jagħtina dak li nitolbuh. Ikun għall-​ġid tagħna li nistennew u naraw kif Ġeħova jwieġeb it-​talb tagħna.—Is. 29:16; 45:9. w15 4/15 4:6, 7

It-​Tlieta, 7 taʼ Novembru

“Opponu lix-​Xitan, u hu jaħrab minnkom.”—Ġak. 4:7.

It-​tmiem taʼ din is-​sistema hu qrib, u Satana jridna nuru ‘ħniena’ magħna nfusna billi nkunu moħħna f’li jkollna suċċess f’din id-​dinja. Iridna ninsew li qed ngħixu fl-​aħħar żminijiet u jridna nieqfu milli nkunu għassa. Tħallix dan jiġri lilek! Minflok, ‘ibqaʼ għassa.’ (Mt. 16:22, 23; 24:42) Qatt temmen il-​gidba taʼ Satana li t-​tmiem hu fil-​bogħod jew li mhu ġej qatt. Satana jridna nemmnu li ma jixirqilniex l-​imħabba taʼ Ġeħova u li Alla qatt ma jaħfer id-​dnubiet tagħna. Dan mhu xejn ħlief gideb minn Satana. Aħseb dwar dan, min verament ma jixraqlux l-​imħabba taʼ Ġeħova? Huwa Satana. Min hu dak li Alla mhu se jaħfirlu qatt? Huwa Satana. Imma l-​Bibbja taċċertana: “Alla mhux inġust biex jinsa għemilkom u l-​imħabba li wrejtu għal ismu.” (Ebr. 6:10) Ġeħova japprezza kulma nagħmlu biex nogħġbuh, u s-​servizz tagħna għalih qatt mhu għalxejn. (1 Kor. 15:58) Allura titqarrqux u temmnu l-​gideb taʼ Satana. w15 5/15 1:16-19

L-​Erbgħa, 8 taʼ Novembru

“Rawhom mill-​bogħod u laqgħuhom.”—Ebr. 11:13.

Abraham kien jaf li Ġeħova dejjem kien żamm il-​wegħdi tiegħu fil-​passat, u allura kien ċert li l-​wegħdi kollha taʼ Ġeħova għall-​futur ukoll se jitwettqu. Minħabba li Abraham kellu l-​fidi f’dak li kien wiegħdu Ġeħova, hu baqaʼ jagħmel dak li Ġeħova talbu jagħmel. Pereżempju, telaq mid-​dar tiegħu fil-​belt t’Ur, u għall-​bqija taʼ ħajtu, m’għexx f’xi belt b’mod permanenti. Kien jaf li l-​bliet taʼ madwaru kienu temporanji għax il-​ħakkiema tagħhom ma kinux jaqdu lil Ġeħova. (Ġoż. 24:2) Minflok, ħares ’il quddiem għal dak iż-​żmien meta Ġeħova u l-​gvern tiegħu se jmexxu l-​art għal dejjem. Dan il-​gvern hu “l-​belt li għandha sisien taʼ veru, li l-​bennej tagħha u dak li għamilha hu Alla.” (Ebr. 11:10) Abraham, Abel, Enok, Noè, u oħrajn emmnu fl-​irxoxt. Kull meta ħasbu dwar li jgħixu għal dejjem f’dinja mill-​isbaħ, il-​fidi tagħhom f’Ġeħova ssaħħet saħansitra iktar.—Ebr. 11:15, 16. w15 5/15 3:8, 9

Il-​Ħamis, 9 taʼ Novembru

“Kristu hu l-​qawwa t’Alla.”—1 Kor. 1:24.

Ġeħova wera l-​qawwa tiegħu b’modi tal-​għaġeb permezz taʼ Ġesù Kristu. Meta Ġesù kien fuq l-​art, hu għamel il-​mirakli. Nistgħu naqraw dwar ftit minnhom fil-​Bibbja, u dawn jistgħu jsaħħulna l-​fidi. (Mt. 9:35; Lq. 9:11) Iva, Ġeħova ta lil Ġesù qawwa kbira, u għalhekk l-​appostlu Pawlu setaʼ jgħid il-​kliem li għandna fl-​iskrittura tal-​lum. Imma l-​mirakli taʼ Ġesù kif jeffettwawna? L-​appostlu Pietru qal li Ġesù għamel “għeġubijiet,” jew mirakli. (Atti 2:22) Dawn il-​mirakli x’jgħallmuna? Jgħallmuna x’se jagħmel Ġesù matul it-​tmexxija tiegħu t’elf sena. F’dak iż-​żmien, se jagħmel mirakli akbar li se jkunu taʼ benefiċċju għall-​bnedmin kollha fuq l-​art. Ukoll, il-​mirakli tiegħu jgħallmuna ħafna dwar il-​kwalitajiet tiegħu u taʼ Missieru. w15 6/15 1:1, 2

Il-​Ġimgħa, 10 taʼ Novembru

“Bdiet tgħid: ‘Jekk imqar immisslu ħwejġu nfiq.’”—Mk. 5:28.

Ġesù kien jaf li Ġeħova kien fejjaq lill-​mara, u għalhekk b’qalb tajba qalilha: “Binti, il-​fidi tiegħek fejqitek. Mur fil-​paċi, u kun imfejqa mill-​marda kiefra tiegħek.” (Mk. 5:34) Tassew inqawwu qalbna meta naraw kemm Ġesù kien juri mħabba man-​nies, speċjalment maʼ dawk li kienu morda. X’differenza minn Satana! Dan jipprova jikkonvinċina li ma niswew xejn u li ħadd ma jħobbna. Madanakollu, il-​mirakli taʼ Ġesù wrew li tassew jimpurtah minna u mill-​problemi tagħna. Kemm aħna grati li għandna Sultan u Qassis il-​Kbir li juri tant imħabba! (Ebr. 4:15) Jistaʼ jkun diffiċli għalina li nifhmu kif iħossu xi ħadd li ilu marid għal ħafna żmien, speċjalment jekk m’aħniex morda. Imma aħseb dwar Ġesù. Kellu mogħdrija għall-​morda, avolja qatt ma kien marid. Jalla nagħmlu l-​almu tagħna biex nimitaw l-​eżempju tiegħu taʼ mħabba.—1 Pt. 3:8. w15 6/15 2:11, 12

Is-​Sibt, 11 taʼ Novembru

“L-​isem t’Alla qed jiġi mkasbar minħabba fikom fost il-​ġnus.”—Rum. 2:24.

Aħna għandna l-​unur li nafu isem Alla u li aħna “poplu għal ismu.” (Atti 15:14; Is. 43:10) Aħna nitolbu, “Ħa jitqaddes ismek.” (Mt. 6:9) Barra minn hekk, nitolbu lil Ġeħova biex jgħinna ħalli ma nagħmlux jew ngħidu xi ħaġa li forsi tiddiżonorah. Ma rridux inkunu bħal xi wħud tal-​ewwel seklu li għallmu mod imma mbagħad għamlu mod ieħor kif inhu msemmi fl-​iskrittura tal-​lum. Ġeħova se jqaddes ismu għalkollox meta jneħħi lil dawk kollha li jiddiżonorawh u jirrifjutawh bħala l-​Mexxej tagħhom. (Eżek. 38:22, 23) F’dak iż-​żmien, il-​bnedmin se jsiru perfetti, u kull min ikun fis-​sema u kull min ikun fuq l-​art se jqim lil Ġeħova u se jonora l-​isem qaddis tiegħu. Fl-​aħħar, Missierna kollu mħabba se “jkun kollox għal kulħadd.”—1 Kor. 15:28. w15 6/15 4:7, 10

Il-​Ħadd, 12 taʼ Novembru

“Is-​smewwiet it-​tron tiegħi, u l-​art il-​banketta għal saqajja.”—Is. 66:1.

Fl-​Iskrittura Ebrajka, il-​frażi “banketta għal saqajja” ntużat ukoll biex tiddeskrivi t-​tempju tal-​qedem f’Iżrael. (1 Kron. 28:2; Salm 132:7) It-​tempju kien sabiħ ħafna għal Ġeħova għax kien iċ-​ċentru tal-​qima vera. U kien jintuża biex jigglorifika lil Ġeħova fuq l-​art. (Is. 60:13) X’inhu ċ-​ċentru tal-​qima vera llum? Mhuwiex xi bini bħalma kien it-​tempju. Hu tempju spiritwali, u dan jigglorifika lil Ġeħova iktar milli qatt setaʼ jagħmel kwalunkwe bini. X’inhu t-​tempju spiritwali? Hu l-​arranġament t’Alla li jagħmilha possibbli għall-​bnedmin biex isiru l-​ħbieb tiegħu u jqimuh. Huwa biss permezz tal-​fidwa taʼ Ġesù li dan l-​arranġament sar possibbli. Dan l-​arranġament beda fis-​sena 29 wara Kristu (WK) meta Ġesù tgħammed u ġie midluk bħala l-​Qassis il-​Kbir tat-​tempju spiritwali taʼ Ġeħova.—Ebr. 9:11, 12. w15 7/15 1:1-3

It-​Tnejn, 13 taʼ Novembru

“Jaraw lil Bin il-​bniedem ġej fi sħaba b’qawwa u glorja kbira.”—Lq. 21:27.

Hu se jippremja lil dawk li huma leali u jikkastiga lil dawk li mhumiex. (Mt. 24:46, 47, 50, 51; 25:19, 28-​30) Ġesù uża tixbiha biex jispjega dan b’iktar dettall. Hu qal: “Meta Bin il-​bniedem jasal fil-​glorja tiegħu, u l-​anġli kollha miegħu, imbagħad joqgħod bil-​qiegħda fuq it-​tron glorjuż tiegħu. U l-​ġnus kollha jinġabru quddiemu, u hu jifred lin-​nies, wieħed mill-​ieħor, bħalma ragħaj jifred in-​nagħaġ mill-​mogħoż. U jpoġġi lin-​nagħaġ fuq il-​lemin tiegħu u l-​mogħoż fuq ix-​xellug.” (Mt. 25:31-​33) X’se jiġri min-​nagħaġ u l-​mogħoż? Se jiġu ġġudikati. Il-​mogħoż, jew l-​uħud żleali, se “jmorru fil-​qtugħ taʼ dejjem.” Imma n-​nagħaġ, jew l-​uħud leali, se jirċievu l-​ħajja taʼ dejjem.—Mt. 25:46. w15 7/15 2:11, 12

It-​Tlieta, 14 taʼ Novembru

“Ara! Kemm hu tajjeb u sabiħ li l-​aħwa jgħammru flimkien f’unità!”—Salm 133:1.

Normalment nieħdu pjaċir bl-​ikel, il-​lingwa, il-​veduti, u d-​drawwiet tal-​post li trabbejna fih. Imma nħossu aħna li dak li nħobbu hu dejjem aħjar minn dak li ħaddieħor iħobb? Ġeħova jridna nieħdu pjaċir bil-​varjetà t’affarijiet li ħalaq. (Salm 104:24; Riv. 4:11) Allura għala għandna noqogħdu ninsistu li hemm mod kif tagħmel xi ħaġa li hu aħjar minn ieħor? Ġeħova jrid lil kull xorta taʼ bnedmin biex jitgħallmu dwaru, iqimuh, u jgħixu għal dejjem. (Ġw. 3:16; 1 Tim. 2:3, 4) Għalhekk meta ħutna jkollhom ideat differenti minn tagħna, aħna nkunu lesti li nagħtuhom widen, sakemm l-​ideat tagħhom huma aċċettabbli għal Ġeħova. Jekk nagħmlu hekk, ħajjitna tkun interessanti u pjaċevoli, u aħna nibqgħu magħqudin maʼ ħutna rġiel u nisa. Bħalma ddiskutejna, minħabba li aħna leali lejn Ġeħova u s-​Saltna tiegħu, aħna ma niġbdux lejn naħa jew oħra fil-​konflitti tad-​dinja. Aħna nobogħdu l-​kburija u l-​kompetizzjoni tad-​dinja taʼ Satana. Kemm aħna grati li Ġeħova għallimna nħobbu l-​paċi u nkunu umli! w15 7/15 3:17, 18

L-​Erbgħa, 15 taʼ Novembru

Alla jimpurtah minnkom.—1 Pt. 5:7.

Hemm ħafna modi kif nistgħu nuru li nħobbu lil Ġeħova. Pereżempju, nistgħu nuru li nħobbu lil Ġeħova billi b’żelu ngħidu lil oħrajn dwar l-​aħbar tajba tas-​Saltna. (Mt. 24:14; 28:19, 20) Nistgħu wkoll nuru li nħobbu ’l Alla billi b’lealtà nissaportu sitwazzjonijiet diffiċli li jgħaddu minn prova l-​fidi tagħna. (Salm 84:11; Ġak. 1:2-​5) Anki jekk il-​provi tagħna huma diffiċli ħafna, nistgħu nkunu ċerti li Ġeħova hu konxju tas-​sofferenzi tagħna u li se jgħinna għax aħna prezzjużi għalih. (Salm 56:8) L-​imħabba tagħna għal Ġeħova timmotivana biex nimmeditaw fuq l-​affarijiet mill-​isbaħ kollha li ħalaq. Aħna nuru lil Ġeħova li nħobbu lilu u l-​Kelma tiegħu billi nkunu studenti tajbin tal-​Bibbja. Aħna nitolbu lil Ġeħova b’mod regulari għax inħobbuh u rridu nsaħħu r-​relazzjoni tagħna miegħu. U meta nimmeditaw fuq ir-​rigal prezzjuż tal-​fidwa, insiru nħobbuh saħansitra iktar. (1 Ġw. 2:1, 2) Dawn huma biss ftit mill-​ħafna modi kif nistgħu nuru lil Ġeħova li napprezzaw l-​imħabba dejjiema li għandu għalina. w15 8/15 1:6, 17, 18

Il-​Ħamis, 16 taʼ Novembru

“Aħjar min hu paċenzjuż.”—Ekk. 7:8.

Fid-​dinja l-​ġdida, kultant se jkollna nkunu paċenzjużi. Pereżempju, forsi nisimgħu li xi wħud huma eċċitati ħafna għax il-​qraba u l-​ħbieb tagħhom ġew irxoxtati. Però, forsi jkollna nistennew biex il-​maħbubin tagħna jiġu rxoxtati. Jekk jiġri dan, se nifirħu aħna mal-​oħrajn u nkunu paċenzjużi? (Rum. 12:15) Jekk nitgħallmu issa biex nistennew bil-​paċenzja ħalli Ġeħova jwettaq il-​wegħdi tiegħu, dan se jgħinna nkunu paċenzjużi f’dak iż-​żmien. Nistgħu nippreparaw għad-​dinja l-​ġdida wkoll billi nkunu paċenzjużi meta nirċievu aġġustamenti għall-​mod kif nifhmu l-​verità tal-​Bibbja. Nistudjaw aħna dan il-​materjal ġdid, u paċenzjużi aħna jekk ma nifhmuhx bis-​sħiħ? Jekk iva, mela fid-​dinja l-​ġdida se jkun eħfef għalina li nkunu paċenzjużi kull meta Ġeħova jagħtina istruzzjonijiet ġodda.—Prov. 4:18; Ġw. 16:12. w15 8/15 3:9, 10

Il-​Ġimgħa, 17 taʼ Novembru

Aslu għall-​qjies taʼ statura li jiġi mill-​milja tal-​Kristu.—Efes. 4:13.

L-​appostlu Pawlu ried li l-​Kristjani f’Efesu jsiru maturi. Hu ħeġġiġhom biex ikunu magħqudin fil-​fidi u jibqgħu jitgħallmu dwar Ġesù ħalli kull wieħed minnhom isir “raġel li kiber għalkollox, għall-​qjies taʼ statura li jiġi mill-​milja tal-​Kristu.” (Efes. 4:13) Il-​kongregazzjoni f’Efesu diġà kienet ilha teżisti għal diversi snin meta Pawlu kiteb l-​ittra. Ħafna wħud f’dik il-​kongregazzjoni diġà kienu Kristjani maturi u tal-​esperjenza. Imma, kien għad hemm xi wħud fosthom li kellhom bżonn isaħħu iktar ir-​relazzjoni tagħhom maʼ Ġeħova. B’mod simili llum, ħafna aħwa rġiel u nisa ilhom jaqdu lil Ġeħova għal żmien twil u saru Kristjani maturi. Madanakollu, xi wħud fil-​kongregazzjonijiet għadhom ma waslux sa dak il-​punt. Pereżempju, eluf taʼ nies jitgħammdu kull sena, u allura xi wħud għad iridu jilħqu l-​maturità. Xi ngħidu għalik?—Kol. 2:6, 7. w15 9/15 1:2, 3

Is-​Sibt, 18 taʼ Novembru

“It-​taħriġ tal-​ġisem hu taʼ benefiċċju għal ftit.”—1 Tim. 4:8.

Ħafna jħossu li eżerċizzju regulari jgħin biex dak li jkun iħossu tajjeb u li jkun taʼ ġid għal saħħtu. Però, xi ngħidu jekk irridu nagħmlu l-​eżerċizzju maʼ grupp? Tagħmel differenza maʼ min nagħmlu l-​eżerċizzju? Proverbji 13:20 jgħidilna: “Min qed jimxi maʼ l-​għorrief se jsir għaref, imma min qed jagħmilha maʼ l-​istupidi se jaħbatlu ħażin.” B’mod ċar, huwa importanti li nużaw il-​kuxjenza tagħna mħarrġa fuq il-​Bibbja meta niġu biex nagħżlu d-​divertiment. Kemm tqattaʼ ħin fid-​divertiment? Tpoġġi attivitajiet bħal-​laqgħat, is-​servizz, u l-​istudju tal-​Bibbja l-​ewwel f’ħajtek, jew id-​divertiment qed jiġi l-​ewwel? X’inhu l-​iktar importanti għalik? Ġesù qal: “Ibqgħu fittxu l-​ewwel is-​saltna u s-​sewwa tiegħu, u dawn l-​affarijiet l-​oħrajn kollha se jiżdidulkom.” (Mt. 6:33) Meta tiddeċiedi kif tqattaʼ l-​ħin tiegħek, qiegħda l-​kuxjenza tiegħek tfakkrek fil-​parir taʼ Ġesù? w15 9/15 2:13, 15

Il-​Ħadd, 19 taʼ Novembru

Għala int mgħaddab għall-​aħħar u qarrast wiċċek? Jekk iddur biex tagħmel it-​tajjeb, ma tiġix milqugħ? Se trażżnu int, min-​naħa tiegħek id-​dnub?—Ġen. 4:6, 7.

Meta Ġeħova ra li Kajjin kien lest li jagħmel xi ħaġa ħażina ħafna, hu pprova jgħin lil Kajjin. Kajjin irrifjuta l-​għajnuna taʼ Ġeħova, u b’hekk bata l-​konsegwenzi. (Ġen. 4:11-​13) Darb’oħra, Ġeħova nnota l-​attitudni ħażina taʼ Baruk li kienet qed tagħmlu għajjien u skuraġġit. Allura Ġeħova qal lil Baruk li l-​irraġunar tiegħu kien ħażin u li hu kellu bżonn jinbidel. Baruk sema’ mill-​parir taʼ Ġeħova, u b’hekk ġie salvat. (Ġer. 45:2-​5) Ġeħova jiggwidana u jiddixxiplinana għax iħobbna. Hu mhux biss jikkoreġina meta jkun neċessarju, imma jħarriġna wkoll. (Ebr. 12:6) Fil-​Bibbja, naqraw dwar qaddejja leali li ġew imħarrġin minn Ġeħova biex isiru nies aħjar. w15 9/15 4:12, 13

It-​Tnejn, 20 taʼ Novembru

Il-​qaddejja tiegħek ġew minħabba isem Ġeħova Alla tiegħek, għax smajna bil-​fama tiegħu u b’kulma għamel.—Ġoż. 9:9.

Il-​Gibegħonin b’għaqal għarfu li l-​għajnuna tal-​Iżrael kienet ġejja mill-​Alla l-​veru. Raħab ukoll rat id Ġeħova. Hi ma kinitx Iżraelija, imma kienet semgħet dwar kif Ġeħova ħeles lill-​poplu tiegħu mill-​Eġittu. Meta żewġ spiji Iżraelin marru għandha, qaltilhom: “Jien tassew naf li Ġeħova se jagħtikom l-​art.” Raħab kienet temmen li Ġeħova setaʼ jeħles lilha u l-​familja tagħha. Hi wriet li kellha fidi f’Ġeħova minkejja li kienet taf li din il-​waqfa kienet se tipperikolalha ħajjitha. (Ġoż. 2:9-​13; 4:23, 24) Dawn l-​eżempji u oħrajn li nsibu fil-​Bibbja jgħinuna nifhmu xi jfisser li ‘naraw lil Alla’ jew li naraw l-​id t’Alla. Hekk kif insiru nafu lil Ġeħova u l-​kwalitajiet tiegħu, aħna naraw idu, jiġifieri l-​għajnuna tiegħu, permezz tal-​‘għajnejn taʼ qalbna.’ (Efes. 1:18) Dan jimmotivana biex inkunu rridu nimitaw in-​nies leali tal-​passat u tal-​preżent li raw kif Ġeħova għen lill-​poplu tiegħu. w15 10/15 1:6, 7, 9

It-​Tlieta, 21 taʼ Novembru

“Ġesù kien iħobbhom lil Marta u lil oħtha u lil Lazzru.”—Ġw. 11:5.

Marta kienet ħabiba ħafna maʼ Ġesù, u l-​Bibbja tgħid li kien iħobbha. Ovvjament, Marta ma kinitx l-​unika mara li Ġesù kien iħobb u jirrispetta. Pereżempju, Marija, li tiġi oħt Marta, ukoll kienet ħabiba mill-​qrib taʼ Ġesù. U Ġesù ħabb lil ommu stess, Marija. (Ġw. 19:25-​27) Allura Ġesù għala kien iħobb lil Marta? Ġesù ħabb lil Marta għax kellha qalba tajba u kienet ġeneruża, u wkoll kienet ħabrieka. Imma Ġesù ħabbha l-​iktar għax kellha fidi soda. Hi kienet temmen dak kollu li Ġesù għallem, u hi ma kellha l-​ebda dubju li hu kien il-​Messija mwiegħed. (Ġw. 11:21-​27) Minkejja dan, Marta ma kinitx perfetta. Bħalna lkoll, hi għamlet l-​iżbalji. Pereżempju, darba minnhom meta Ġesù kien qed iżurhom, Marta kienet irrabjata m’oħtha Marija, u qalet lil Ġesù li hu għandu jikkoreġiha. Marta qalet, “Mulej, ma jimpurtakx int li oħti ħallietni nieħu ħsieb kollox waħdi? Għalhekk, għidilha tiġi tgħinni.”—Lq. 10:38-​42. w15 10/15 3:1, 2

L-​Erbgħa, 22 taʼ Novembru

“Ersqu qrib lejn Alla, u hu jersaq qrib lejkom.”—Ġak. 4:8.

Li timmedita fuq Ġeħova u Ġesù jgħinek tibqaʼ żeluż għall-​verità. Iż-​żelu tiegħek se jinkuraġġixxi lil ħutek u lin-​nies li tiltaqaʼ magħhom fis-​servizz tal-​għalqa. U meta timmedita fuq dak li għamel għalik Ġeħova billi pprovda s-​sagrifiċċju tal-​fidwa taʼ Ġesù, int se tkompli tgħożż ir-​relazzjoni mill-​qrib li għandek m’Alla. (Rum. 3:24) Mark, ħu mill-​Afrika t’Isfel li qattaʼ tliet snin il-​ħabs minħabba t-​twemmin tiegħu, qal: “Il-​meditazzjoni tistaʼ tiġi mqabbla m’avventura eċċitanti. Iktar ma nimmeditaw fuq affarijiet spiritwali, iktar se niskopru affarijiet ġodda dwar Alla tagħna, Ġeħova. Kultant, meta nħossni xi ftit skuraġġit jew ansjuż dwar il-​futur, naqbad il-​Bibbja u nimmedita fuq silta mill-​Iskrittura. Inħoss li dan tassew jikkalmani.” w15 10/15 4:15

Il-​Ħamis, 23 taʼ Novembru

“Għinni nifhem, sabiex inkun nistaʼ nħares il-​liġi tiegħek u nżommha b’qalbi kollha.”—Salm 119:34.

Sib il-​ħin it-​tajjeb biex tispjega lil uliedek għala għamilt ċerta regola jew ħadt ċerta deċiżjoni. Meta jifhmu r-​raġuni għala, x’aktarx li iktar se jkunu lesti li jobduk. Barry, li rabba erbat itfal, jgħid: “Li tagħti raġunijiet jgħin liż-​żgħażagħ tiegħek biex jafdawk.” Iż-​żgħażagħ se jaraw li ma ħadtx ċerta deċiżjoni sempliċement għax għandek l-​awtorità biex tagħmel dan imma għax għandek raġuni tajba. Ukoll, tinsiex li ż-​żgħażagħ m’għadhomx tfal żgħar. Qed jitgħallmu kif jirraġunaw waħedhom, u jridu jieħdu d-​deċiżjonijiet għalihom infushom. (Rum. 12:1) Barry jispjega: “Iż-​żgħażagħ għandhom bżonn jitgħallmu jieħdu deċiżjonijiet tajbin li huma bbażati fuq ir-​raġuni u mhux fuq emozzjoni.” Għalhekk, kun umli u spjega lil uliedek għala ħadt ċerta deċiżjoni. B’dan il-​mod, se jitgħallmu jieħdu d-​deċiżjonijiet għalihom infushom u se jkunu jafu li tirrispettahom u li tirrealizza li qed isiru adulti. w15 11/15 2:11

Il-​Ġimgħa, 24 taʼ Novembru

“Ħa nagħmlu t-​tajjeb maʼ kulħadd, imma speċjalment maʼ min jiġi minna fil-​fidi.”—Gal. 6:10.

Illum il-​ġurnata, miljuni taʼ nies madwar id-​dinja jqimu lil Ġeħova. Dawn huma ħutna rġiel u nisa. Kif għandna nħossuna dwarhom? (Rum. 12:10) L-​appostlu Pietru kiteb li ‘l-​ubbidjenza tagħna lejn il-​verità’ għandha twassal għal “affezzjoni [ġenwina] lejn l-​aħwa.” Ukoll, Pietru qal lill-​Kristjani sħabu: “Fuq kollox, ħa jkollkom imħabba profonda lejn xulxin.” (1 Pt. 1:22; 4:8) L-​organizzazzjoni globali tagħna hi unika. Għala? Għax għandna mħabba profonda u ġenwina għal ħutna rġiel u nisa. Iktar importanti minn hekk, peress li nħobbu lil Ġeħova u nobdu l-​liġijiet tiegħu, hu jappoġġana bl-​iktar forza setgħana fl-​univers, l-​ispirtu qaddis tiegħu. L-​ispirtu t’Alla jgħinna nkunu fratellanza globali li tassew hi magħquda.—1 Ġw. 4:20, 21. w15 11/15 4:8, 9

Is-​Sibt, 25 taʼ Novembru

Għaxart irġiel mill-​ilsna kollha tal-​ġnus se jgħidu: “Aħna se niġu magħkom.”—Żak. 8:23.

Ġeħova ma jistenniex minna li nitkellmu b’lingwa partikulari sabiex insiru nafuh jew insiru nafu l-​iskopijiet tiegħu. (Riv. 7:9, 10) In-​nies jużaw ħafna lingwi differenti, imma din mhijiex problema għal Ġeħova. Kif nafu dan? Il-​Bibbja fiha biss ftit mill-​kliem taʼ Ġesù bil-​lingwa oriġinali li tkellem biha. (Mt. 27:46; Mk. 5:41; 7:34; 14:36) Imma Ġeħova għamel ċert li l-​messaġġ taʼ Ġesù jiġi miktub u maqlub għall-​Grieg, u maż-​żmien, għal lingwi oħra. Barra minn hekk, minħabba li l-​Kelma t’Alla ġiet ikkopjata ħafna drabi mil-​Lhud u l-​Kristjani, il-​messaġġ t’Alla baqaʼ protett. Dawn il-​kopji mbagħad ġew tradotti f’ħafna lingwi oħra. Madwar 400 sena wara Kristu (WK), John Chrysostom qal li t-​tagħlim taʼ Ġesù kien ġie tradott bil-​lingwi tas-​Sirjani, Eġizzjani, Indjani, Persjani, Etjopjani, u f’ħafna lingwi oħra. w15 12/15 1:10, 11

Il-​Ħadd, 26 taʼ Novembru

“Kemm hi tajba kelma f’waqtha!”—Prov. 15:23.

Jekk nitkellmu meta ma jkunx ħin tajjeb, in-​nies jafu ma jifhmux jew ma jaċċettawx dak li ngħidu. Pereżempju, f’Marzu tal-​2011 terremot u tsunami qerdu ħafna bliet fil-​Lvant tal-​Ġappun. Mietu iktar minn 15,000 persuna. Għalkemm ħafna mix-​Xhieda taʼ Ġeħova tilfu fil-​mewt lil membri tal-​familja u ħbieb tagħhom, huma riedu jużaw il-​Bibbja biex jgħinu lil oħrajn li kienu fl-​istess sitwazzjoni. Imma kienu jafu li ħafna min-​nies kienu Buddisti u ftit li xejn kienu jafu dwar il-​Bibbja. Allura, minflok ma qalulhom dak il-​ħin dwar l-​irxoxt, l-​aħwa farrġuhom u spjegawlhom għala jiġru affarijiet tant terribbli bħal dawn lil nies tajbin. w15 12/15 3:7

It-​Tnejn, 27 taʼ Novembru

“Kulmin hu bla esperjenza jafda f’kull kelma li jismaʼ, imma min hu prudenti jqis il-​passi tiegħu.”—Prov. 14:15.

B’dispjaċir, xi nies u kumpaniji jipprovaw jgħadduna minn għajn il-​labra u jgħidu li sabu kura li se tfejjaq il-​marda tagħna. Jagħmlu dan għax iridu jagħmlu l-​flus minn fuq daharna. Forsi jgħidu li ħafna nies ħadu din il-​kura u fiequ. U jekk aħna morda, forsi nkunu lesti li nipprovaw minn kollox, l-​aqwa li nħossuna aħjar u ngħixu iktar. Jekk aħna prudenti, jew għaqlin, se noqogħdu attenti x’nemmnu, speċjalment jekk dak li qed jagħtina l-​parir mhuwiex imħarreġ sew. Se nsaqsu lilna nfusna: ‘Għalkemm hu jgħid li din il-​vitamina, dawn il-​ħxejjex, jew din id-​dieta għenet lin-​nies, jien kif naf fiċ-​ċert li għenithom? Anki jekk għenet lil ħaddieħor, jien x’garanzija għandi li se tgħin lili? Għandi nagħmel iktar riċerka u nitkellem maʼ xi wħud li huma mħarrġin sew fil-​problema tas-​saħħa tiegħi?’—Dt. 17:6. w15 12/15 4:14, 15

It-​Tlieta, 28 taʼ Novembru

“L-​imħabba li għandu l-​Kristu ġġegħelna.”—2 Kor. 5:14.

Pawlu kien jaf li jekk naċċettaw l-​imħabba kbira taʼ Ġesù, din se ġġegħelna, jiġifieri tqanqalna, biex inħobbu u nonoraw lil Ġesù. Iva, meta nifhmu għalkollox dak li Ġeħova għamel għalina, l-​imħabba tiegħu tqanqalna ngħixu b’tali mod li juri li nonoraw lil Ġesù. Kif nistgħu nagħmlu dan? L-​imħabba għal Ġeħova se tqanqalna nimitaw l-​eżempju taʼ Ġesù, billi nsegwu l-​passi tiegħu mill-​qrib. (1 Pt. 2:21; 1 Ġw. 2:6) Meta nobdu lil Alla u lil Kristu, aħna nkunu qed nagħtu prova li nħobbuhom. Ġesù qal: “Min għandu l-​kmandamenti tiegħi u josservahom, dan iħobbni. U min iħobbni jkun maħbub minn Missieri, u jien inħobbu u nurih lili nnifsi b’mod ċar.” (Ġw. 14:21; 1 Ġw. 5:3) Saqsi lilek innifsek: ‘Kif qed nimita diġà lil Ġesù? Fejn nistaʼ nitjieb?’ Huwa importanti li nsaqsu dawn il-​mistoqsijiet lilna nfusna għax in-​nies tad-​dinja jriduna ngħixu bħalhom.—Rum. 12:2. w16.01 2:7-9

L-​Erbgħa, 29 taʼ Novembru

“Se nkunu bħalu, għax narawh kif inhu.”—1 Ġw. 3:2.

Tħoss li int żeluż ħafna fl-​ippritkar? Tassew tieħu gost tistudja l-​Bibbja u titgħallem “l-​affarijiet profondi t’Alla”? (1 Kor. 2:10) Tħoss li Ġeħova tak riżultati mill-​isbaħ fl-​ippritkar? Trid tagħmel dak li jrid Ġeħova iktar minn kull ħaġ’oħra? Għandek imħabba profonda għal oħrajn u tħoss responsabbiltà kbira biex tgħin lil oħrajn ħalli jaqdu lil Ġeħova? Rajt evidenza li Ġeħova għenek b’ħafna modi speċifiċi f’ħajtek? Jekk wiġibt iva għal dawn il-​mistoqsijiet kollha, ifisser dan li ġejt mistieden tmur fis-​sema? Le. Għala ngħidu hekk? Għax il-​qaddejja kollha t’Alla jistgħu jħossuhom b’dan il-​mod, kemm jekk huma midlukin u kemm jekk le. U permezz tal-​ispirtu qaddis tiegħu, Ġeħova jistaʼ jagħti l-​istess qawwa lil kwalunkwe wieħed mill-​qaddejja tiegħu, hu x’inhu l-​premju futur tiegħu. Infatti, jekk m’intix ċert għalkollox jekk intix se tmur fis-​sema jew le, dan ifisser li ma ġejtx mistieden. w16.01 3:14, 15

Il-​Ħamis, 30 taʼ Novembru

“Kont nieħu pjaċir quddiemu l-​ħin kollu.”—Prov. 8:30.

Meta Ġesù ħadem maʼ Missieru, kien ferħan għax wettaq ħafna affarijiet u kien jaf li Ġeħova jħobbu. Imma xi ngħidu għalina? Ġesù qal li aħna nkunu ferħanin kemm meta nagħtu u anke meta nirċievu. (Atti 20:35) Fraħna meta rċivejna l-​verità, imma għala nifirħu wkoll meta naqsmu l-​verità m’oħrajn? Għax narawhom isiru verament ferħanin meta jifhmu dak li tgħallem il-​Bibbja u jibdew ikollhom relazzjoni m’Alla. Aħna nħossuna eċċitati meta narawhom ibiddlu l-​mod taʼ kif jaħsbu u jgħixu. L-​ippritkar hu l-​iktar xogħol importanti u sodisfaċenti li jistaʼ jkollna. Jagħmilha possibbli għal dawk li jsiru l-​ħbieb t’Alla li jkollhom il-​ħajja taʼ dejjem.—2 Kor. 5:20. w16.01 5:6, 7

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja