LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • es18 pp. 57-67
  • Ġunju

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Ġunju
  • Neżaminaw l-Iskrittura Kuljum—2018
  • Sottitli
  • Il-​Ġimgħa, 1 taʼ Ġunju
  • Is-​Sibt, 2 taʼ Ġunju
  • Il-​Ħadd, 3 taʼ Ġunju
  • It-​Tnejn, 4 taʼ Ġunju
  • It-​Tlieta, 5 taʼ Ġunju
  • L-​Erbgħa, 6 taʼ Ġunju
  • Il-​Ħamis, 7 taʼ Ġunju
  • Il-​Ġimgħa, 8 taʼ Ġunju
  • Is-​Sibt, 9 taʼ Ġunju
  • Il-​Ħadd, 10 taʼ Ġunju
  • It-​Tnejn, 11 taʼ Ġunju
  • It-​Tlieta, 12 taʼ Ġunju
  • L-​Erbgħa, 13 taʼ Ġunju
  • Il-​Ħamis, 14 taʼ Ġunju
  • Il-​Ġimgħa, 15 taʼ Ġunju
  • Is-​Sibt, 16 taʼ Ġunju
  • Il-​Ħadd, 17 taʼ Ġunju
  • It-​Tnejn, 18 taʼ Ġunju
  • It-​Tlieta, 19 taʼ Ġunju
  • L-​Erbgħa, 20 taʼ Ġunju
  • Il-​Ħamis, 21 taʼ Ġunju
  • Il-​Ġimgħa, 22 taʼ Ġunju
  • Is-​Sibt, 23 taʼ Ġunju
  • Il-​Ħadd, 24 taʼ Ġunju
  • It-​Tnejn, 25 taʼ Ġunju
  • It-​Tlieta, 26 taʼ Ġunju
  • L-​Erbgħa, 27 taʼ Ġunju
  • Il-​Ħamis, 28 taʼ Ġunju
  • Il-​Ġimgħa, 29 taʼ Ġunju
  • Is-​Sibt, 30 taʼ Ġunju
Neżaminaw l-Iskrittura Kuljum—2018
es18 pp. 57-67

Ġunju

Il-​Ġimgħa, 1 taʼ Ġunju

“Jien irrid noffri lil min ikun bħala offerta tal-​ħruq.”—Mħ. 11:31.

Minħabba li bint Ġefta kellha taqdi fit-​tabernaklu, hi qatt ma kien se jkollha tfal. Allura, ma kien se jkun hemm ħadd biex jiret l-​isem u l-​art taʼ Ġefta. (Mħ. 11:34) Minkejja dan, b’mod leali Ġefta qal: “Jien ftaħt fommi lil Ġeħova, u ma nistax nerġaʼ lura.” (Mħ. 11:35) Ġeħova aċċetta s-​sagrifiċċju kbir taʼ Ġefta u bierku. Kieku int kont se tkun leali bħal Ġefta? Meta ddedikajna lilna nfusna lil Ġeħova, konna wegħedna li se nagħmlu r-​rieda tiegħu jiġri x’jiġri. Aħna konna nafu li mhux dejjem kien se jkun faċli biex inżommu dik il-​wegħda. Imma kif nirreaġixxu meta ħaddieħor jitlobna nagħmlu xi ħaġa li ma nħobbux? Jekk negħlbu s-​sentimenti tagħna u nkunu lesti li nobdu lil Alla tagħna, inkunu qed nagħtu prova li aħna leali u li nżommu kelmitna. Is-​sagrifiċċji tagħna jistgħu jkunu taʼ wġigħ, imma l-​barkiet taʼ Ġeħova dejjem huma ikbar.—Mal. 3:10. w16.04 1:11, 14, 15

Is-​Sibt, 2 taʼ Ġunju

“Min għandu widnejn ħa jismaʼ dak li jgħid l-​ispirtu lill-​kongregazzjonijiet.”—Riv. 2:7.

Ġesù juża dan l-​ispirtu qaddis biex imexxi l-​kongregazzjonijiet. L-​ispirtu qaddis jistaʼ jgħinna biex nirreżistu t-​tentazzjoni u biex nippritkaw bil-​qlubija. Dan jistaʼ jgħinna wkoll biex nieħdu deċiżjonijiet tajbin. Huwa għalhekk li għandna nagħmlu dak kollu li nistgħu biex nattendu l-​laqgħat u nirċievu l-​għajnuna tal-​ispirtu qaddis t’Alla. Spiss, niddiskutu kif profeziji fil-​Bibbja jkunu twettqu. Dan jistaʼ jġegħelna nħossuna saħansitra iktar ċerti li l-​wegħdi taʼ Ġeħova għall-​futur se jseħħu. Ħutna rġiel u nisa jinkuraġġuna mhux biss meta jagħtu taħditiet imma wkoll meta jikkummentaw u meta jfaħħru lil Ġeħova billi jkantaw mill-​qalb. (1 Kor. 14:26) U meta nkellmuhom qabel u wara l-​laqgħat, inħossu ċertu serħan għax għandna ħafna ħbieb li verament jimpurtahom minna.—1 Kor. 16:17, 18. w16.04 3:6, 7

Il-​Ħadd, 3 taʼ Ġunju

“Agħmlu dixxipli min-​nies tal-​ġnus kollha.”—Mt. 28:19.

Ġesù qal li s-​segwaċi tiegħu kienu se jippritkaw u jgħallmu l-​aħbar tajba “fl-​art abitata kollha.” Dawn ġew ikkmandati biex jagħmlu dixxipli min-​nies “tal-​ġnus kollha.” (Mt. 24:14) Dan ifisser li l-​aħbar tajba għandha bżonn tiġi ppritkata madwar id-​dinja kollha. Ix-​Xhieda taʼ Ġeħova biss wettqu l-​profezija taʼ Ġesù li l-​aħbar tajba se tiġi ppritkata madwar id-​dinja. Għala ngħidu hekk? Fl-​Istati Uniti, hemm xi 600,000 membru tal-​kleru fil-​Kristjaneżmu, filwaqt li hemm iktar minn xi 1,200,000 Xhud taʼ Ġeħova jippritkaw l-​aħbar tajba f’dak il-​pajjiż. Madwar id-​dinja, hemm madwar 400,000 qassis Kattoliku, imma hemm iktar minn 8 miljun Xhud taʼ Ġeħova jippritkaw l-​aħbar tajba f’240 pajjiż. Jidher ċar li x-​Xhieda taʼ Ġeħova qed jippritkaw l-​aħbar tajba madwar id-​dinja, u dan iġib unur u tifħir lil Ġeħova!—Salm 34:1; 51:15. w16.05 2:13, 14

It-​Tnejn, 4 taʼ Ġunju

“Min jirrabja malajr jaqlaʼ l-​ġlied, u kulmin għandu t-​tendenza li jinkorla jiżbalja ħafna.”—Prov. 29:22.

Meta nagħtu ħarsa lejn id-​dinja llum, nistgħu naraw li l-​attitudni msemmija fl-​iskrittura tal-​lum iġġib biss problemi. Ħafna nies iħossu li għandhom id-​dritt li jiddeċiedu għalihom infushom x’inhu tajjeb u x’inhu ħażin. Huma kburin, egoisti, u jimpikaw, u ma jimpurtahomx jekk id-​deċiżjonijiet li jieħdu jweġġgħux ’il ħaddieħor. (Ġen. 3:1-​5) Attitudni bħal din twassal għall-​konflitti. Meta Ġesù ta l-​Prietka taʼ fuq il-​Muntanja, hu għallem lid-​dixxipli tiegħu biex jagħmlu paċi u jevitaw in-​nuqqas taʼ qbil, anke meta dan setaʼ deher li se jmorru minn taħt. Pereżempju, hu qalilhom biex juru qalb tajba, biex iżommu l-​paċi bejniethom, biex jeħilsu minn sentimenti bħal rabja, biex isolvu nuqqas taʼ qbil malajr kemm jistaʼ jkun, u biex iħobbu l-​għedewwa tagħhom.—Mt. 5:5, 9, 22, 25, 44. w16.05 1:4, 5

It-​Tlieta, 5 taʼ Ġunju

“Fija għandi abbiltà biex nixtieq, imma abbiltà biex nagħmel dak li hu tajjeb m’għandix.”—Rum. 7:18.

Qabel tgħammidna, ħafna minna kellhom jagħmlu bidliet kbar f’ħajjithom ħalli jkunu jistgħu jgħixu fi qbil maʼ kif tgħid il-​Bibbja. Imma anki issa, aħna nirrealizzaw li hemm bidliet żgħar li hemm bżonn nagħmlu biex insiru iktar bħal Alla u Kristu. (Efes. 5:1, 2; 1 Pt. 2:21) Pereżempju, għandu mnejn nindunaw li ngergru ħafna jew li spiss inseksku u ngħidu affarijiet li jweġġgħu dwar ħaddieħor. Jew kultant għandu mnejn tant inkunu mbeżżgħin dwar x’jistgħu jaħsbu jew jgħidu oħrajn, li nispiċċaw nagħmlu dak li mhuwiex tajjeb. Forsi ilna nipprovaw ninbidlu għal ħafna snin imma xorta għadna nagħmlu l-​istess żbalji. Ftakar li aħna għadna imperfetti. (Kol. 3:9, 10) Għaldaqstant, inkomplu niżbaljaw anki jekk ilna snin mgħammdin. Kultant, għandu mnejn ikollna xewqat u sentimenti ħżiena, jew għandu mnejn insibuha diffiċli biex nikkontrollaw dgħufija fil-​personalità tagħna. Fil-​fatt, għandu mnejn ikollna niġġieldu l-​istess dgħufija għal ħafna snin.—Ġak. 3:2. w16.05 4:3-5

L-​Erbgħa, 6 taʼ Ġunju

“Ġeħova jiddixxiplina lil min iħobb; fil-​fatt, isawwat lil kulmin jilqaʼ bħala ibnu.”—Ebr. 12:6.

Xi nies għandu mnejn jirraġunaw: ‘Jiena qatt m’apprezzajt bis-​sħiħ id-​dixxiplina li ngħatajt mill-​ġenituri sakemm kelli t-​tfal tiegħi.’ Hekk kif nibdew nikbru, jistaʼ jkun li nibdew napprezzaw id-​dixxiplina għax nifhmu li hija espressjoni taʼ mħabba. (Ebr. 12:5, 11) Iva, Ġeħova jħobbna bħala wliedu, u għalhekk bil-​paċenzja jiddixxiplinana, jew isawwarna. Hu jridna nkunu għorrief u ferħanin u li nħobbuh bħala Missierna. (Prov. 23:15) Hu ma jħobbx jarana nsofru, u ma jridniex immutu bħal midinbin mhux niedma. (Efes. 2:2, 3) Qabel ma sirna nafu lil Ġeħova, għandu mnejn kellna ħafna kwalitajiet ħżiena. Imma Ġeħova sawwarna u għenna ninbidlu, u b’riżultat taʼ dan, issa għandna kwalitajiet sbieħ.—Is. 11:6-8; Kol. 3:9, 10. w16.06 1:7, 8

Il-​Ħamis, 7 taʼ Ġunju

“Kulmin jumilja ruħu bħal dan it-​tifel hu l-​akbar fis-​saltna tas-​smewwiet.”—Mt. 18:4.

Il-​biċċa l-​kbira mit-​tfal żgħar huma umli u ħerqanin li jitgħallmu. (Mt. 18:1-3) Għalhekk, ikun għaqli li l-​ġenituri jgħinu lil uliedhom waqt li għadhom żgħar biex jitgħallmu dwar il-​verità u jsiru jħobbuha. (2 Tim. 3:14, 15) Sabiex il-​ġenituri jkollhom suċċess, l-​ewwel għandhom iħobbu l-​verità huma stess u japplikaw dak li tgħid il-​Bibbja f’ħajjithom stess. Meta l-​ġenituri jagħmlu dan, ikun eħfef biex uliedhom isiru jħobbu l-​verità. Ukoll, it-​tfal se jifhmu li meta jingħataw dixxiplina mill-​ġenituri tagħhom, dan juri li huma maħbubin minnhom u minn Ġeħova. Meta aħna nkunu umli u dejjem nobdu lil Ġeħova, inkunu maħbubin ħafna minnu, bħalma kien Danjel. (Dan. 10:11, 19) Ġeħova se jkompli jsawwarna permezz taʼ Kelmtu, l-​ispirtu tiegħu, u l-​organizzazzjoni tiegħu. w16.06 2:14, 17

Il-​Ġimgħa, 8 taʼ Ġunju

“Sibt lil David bin Ġesse, raġel għal qalbi.”—Atti 13:22.

David kellu kwalitajiet mill-​isbaħ, u huwa għalhekk li Ġeħova kien iħobbu daqstant. (1 Sam. 13:13, 14) Imma anki David għamel xi ħaġa vera gravi. Meta Urija kien qed jiġġieled fi gwerra, David kellu relazzjonijiet sesswali maʼ mart Urija, Bat-​seba, u hi ħarġet tqila. David ma ried lil ħadd ikun jaf b’dak li għamel. Allura, ordna lil Urija biex jiġi jarah u mbagħad prova jikkonvinċih biex imur id-​dar. David ittama li Urija jkollu relazzjonijiet sesswali maʼ Bat-​seba ħalli n-​nies jaħsbu li Urija kien missier it-​tarbija. Imma Urija ma riedx imur id-​dar. Allura, David għamel ċert li Urija jinqatel fil-​battalja. Minħabba d-​dnub serju tiegħu, David u l-​familja tiegħu batew ħafna. (2 Sam. 12:9-12) Madankollu, Ġeħova kien ħanin u ħafirlu. Hu kien jaf li David ried jagħmel dak li kien sew. (1 Slat. 9:4) Li kieku kont qed tgħix f’dak iż-​żmien, kif kont tħossok dwar dak li għamel David? Kont tieqaf taqdi lil Ġeħova? w16.06 4:7

Is-​Sibt, 9 taʼ Ġunju

“Ibqgħu għassu, ibqgħu mqajmin, għax ma tafux meta hu ż-​żmien stabbilit.”—Mk. 13:33.

Ix-​Xhieda taʼ Ġeħova jagħtu kas għat-​twissija li Ġesù ta. Aħna nafu li qed ngħixu fi “żmien it-​tmiem” u li t-​“tribulazzjoni kbira” daqt se tibda! (Dan. 12:4; Mt. 24:21) Sewwasew bħalma bassar Ġesù, in-​nies taʼ Ġeħova qed jippritkaw l-​aħbar tajba dwar is-​Saltna mad-​dinja kollha. Fl-​istess ħin, qed naraw gwerer, mard, terremoti, u ġuħ f’ħafna postijiet. Hemm konfużjoni fir-​reliġjonijiet u iktar kriminalità u vjolenza minn qatt qabel. (Mt. 24:7, 11, 12, 14; Lq. 21:11) Issa qed nistennew bil-​ħerqa għaż-​żmien meta Ġesù se jiġi u jwettaq l-​iskop taʼ Missieru. (Mk. 13:26, 27) Madankollu, huwa impossibbli għalina li nkunu nafu b’mod eżatt meta se tibda t-​tribulazzjoni l-​kbira. w16.07 2:2-4

Il-​Ħadd, 10 taʼ Ġunju

Ersqu bil-​libertà tal-​kelma lejn it-​tron tal-​qalb tajba mhix mistħoqqa.—Ebr. 4:16.

Grazzi għall-​qalb tajba mhix mistħoqqa tiegħu, nistgħu nitolbu lil Ġeħova. Nistgħu nitolbu lil Ġeħova fi kwalunkwe ħin permezz taʼ Ġesù. Dan tassew hu unur kbir! Pawlu qal: “Għandna din il-​libertà tal-​kelma u nistgħu nersqu bil-​fiduċja permezz tal-​fidi tagħna fih.” (Efes. 3:12) Pawlu ħeġġiġna nitolbu lil Ġeħova spiss, “sabiex insibu ħniena u qalb tajba mhix mistħoqqa għall-​għajnuna f’waqtha.” (Ebr. 4:16b) Kull meta nkunu qed ngħaddu minn provi jew diffikultajiet f’ħajjitna, nistgħu nitolbu bil-​ħeġġa lil Ġeħova biex jgħinna. U hu jwieġeb it-​talb tagħna avolja mhuwiex obbligat li jagħmel dan. Spiss juża lil ħutna rġiel u nisa biex jgħinna. Ġeħova jwieġeb it-​talb tagħna ħalli “nkunu mimlijin kuraġġ u ngħidu: ‘Ġeħova hu dak li jgħinni; m’iniex se nibżaʼ. X’jistaʼ jagħmilli l-​bniedem?’”—Ebr. 13:6. w16.07 3:12, 13

It-​Tnejn, 11 taʼ Ġunju

“Sara kienet tobdi lil Abraham u ssejjaħlu ‘sidi.’ U intom sirtu wliedha.”—1 Pt. 3:6.

Noè u kull wieħed mit-​tliet uliedu kellhom mara waħda. Madankollu, wara d-​Dulluvju, ħafna rġiel kellhom iktar minn mara waħda. F’ħafna kulturi, l-​immoralità sesswali kienet komuni u saħansitra parti mid-​drawwa reliġjuża. Meta Abraham u Sara marru Kangħan, kienu mdawrin b’nies immorali li ma kinux juru rispett lejn iż-​żwieġ. Ġeħova qered il-​bliet taʼ Sodoma u Gomorra għax in-​nies t’hemmhekk kienu immorali ħafna. Abraham kien differenti minn dawk in-​nies. Hu kien kap tal-​familja tajjeb, u Sara ħalliet eżempju tajjeb bħala mara sottomessa. (1 Pt. 3:3-5) Abraham għamel ċert li ibnu Iżakk jiżżewweġ mara li taqdi lil Ġeħova. U Iżakk għamel l-​istess m’ibnu Ġakobb, li wliedu saru l-​antenati tat-​12-​il tribù tal-​Iżrael. w16.08 1:10

It-​Tlieta, 12 taʼ Ġunju

“Il-​wieħed ċkejken isir elf, u ż-​żgħir ġens setgħan.”—Is. 60:22.

Dan il-​kliem qed jiġi mwettaq issa, f’dan iż-​żmien tat-​tmiem. Fil-​fatt, matul l-​2015, kien hemm 8,220,105 qaddej taʼ Ġeħova li ppritkaw l-​aħbar tajba tas-​Saltna madwar id-​dinja! Alla qal hekk dwar iż-​żieda fost il-​poplu tiegħu: “Jien innifsi, Ġeħova, se ngħaġġlu f’waqtu.” Allura, hekk kif iż-​żmien qed jgħaddi, se jkun hemm iktar xogħol għalina lkoll x’nagħmlu. Qegħdin aħna nagħmlu l-​almu tagħna issa biex nippritkaw u ngħallmu l-​aħbar tajba? Ħafna aħwa rġiel u nisa diġà qed jaqdu bħala pijunieri regulari jew awżiljarji. Xi wħud marru f’post ieħor biex jgħinu fix-​xogħol tal-​ippritkar, u oħrajn qed jaħdmu iebes biex jibnu Swali tas-​Saltna. Bla dubju, hemm ‘ħafna x’nagħmlu fix-​xogħol tal-​Mulej,’ u mhux biss għall-​aħwa rġiel, imma għall-​aħwa nisa wkoll.—1 Kor. 15:58. w16.08 3:1, 2

L-​Erbgħa, 13 taʼ Ġunju

“Id Ġeħova ma qsaritx daqstant li ma tistax issalva.”—Is. 59:1.

Ftit wara li ġew meħlusa mill-​jasar fl-​Eġittu, l-​Iżraelin ġew attakkati mill-​Għamalekin. Mosè qal lil Ġożwè, raġel kuraġġuż, biex imexxi lill-​Iżraelin għall-​battalja. Imbagħad, Mosè ħa lil Aron u Ħur lejn għolja fil-​viċin. Minn hemm, setgħu jaraw il-​kamp tal-​battalja. Mosè kien qed jimxi fuq pjan li għen lill-​Iżraelin jirbħu l-​battalja kontra l-​Għamalekin. F’idejh hu żamm il-​ħatar tal-​Alla l-​veru u għolliehom ’il fuq lejn is-​sema. Meta Mosè għamel hekk, Ġeħova ta l-​qawwa lill-​Iżraelin biex jiġġieldu kontra l-​Għamalekin. Madankollu, meta jdejn Mosè tqalu u bdew jintelqu ’l isfel, l-​Għamalekin bdew jirbħu. Minnufih, Aron u Ħur aġixxew biex jgħinu lil Mosè. “Ħadu ġebla u poġġewha taħtu, u hu qagħad bil-​qiegħda fuqha; u Aron u Ħur żammewlu idejh ’il fuq, wieħed din in-​naħa u l-​ieħor in-​naħa l-​oħra, u b’hekk idejh baqgħu sodi sakemm niżlet ix-​xemx.” Iva, bis-​saħħa tal-​id setgħana taʼ Ġeħova, l-​Iżraelin rebħu l-​battalja.—Eżo. 17:8-13. w16.09 1:5-7

Il-​Ħamis, 14 taʼ Ġunju

“Meta nixtieq nagħmel dak li hu sewwa, dak li hu ħażin ikolli fija.”—Rum. 7:21.

Pawlu kien ċert li setaʼ jirbaħ il-​ġlieda jekk jitlob lil Ġeħova, jistrieħ fuqu għall-​għajnuna, u juri fidi fis-​sagrifiċċju taʼ Ġesù. Xi ngħidu għalina? Nistgħu nirbħu l-​ġlieda kontra d-​dgħufijiet tagħna? Iva, jekk aħna nimitaw lil Pawlu u nistrieħu kompletament fuq Ġeħova, u mhux fuqna nfusna. Ukoll, bħal Pawlu jrid ikollna fidi fil-​fidwa. Xi kultant Alla għandu mnejn iħallina nuru kemm aħna verament ikkonċernati dwar xi ħaġa. Pereżempju, jekk aħna jew xi ħadd mill-​familja tagħna jesperjenza marda serja jew inġustizzja, kif se nirreaġixxu? Jekk nafdaw kompletament f’Ġeħova, aħna se nitolbuh bil-​ħrara ħalli jagħtina s-​saħħa li għandna bżonn biex nibqgħu leali u ferħanin u biex ir-​relazzjoni tagħna miegħu tibqaʼ b’saħħitha. (Flp. 4:13) L-​eżempji taʼ ħafna Kristjani, kemm tal-​passat u kemm tal-​preżent, juruna li t-​talb jistaʼ jsaħħaħna u jagħtina l-​kuraġġ li għandna bżonn sabiex inkunu nistgħu nkomplu nissaportu. w16.09 2:14, 15

Il-​Ġimgħa, 15 taʼ Ġunju

“Qam tgergir min-​naħa tal-​Lhud li jitkellmu bil-​Grieg kontra l-​Lhud li jitkellmu bl-​Ebrajk.”—Atti 6:1.

Matul dak iż-​żmien, ġara xi ħaġa. Lhud li jitkellmu bil-​Grieg gergru li r-​romol tagħhom kienu qed jiġu ttrattati b’mod inġust. Biex isolvu l-​problema, l-​appostli għażlu sebaʼ rġiel biex imorru u jagħmlu ċert li kulħadd kien se jiġi ttrattat b’mod ġust. L-​appostli għażlu rġiel b’ismijiet Griegi, forsi biex jgħinu lir-​romol iħossuhom iżjed komdi. (Atti 6:2-​6) Nirrealizzawx jew le, aħna lkoll influwenzati sew mill-​kultura tagħna. (Rum. 12:2) Ukoll, għandu mnejn nisimgħu lill-​ġirien tagħna, sħabna tax-​xogħol, jew tal-​iskola jgħidu affarijiet ħżiena dwar nies taʼ kultura, tribù, jew kulur tal-​ġilda differenti. Kemm tassew aħna influwenzati minn ideat negattivi bħal dawn? Jew kif nirreaġixxu meta xi ħadd iwaqqa’ għaċ-​ċajt in-​nazzjonalità jew xi parti mill-​kultura tagħna? w16.10 1:7, 8

Is-​Sibt, 16 taʼ Ġunju

Il-​kwalitajiet inviżibbli t’Alla jidhru ċar u jintgħarfu mill-​affarijiet li nħolqu.—Rum. 1:20.

Meta nħarsu lejn in-​natura u naħsbu sew dwarha, nistgħu naraw li kollox hu magħmul b’mod meraviljuż. “Bil-​fidi nintebħu” li hemm Ħallieq, avolja ma jidhirx. Aħna nirrealizzaw li għandu personalità sabiħa u mimli għerf. (Ebr. 11:3, 27) Nistgħu nitgħallmu iktar dwar l-​affarijiet li ħalaq billi naqraw dwar dak li x-​xjenzjati skoprew. Xi ftit minn dik l-​informazzjoni tistaʼ ssibha fl-​għodod tar-​riċerka bħall-​vidjow The Wonders of Creation Reveal God’s Glory, fil-​browxers Was Life Created? u The Origin of Life—Five Questions Worth Asking, u fil-​ktieb Is There a Creator Who Cares About You? Fir-​rivista Stenbaħ!, spiss ikun hemm intervisti maʼ xjenzjati u oħrajn li jispjegaw għala issa qed jemmnu b’Alla. U s-​serje t’artikli li jissejħu “Ġie disinjat?” jinkludu dettalji dwar annimali u affarijiet oħrajn fin-​natura kif ukoll eżempji taʼ kif xjenzjati pprovaw jikkopjaw il-​mod taʼ kif dawn jiffunzjonaw. w16.09 4:4, 5

Il-​Ħadd, 17 taʼ Ġunju

“Ingħataw xiehda permezz tal-​fidi tagħhom.”—Ebr. 11:39.

Uħud leali msemmijin f’​Ebrej kapitlu 11 kellhom fidi soda li Ġeħova se jerġaʼ jġibhom lura għall-​ħajja. Naturalment, huma ma ħarsux ’il quddiem għal li jkunu rxoxtati għall-​ħajja fis-​sema, ladarba Ġesù kien għadu m’għamilx dan possibbli. (Gal. 3:16) Minflok, huma ħarsu ’l quddiem għal li jgħixu għal dejjem f’ġenna tal-​art mill-​isbaħ. (Salm 37:11; Is. 26:19; Ħos. 13:14) Ebrej 11:13 jgħid hekk dwar dawn il-​qaddejja leali taʼ Ġeħova: “Dawn kollha mietu waqt li żammew il-​fidi, għalkemm ma qalgħux it-​twettiq tal-​wegħdi, imma rawhom mill-​bogħod u laqgħuhom.” Huma ħarsu ’l quddiem għad-​dinja l-​ġdida u immaġinaw lilhom infushom jgħixu hemmhekk. Abraham kien wieħed minnhom. Ġesù qal li Abraham “feraħ ħafna bil-​prospett li jara” dak iż-​żmien. (Ġw. 8:56) Sara, Iżakk, Ġakobb, u ħafna oħrajn ukoll ħarsu ’l quddiem għaż-​żmien meta s-​Saltna, “li l-​bennej tagħha u dak li għamilha hu Alla,” se tmexxi lid-​dinja kollha.—Ebr. 11:8-11. w16.10 3:4, 5

It-​Tnejn, 18 taʼ Ġunju

“Ibqgħu itolbu f’kull okkażjoni.”—Efes. 6:18.

Ġeħova uża l-​ispirtu qaddis tiegħu biex jgħinna nifhmu l-​verità dwaru u dwar Ibnu u biex jgħinna jkollna l-​fidi fihom. (Lq. 10:21) Kif nistgħu nuru li aħna grati għal dak kollu li għamel Ġeħova? M’għandna qatt nieqfu nirringrazzjawh li ppermetta li jkollna relazzjoni miegħu permezz taʼ Ġesù, li hu “l-​Aġent Ewlieni u Dak li jipperfezzjona l-​fidi tagħna.” (Ebr. 12:2) U għandna nkomplu nsaħħu l-​fidi tagħna billi nibqgħu dejjem nitolbu ’l Ġeħova u nistudjaw il-​Kelma tiegħu. (1 Pt. 2:2) Aħna għandna nkomplu nuru bl-​azzjonijiet tagħna li għandna fidi soda fil-​wegħdi taʼ Ġeħova. Pereżempju, aħna nibqgħu nippritkaw lin-​nies dwar is-​Saltna t’Alla u ngħinuhom isiru dixxipli taʼ Ġesù. Aħna nkomplu nagħmlu “t-​tajjeb maʼ kulħadd, imma speċjalment maʼ min jiġi minna fil-​fidi.” (Gal. 6:10) U aħna naħdmu iebes biex ‘ninżgħu l-​personalità l-​qadima bid-​drawwiet tagħha.’—Kol. 3:5, 8-10. w16.10 4:11, 12

It-​Tlieta, 19 taʼ Ġunju

Ġeħova għamel is-​smewwiet bl-​intelliġenza.—Salm 136:5.

Ġeħova organizza l-​univers b’mod tassew meraviljuż. Bla dubju, mela, irid li l-​poplu tiegħu jqimu b’mod organizzat. Fil-​fatt, Ġeħova pprovda l-​Bibbja biex jgħallimna kif inqimuh. Huwa biss billi nsegwu l-​gwida li jagħtina permezz tal-​Bibbja u l-​organizzazzjoni tiegħu li se nkunu nistgħu ngħixu ħajja hienja u sodisfaċenti. L-​Iżraelin segwew il-​Liġi li tahom Alla u kienu organizzati tajjeb ħafna. Pereżempju, kien hemm “nisa li kienu organizzati għas-​servizz fid-​daħla tat-​tinda tal-​laqgħa.” (Eżo. 38:8) Iktar tard, is-​Sultan David organizza lill-​qassisin u l-​Leviti biex jagħmlu xogħol speċifiku fit-​tempju. (1 Kron. 23:1-6; 24:1-3) Il-​kongregazzjonijiet fl-​ewwel seklu kienu organizzati wkoll. Kien hemm ġemgħa li tiggverna, jiġifieri, grupp taʼ rġiel li dderiġew lill-​kongregazzjonijiet. Għall-​ewwel, dan il-​grupp kien magħmul mill-​appostli. (Atti 6:1-6) Pariri u istruzzjonijiet ġew provduti wkoll permezz taʼ ittri ispirati.—1 Tim. 3:1-13; Titu 1:5-9. w16.11 2:3, 6, 8, 9

L-​Erbgħa, 20 taʼ Ġunju

“Min hu għall-​jasar, għall-​jasar!”—Ġer. 15:2.

Fis-​sena 607 qabel Kristu, is-​Sultan Nebukadnessar II u l-​armata Babiloniża enormi tiegħu attakkaw il-​belt taʼ Ġerusalemm. Il-​Bibbja tgħid li s-​sultan qatel lill-​irġiel żgħażagħ bis-​sejf. Hu “la ħass mogħdrija għaż-​żagħżugħ u lanqas għall-​verġni, la għax-​xwejjaħ u lanqas għax-​xiħ għakka.” Fl-​aħħar, “ħaraq id-​dar taʼ l-​Alla l-​veru u ġarraf is-​sur taʼ Ġerusalemm; u t-​torrijiet mgħammrin kollha tagħha ħarquhom bin-​nar kif ukoll l-​oġġetti mixtiqin kollha tagħha, u b’hekk kollox inqered.” (2 Kron. 36:17, 19) Il-​qerda taʼ Ġerusalemm ma kellhiex tkun taʼ sorpriża għal-​Lhud. Għal ħafna snin, Alla kien bagħat il-​profeti biex iwissu lin-​nies li jekk jibqgħu jkunu diżubbidjenti lejh, kienu se jiġu attakkati mill-​Babiloniżi. Ħafna Lhud kienu se jiġu maqtulin bis-​sejf, u dawk li jibqgħu ħajjin x’aktarx kienu se jgħixu fl-​eżilju f’Babilonja. w16.11 4:1, 2

Il-​Ħamis, 21 taʼ Ġunju

“Permezz taʼ bniedem wieħed id-​dnub daħal fid-​dinja.”—Rum. 5:12.

Peress li Adam dineb, id-​dnub u l-​mewt affettwaw lil kull uman imperfett li qatt għex. Huwa għalhekk li l-​Bibbja tgħid li “bin-​nuqqas taʼ bniedem wieħed il-​mewt saltnet.” Imma Ġeħova wera qalb tajba mhix mistħoqqa kbira u pprovda mod kif isalva lill-​umanità kollha permezz “ta’ persuna waħda, Ġesù Kristu.” (Rum. 5:12, 15, 17) “Bl-​ubbidjenza taʼ persuna waħda ħafna se jsiru ġusti.” U dawn jistgħu jħarsu ’l quddiem “għall-​ħajja taʼ dejjem permezz taʼ Ġesù Kristu.” (Rum. 5:19, 21) Aħseb dwar dan: Ġeħova ma kellux għalfejn jagħti ’l Ibnu bħala fidwa. Imma hu wera qalb tajba mhix mistħoqqa kbira billi pprovda mezz biex isalvana mid-​dnub u l-​mewt. Ħadd minna ma jistħoqqlu dak li Alla u Ġesù għamlu għalina. Kemm aħna grati li għamluhielna possibbli li niġu maħfurin u li ngħixu għal dejjem! Jalla nuru lil Alla kemm aħna grati bil-​mod taʼ kif ngħixu. w16.12 1:1, 6, 7

Il-​Ġimgħa, 22 taʼ Ġunju

“Li tkun moħħok fil-​laħam ifisser għadwa m’Alla, għax il-​laħam m’huwiex sottomess lejn il-​liġi t’Alla.”—Rum. 8:7.

Pawlu wissa: “Li tkun moħħok fil-​laħam ifisser mewt.” (Rum. 8:6) X’ried ifisser b’dan? Jekk ngħixu “f’armonija mal-​laħam,” nistgħu nitilfu r-​relazzjoni li għandna maʼ Ġeħova issa u l-​ħajja tagħna fil-​futur. Imma dan m’għandux għalfejn jiġri. Persuna tistaʼ tinbidel. Aħseb dwar ir-​raġel immorali f’Korintu li kellu jiġi maqtugħ mis-​sħubija. Hu nbidel u waqaf isegwi x-​xewqat immorali li kellu. Għal darb’oħra, beda jaqdi lil Ġeħova b’mod nadif. (2 Kor. 2:6-​8) Dar-​raġel kien eżempju estrem taʼ li ngħixu “f’armonija mal-​laħam,” u minkejja dan anke hu setaʼ jinbidel. Għalhekk, jekk Kristjan illum beda jsegwi x-​xewqat midinba tiegħu minflok il-​livelli taʼ Ġeħova, anke hu jistaʼ jinbidel. Li niftakru fit-​twissija taʼ Pawlu jistaʼ jimmotivana nagħmlu kwalunkwe bidla meħtieġa. w16.12 2:5, 12, 13

Is-​Sibt, 23 taʼ Ġunju

“Ixħet toqlok fuq Ġeħova, u jsostnik.”—Salm 55:22.

Hu taʼ faraġ li nkunu nafu li Ġeħova se jieħu ħsiebna meta nixħtu t-​toqol tagħna fuqu. (Salm 55:22) Aħna jistaʼ jkollna fiduċja sħiħa li Alla jistaʼ jagħmel “bil-​wisq iżjed minn dak kollu li nitolbu.” (Efes. 3:20) Ġeħova se jgħinna mhux biss b’abbundanza jew b’abbundanza kbira, imma “bil-​wisq iżjed”! Sabiex nirċievu l-​premju, jeħtieġ li jkollna fidi sħiħa f’Ġeħova u nobdu d-​direzzjonijiet tiegħu. Mosè qal lill-​ġens tal-​Iżrael: “Ġeħova żgur li se jbierkek fl-​art li Ġeħova Alla tiegħek qed jagħtik bħala wirt biex tiħodha f’idejk, bil-​patt li tassew tismaʼ minn leħen Ġeħova Alla tiegħek sabiex toqgħod attent li tagħmel dawn il-​kmandamenti kollha li qed nikkmandak illum. Għax Ġeħova Alla tiegħek se jbierkek sewwasew bħalma wiegħdek.” (Dt. 15:4-6) Int konvint għalkollox li Ġeħova se jbierkek jekk tkompli taqdih lealment? Għandek raġuni tajba għal fiduċja bħal din. w16.12 4:8, 9

Il-​Ħadd, 24 taʼ Ġunju

Lilek għażel Ġeħova biex issir il-​poplu tiegħu, proprjetà speċjali.—Dt. 7:6.

Ġeħova kellu raġuni biex jagħmel din l-​għażla. Hu ried iżomm il-​wegħda li kien għamel lil ħabibu Abraham. (Ġen. 22:15-18) Flimkien maʼ dan, Ġeħova dejjem juri mħabba u ġustizzja meta juża l-​libertà tiegħu. Aħna nistgħu naraw dan mill-​mod kif iddixxiplina lill-​Iżraelin meta m’obdewhx. Meta tassew iddispjaċiehom għal dak li kienu għamlu, Ġeħova wriehom imħabba u ħniena. Qal: “Se nfejjaq in-​nuqqas taʼ fedeltà tagħhom. Se nħobbhom minn jeddi.” (Ħos. 14:4) Ġeħova tana eżempju tajjeb billi uża l-​libertà tiegħu biex jgħin lil oħrajn! Ġeħova għażel li joħloq lill-​anġli u lill-​bnedmin bil-​libertà tal-​għażla. L-​ewwel ħolqien taʼ Ġeħova kien Ġesù. Hu ġie maħluq fuq ix-​xbieha t’Alla u kellu l-​libertà tal-​għażla. (Kol. 1:15) Ġesù kif użaha l-​libertà tiegħu? Qabel ġie fuq l-​art, Ġesù għażel li jibqaʼ leali lejn Alla u mhux li jingħaqad maʼ Satana u r-​ribelljoni tiegħu. w17.01 2:3, 4

It-​Tnejn, 25 taʼ Ġunju

“Alla mhux inġust biex jinsa għemilkom u l-​imħabba li wrejtu għal ismu.”—Ebr. 6:10.

Ir-​responsabbiltajiet tagħna jistgħu jinbidlu minħabba ċ-​ċirkustanzi tagħna. Forsi nkunu nistgħu nagħmlu iktar, jew ikollna nagħmlu inqas. Imma kemm jekk aħna kbar jew żgħar, f’saħħitna jew le, Ġeħova jaf kif kull wieħed minna jistaʼ jaqdih bl-​aħjar mod. Hu ma jistenniniex nagħmlu iktar milli nistgħu. U hu ferħan ħafna b’dak kollu li nagħmlu għalih. Ġesù kien kuntent b’kull inkarigu li tah Ġeħova, u aħna nistgħu nkunu kuntenti b’tagħna wkoll. (Prov. 8:30, 31) Bniedem modest ikun kuntent bl-​inkarigu u r-​responsabbiltà tiegħu fil-​kongregazzjoni. Ma jiffokax fuq dak li qed jagħmel ħaddieħor. Minflok, hu sodisfatt bl-​irwol tiegħu stess fl-​organizzazzjoni t’Alla. Hu jqisu bħala li ġej mingħand Ġeħova. Ukoll, xi ħadd modest jirrispetta lil oħrajn u jappoġġjahom bil-​ferħ. Hu jirrealizza li Ġeħova ta rwol lilhom ukoll.—Rum. 12:10. w17.01 3:13, 14

It-​Tlieta, 26 taʼ Ġunju

“Bħal iben maʼ missieru tjassar miegħi biex iġib l-​aħbar tajba ’l quddiem.”—Flp. 2:22.

Xi drabi, uħud iżgħar jingħataw ir-​responsabbiltà li jieħdu ħsieb li x-​xogħol t’aħwa rġiel li huma ikbar u b’iktar esperjenza minnhom isir kif suppost. Jagħmlu tajjeb li jitgħallmu minn dawn l-​uħud ikbar. Timotju kien ferm iżgħar mill-​appostlu Pawlu, madankollu ħadmu flimkien għal ħafna snin. Pawlu qal lill-​Korintin: “Qed nibagħtilkom lil Timotju, għax hu ibni maħbub u leali fil-​Mulej; u jfakkarkom fil-​metodi tiegħi fis-​servizz lil Kristu Ġesù.” (1 Kor. 4:17) Minn dan nistgħu naraw b’mod ċar li Pawlu u Timotju ħadmu tajjeb flimkien u appoġġjaw lil xulxin. Pawlu ħa l-​ħin biex jgħallem lil Timotju l-​‘metodi tiegħu’ u Timotju tgħallem sew. Pawlu kien jgħożż ferm lil Timotju u kien ċert li kien se jieħu ħsiebhom tajjeb lill-​aħwa f’Korintu. L-​anzjani jistgħu jimitaw lill-​appostlu Pawlu hekk kif iħarrġu rġiel oħra biex jieħdu t-​tmexxija fil-​kongregazzjoni. w17.01 5:13, 14

L-​Erbgħa, 27 taʼ Ġunju

“Se jkun hemm irxoxt kemm tan-​nies sewwa u kemm taʼ dawk li m’humiex sewwa.”—Atti 24:15.

Ġeħova hu s-​Sors tal-​ħajja. Meta Ġeħova jagħti lura l-​ħajja lil dawk li mietu, hu jsir Missierhom. (Salm 36:9) Fit-​talba mudell, Ġesù qal li Ġeħova hu “Missierna fis-​smewwiet.” (Mt. 6:9) Ġeħova ta lil Ġesù rwol importanti ħafna li jqajjem lill-​mejtin. Ġesù qal: “Jien l-​irxoxt u l-​ħajja.” (Ġw. 6:40, 44; 11:25) Ġesù qal ukoll: “Kulmin jagħmel ir-​rieda t’Alla, dan hu ħija u oħti u ommi.” (Mk. 3:35) Hija r-​rieda t’Alla li nies minn kull ġens, tribù, u lingwa jsiru aduraturi tiegħu. Dawn huma deskritti bħala “folla kbira, li ebda bniedem ma seta’ jgħoddha.” Huma għandhom fidi fil-​fidwa u jridu jobdu lil Alla. Huma jfaħħruh u jgħidu: “Is-​salvazzjoni nafuha lil Alla tagħna, li qiegħed bil-​qiegħda fuq it-​tron, u lill-​Ħaruf.”—Riv. 7:9, 10. w17.02 2:10, 11

Il-​Ħamis, 28 taʼ Ġunju

“Ftakru f’dawk li qed imexxu fostkom.”—Ebr. 13:7.

Biex nies li tkellmu b’lingwi differenti jsiru jafu l-​verità, Zion’s Watch Tower Tract Society fformat legalment fl-​1884, u Charles Taze Russell sar il-​president. Hu studja l-​Bibbja b’attenzjoni kbira u ma beżax jgħid lil oħrajn li t-​tagħlim tal-​knisja bħat-​Trinità u l-​immortalità tar-​ruħ ma kienx fil-​Bibbja. Hu tgħallem li meta Kristu jerġaʼ jiġi kien se jkun inviżibbli u li “ż-​żminijiet stabbiliti tal-​ġnus” kienu se jispiċċaw fl-​1914. (Lq. 21:24) Ħuna Russell uża l-​ħin, l-​enerġija, u l-​flus tiegħu biex jgħallem dawn il-​veritajiet lil oħrajn. Huwa ċar li Ġeħova u Ġesù użaw lil Ħuna Russell biex jieħu t-​tmexxija fi żmien importanti tal-​istorja. Ħuna Russell ma riedx xi attenzjoni speċjali m’għand in-​nies. Fl-​1896, kiteb li hu u rġiel responsabbli oħra ma riedu li jiġu onorati bl-​ebda mod. Huma ma riedu li jingħataw ebda titlu speċjali, u ma ridux li xi grupp jiġi msejjaħ b’isimhom. Iktar tard hu qal: “Dan mhux xogħol il-​bniedem.” w17.02 4:8, 9

Il-​Ġimgħa, 29 taʼ Ġunju

“L-​għerf taʼ min hu prudenti huwa li jifhem triqtu.”—Prov. 14:8.

Ilkoll kemm aħna jkollna nagħmlu għażliet u nieħdu deċiżjonijiet fil-​ħajja. Xi deċiżjonijiet huma serji ħafna, u oħrajn mhumiex. Xorta waħda, ħafna mid-​deċiżjonijiet tagħna jistaʼ jkollhom effett kbir fuq ħajjitna. Meta nieħdu deċiżjonijiet tajbin, għandu mnejn ikollna inqas problemi u ħajja iktar paċifika. Imma meta nieħdu deċiżjonijiet ħżiena, ħajjitna tistaʼ tkun mimlija problemi u diżappunti. X’se jgħinna nieħdu deċiżjonijiet għaqlin? Jeħtieġ ikollna fidi f’Alla, jiġifieri nafdaw li jrid jgħinna u jagħtina l-​għerf li għandna bżonn biex nieħdu deċiżjonijiet tajbin. Jeħtieġ ukoll li jkollna fidi fil-​Kelma tiegħu, jiġifieri li nafdaw il-​pariri tiegħu. (Ġak. 1:5-8) Hekk kif nersqu eqreb lejn Ġeħova u nħobbu l-​Kelma tiegħu iktar u iktar, dan se jgħinna biex nafdaw li hu jaf x’inhu l-​aħjar għalina. Imbagħad, se naraw x’tgħid il-​Kelma tiegħu qabel ma nieħdu deċiżjonijiet. w17.03 2:2, 3

Is-​Sibt, 30 taʼ Ġunju

“Għajnejna huma fuqek.”—2 Kron. 20:12.

Bħal missieru Asa, Ġeħosafat fada f’Ġeħova meta armata kbira marret tiġġieled kontra Ġuda. (2 Kron. 20:2-​4) Kien beżgħan u talab lil Ġeħova jgħinu. Fit-​talb tiegħu stqarr li ma setgħux jegħlbu lill-​għedewwa. Qal ukoll li hu u n-​nies tiegħu ma kinux jafu x’se jagħmlu. Meta Ġeħosafat qal il-​kliem tal-​iskrittura tal-​lum, hu ma kellux dubju li Ġeħova kien se jgħinhom. Bħal Ġeħosafat, kultant forsi ma nkunux nafu x’se naqbdu nagħmlu dwar problema, u saħansitra nistgħu nibżgħu. (2 Kor. 4:8, 9) Iżda ftakar x’għamel Ġeħosafat. Quddiem in-​nies kollha, talab lil Ġeħova u qallu kemm ħassewhom dgħajfin. (2 Kron. 20:5) Il-​kapijiet tal-​familja jistgħu jimitaw l-​eżempju taʼ Ġeħosafat. Itlob lil Ġeħova jgħin lilek u l-​familja tiegħek biex tkampaw mal-​problema u biex tkunu tafu x’għandkom tagħmlu. Toqgħodx tiddejjaq tħalli l-​familja tiegħek jisimgħu dan it-​talb. Huma se jirrealizzaw kemm tafda f’Ġeħova. Hu għen lil Ġeħosafat, u se jgħin lilek ukoll. w17.03 3:12, 13

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja