LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • es19 pp. 88-97
  • Settembru

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Settembru
  • Neżaminaw l-Iskrittura Kuljum—2019
  • Sottitli
  • Il-​Ħadd, 1 taʼ Settembru
  • It-​Tnejn, 2 taʼ Settembru
  • It-​Tlieta, 3 taʼ Settembru
  • L-​Erbgħa, 4 taʼ Settembru
  • Il-​Ħamis, 5 taʼ Settembru
  • Il-​Ġimgħa, 6 taʼ Settembru
  • Is-​Sibt, 7 taʼ Settembru
  • Il-​Ħadd, 8 taʼ Settembru
  • It-​Tnejn, 9 taʼ Settembru
  • It-​Tlieta, 10 taʼ Settembru
  • L-​Erbgħa, 11 taʼ Settembru
  • Il-​Ħamis, 12 taʼ Settembru
  • Il-​Ġimgħa, 13 taʼ Settembru
  • Is-​Sibt, 14 taʼ Settembru
  • Il-​Ħadd, 15 taʼ Settembru
  • It-​Tnejn, 16 taʼ Settembru
  • It-​Tlieta, 17 taʼ Settembru
  • L-​Erbgħa, 18 taʼ Settembru
  • Il-​Ħamis, 19 taʼ Settembru
  • Il-​Ġimgħa, 20 taʼ Settembru
  • Is-​Sibt, 21 taʼ Settembru
  • Il-​Ħadd, 22 taʼ Settembru
  • It-​Tnejn, 23 taʼ Settembru
  • It-​Tlieta, 24 taʼ Settembru
  • L-​Erbgħa, 25 taʼ Settembru
  • Il-​Ħamis, 26 taʼ Settembru
  • Il-​Ġimgħa, 27 taʼ Settembru
  • Is-​Sibt, 28 taʼ Settembru
  • Il-​Ħadd, 29 taʼ Settembru
  • It-​Tnejn, 30 taʼ Settembru
Neżaminaw l-Iskrittura Kuljum—2019
es19 pp. 88-97

Settembru

Il-​Ħadd, 1 taʼ Settembru

Rabbu lil uliedkom fid-​dixxiplina u l-​gwida mentali taʼ Ġeħova.—Efes. 6:4.

Wieħed mill-​akbar privileġġi tal-​ġenituri hu li jgħallmu ’l uliedhom iħobbu lil Ġeħova. (Salm 127:3) Fil-​ġens taʼ Iżrael, it-​tfal kienu dedikati lil Ġeħova mat-​twelid. Imma t-​tfal tagħna mhumiex. Il-​fatt li l-​ġenituri jħobbu lil Ġeħova u l-​verità ma jfissirx li wliedhom se jagħmlu l-​istess. Minn meta titwieled it-​tarbija tagħhom, il-​ġenituri għandu jkollhom il-​mira li jgħinuha ssir dixxiplu, tiddedika lilha nfisha lil Alla, u titgħammed. X’jistaʼ jkun iktar importanti minn hekk? Wara kollox, id-​dedikazzjoni, il-​magħmudija, u s-​servizz leali lejn Ġeħova huma l-​affarijiet li se jagħmluha possibbli għall-​individwu biex jiġi salvat matul it-​tribulazzjoni l-​kbira. (Mt. 24:13) Ġenituri, jalla jkollkom ferħ u sodisfazzjon meta taraw lil uliedkom isiru qaddejja dedikati u mgħammdin taʼ Ġeħova. w18.03 14 ¶16-17

It-​Tnejn, 2 taʼ Settembru

“Oqgħod attent il-​ħin kollu għalik innifsek u għat-​tagħlim tiegħek.”—1 Tim. 4:16.

Kull meta l-​anzjani jagħtu dixxiplina bbażata fuq prinċipji Bibliċi—fil-​familja jew fil-​kongregazzjoni—ikollhom bżonn jimitaw lil Kristu. B’hekk se juru li jridu jiġu ggwidati minn Alla u Ibnu. Jekk naċċettaw id-​dixxiplina t’Alla u nimitaw il-​mod kif Ġeħova u Ġesù jiddixxiplinaw, aħna se jkollna ħafna u ħafna barkiet! Il-​familji u l-​kongregazzjonijiet tagħna se jkunu fil-​paċi, u kulħadd se jħossu maħbub, apprezzat, u protett. Dan hu biss ħjiel żgħir tal-​paċi u l-​ferħ li se jkollna fil-​futur. (Salm 72:7) Id-​dixxiplina taʼ Ġeħova qed tippreparana biex ngħixu għal dejjem bħala familja magħquda u fil-​paċi, flimkien maʼ Ġeħova bħala l-​Missier tagħna. (Is. 11:9) Jekk niftakru dan, aħna se naraw x’inhi verament id-​dixxiplina: mod sabiħ kif Alla jurina mħabbtu. w18.03 25 ¶15, 17; 26 ¶19

It-​Tlieta, 3 taʼ Settembru

“In-​nies tgħammdu minnu fix-​Xmara Ġordan, waqt li stqarrew quddiem kulħadd li kienu midinbin.”—Mt. 3:6.

In-​nies għala marru għand Ġwanni l-​Battista biex jitgħammdu? Għamlu dan sabiex juru li kienu nidmu minn dnubiethom, jiġifieri, ammettew li kienu kisru l-​Liġi taʼ Mosè u li kien iddispjaċiehom ħafna. (Mt. 3:1-6) Imma l-​iktar magħmudija importanti li għamel Ġwanni kellha tifsir kompletament differenti. Ġwanni kellu l-​unur kbir li jgħammed lil Ġesù, l-​Iben perfett t’Alla. (Mt. 3:13-17) Ġesù qatt ma kien dineb. Ma kellux bżonn jindem. (1 Pt. 2:22) Allura, Ġesù għala tgħammed? Sabiex juri li kien lest li juża ħajtu biex jagħmel ir-​rieda t’Alla. (Ebr. 10:7) Wara li Ġesù beda jipprietka, id-​dixxipli tiegħu bdew jgħammdu lil oħrajn. (Ġw. 3:22; 4:1, 2) Dawn in-​nies ukoll tgħammdu għax kienu nidmu minn dnubiethom li kienu kontra l-​Liġi taʼ Mosè. Imma wara li Ġesù miet u ġie rxoxtat, dawk li riedu jkunu dixxipli tiegħu kellhom jitgħammdu għal raġuni differenti. w18.03 5 ¶6-7

L-​Erbgħa, 4 taʼ Settembru

“Il-​bniedem spiritwali jistħarreġ kollox.”—1 Kor. 2:15.

B’kuntrast maʼ persuna fiżika, persuna spiritwali jimpurtaha ħafna mir-​relazzjoni tagħha m’Alla. Hi tħalli l-​ispirtu qaddis t’Alla jiggwidaha u tistinka biex timita lil Ġeħova. (Efes. 5:1) Din tagħmel sforz biex titgħallem kif Ġeħova jaħseb u biex tara l-​affarijiet kif jarahom Ġeħova. Alla hu reali ħafna għaliha. Għall-​kuntrarju taʼ persuna fiżika, persuna spiritwali tirrispetta l-​livelli taʼ Ġeħova f’kull aspett taʼ ħajjitha. (Salm 119:33; 143:10) Din ma tipprattikax “l-​għemejjel tal-​laħam” imma tipprova tiżviluppa “l-​frott taʼ l-​ispirtu.” (Gal. 5:22, 23) Sabiex nispjegaw iktar xi jfisser li tkun moħħok iffokat fuq affarijiet spiritwali, aħseb dwar dan il-​paragun: Bħalma xi ħadd li hu tajjeb fin-​negozju jkun moħħu ffokat fuq in-​negozju, xi ħadd li jimpurtah verament mill-​qima tiegħu lejn Alla jkun moħħu ffokat fuq l-​affarijiet spiritwali. w18.02 17 ¶3, 6

Il-​Ħamis, 5 taʼ Settembru

“O Danjel, raġel maħbub ħafna.”—Dan. 10:11.

Danjel ġie sforzat jgħix f’Babilonja, belt barranija mimlija allat foloz u spiritiżmu. In-​nies hemmhekk kienu jistmerruhom lil-​Lhud u kienu jżebilħu lilhom u lil Alla tagħhom, Ġeħova. (Salm 137:1, 3) Dan żgur li weġġaʼ bil-​kbir lil Danjel u lil Lhud oħra li kienu jħobbu lil Ġeħova! Danjel kien mistenni li jiekol mill-​ikel tas-​sultan, li inkluda affarijiet li Ġeħova ma riedx li n-​nies tiegħu jikluhom. Imma Danjel ma ‘tniġġisx bl-​ikel mill-​aqwa tas-​sultan.’ (Dan. 1:5-8, 14-17) Danjel kellu sfida oħra, li għall-​ewwel setgħet dehret li ma kinitx daqstant diffiċli. Hu kien kapaċi ħafna, u għal din ir-​raġuni s-​sultan tah privileġġi speċjali. (Dan. 1:19, 20) Xorta waħda, Danjel ma sarx kburi jew ħaseb li l-​opinjoni tiegħu kienet dejjem tajba. Hu baqaʼ umli u modest, u dejjem ta l-​krettu mistħoqq lil Ġeħova. (Dan. 2:30) Aħseb ftit: Ġeħova semma lil Danjel flimkien maʼ Noè u Ġob bħala eżempju tajjeb xi nsegwu. Dak iż-​żmien, Noè u Ġob kienu diġà qdew lil Ġeħova lealment għal ħajjithom kollha, imma Danjel kien għadu raġel żagħżugħ. (Eżek. 14:14) Ġeħova tassew kellu fiduċja f’​Danjel! U bix-​xieraq, għax Danjel baqaʼ juri fidi u ubbidjenza lejn Alla tul ħajtu kollha. w18.02 5-6 ¶11-12

Il-​Ġimgħa, 6 taʼ Settembru

Levi lil Ġesù għamillu festa kbira f’daru.—Lq. 5:29.

Ġesù wriena xi jfisser li nkunu bilanċjati fil-​pjaċiri. Hu attenda “festa tat-​tieġ” u “festa kbira” oħra. (Ġw. 2:1-​10) Fit-​tieġ, ma kienx hemm biżżejjed inbid, allura Ġesù wettaq miraklu u biddel l-​ilma fi nbid. Xorta waħda, il-​pjaċiri ma kinux l-​iktar ħaġa importanti għal Ġesù. Hu poġġa lil Ġeħova l-​ewwel u għamel kulma setaʼ biex jgħin lil oħrajn. Hu kien lest imut mewta taʼ wġigħ fuq zokk biex isalva l-​bnedmin. Ġesù qalilhom hekk lil dawk li riedu jimxu warajh: “Henjin intom meta n-​nies iżebilħukom u jippersegwitawkom u bil-​gideb jgħidu kull xorta taʼ ħażen kontrikom minħabba fija. Thennew u aqbżu bil-​ferħ, għax il-​premju tagħkom hu kbir fis-​smewwiet.” (Mt. 5:11, 12) Peress li nħobbu lil Alla u rridu nferrħuh, aħna se noqogħdu attenti li nevitaw mhux biss affarijiet li nafu li huma ħżiena imma anki affarijiet li naħsbu li jistgħu jdejquh.—Mt. 22:37, 38. w18.01 25-26 ¶16-18

Is-​Sibt, 7 taʼ Settembru

“Jekk xi ħadd ifissed qaddej minn mindu jkun għadu żgħir, iktar tard fil-​ħajja dan se jsir ingrat.”—Prov. 29:21.

Aħna nagħtu lil Ġeħova għax inħobbuh u għax aħna grati għal kulma hu għamel magħna. Is-​Sultan David hekk ħassu meta spjega x’kien hemm bżonn għall-​bini tat-​tempju. David qal li dak kollu li nirċievu ġej mingħand Ġeħova u dak li nagħtu lil Ġeħova, ġej minn dak li Hu diġà tana. (1 Kron. 29:11-14) Li nagħtu b’mod ġeneruż u mhux biss nirċievu, hu għall-​ġid tagħna. Immaġina tifla li l-​ġenituri tagħha jagħtuha l-​pocket money u mbagħad tuża ftit minn dawk il-​flus biex tixtri rigal għall-​ġenituri tagħha. Kif taħseb li ħa jħossuhom bir-​rigal li tkun tathom? Jew immaġina pijunier żagħżugħ li jgħix mal-​ġenituri tiegħu u hu jagħtihom xi flus biex jgħinhom iħallsu l-​kera jew jixtru l-​ikel għall-​familja. Il-​ġenituri tiegħu forsi ma jistennewx li jagħmel hekk, imma huma xorta jaċċettaw ir-​rigal. Għala? Għax għalih, dan hu mod kif juri li japprezza dak kollu li jagħmlu miegħu. B’mod simili, Ġeħova jaf li hu għall-​ġid tagħna li nagħtu mill-​affarijiet prezzjużi li għandna. w18.01 16 ¶4, 6

Il-​Ħadd, 8 taʼ Settembru

“Agħżel il-​ħajja sabiex tibqaʼ ħaj, int u nislek.”—Dt. 30:19.

Biex tgħin lil uliedek jibnu l-​fidi, mhux biżżejjed li sempliċement tgħidilhom x’inhu tajjeb u x’inhu ħażin. Jeħtieġ ukoll li tgħinhom jirraġunaw fuq mistoqsijiet bħal: ‘Il-​Bibbja għala tipprojbixxi affarijiet li jistgħu jidhru sbieħ? Kif nistaʼ nkun ċert li l-​livelli tal-​Bibbja huma dejjem tajbin għalija?’ (Is. 48:17, 18) Jekk ibnek jew bintek trid titgħammed, għinha wkoll taħseb bis-​serjetà dwar ir-​responsabbiltajiet li jiġu mal-​magħmudija. Kif tħossha dwarhom? X’inhuma l-​benefiċċji? X’inhuma d-​diffikultajiet? Il-​benefiċċji għala huma ikbar mid-​diffikultajiet? (Mk. 10:29, 30) Huwa importanti ħafna li wieħed jaħseb sew dwar dawn l-​affarijiet qabel il-​magħmudija. Għin lil ibnek jew bintek timmedita fuq dawn l-​affarijiet. Imbagħad, se jkun hemm iktar ċans li hu jew hi tkun konvinta li jekk issegwi l-​livelli tal-​Bibbja dejjem se jkun taʼ ġid għaliha. w17.12 18-19 ¶14-15

It-​Tnejn, 9 taʼ Settembru

Isejħilhom kollha b’isimhom.—Is. 40:26.

Ħafna mill-​għeżież ħutna qed isofru minn marda serja. Oħrajn, għalkemm huma stess kibru fl-​età, qed jieħdu ħsieb uħud tal-​familja ikbar minnhom. Jerġaʼ oħrajn qed jissieltu biex jipprovdu dak li għandha bżonn familthom. U aħna nafu li ħafna minnkom qed tiffaċċjaw mhux biss waħda, imma diversi problemi minn dawn f’daqqa! Jekk Ġeħova jieħu interess persunali fi kwiekeb li m’għandhomx ħajja, immaġina kif żgur li jħossu dwarek! Int ma taqdihx għax bilfors, iżda għax tħobbu. (Salm 19:1, 3, 14) Missierna l-​għażiż jaf kollox dwarek. Il-​Bibbja tgħid li ‘saħansitra x-​xagħar taʼ rasek kollu hu magħdud’ minnu. (Mt. 10:30) Ġeħova jridna nkunu nafu li hu “attent għal dawk li ħajjithom hi bla nuqqas” u jaf minn xiex jgħaddu. (Salm 37:18) B’mod ċar, Ġeħova jara l-​problemi kollha li għandek, u hu jistaʼ jagħtik is-​saħħa li għandek bżonn biex tissaporti kull waħda minnhom. w18.01 3 ¶1; 4 ¶4

It-​Tlieta, 10 taʼ Settembru

“Tabita, qum!”—Atti 9:40.

Meta Pietru qajjem lil Tabita, dan tant kien konvinċenti li ħafna nies f’dik il-​belt “saru jemmnu fil-​Mulej.” Dawn id-​dixxipli ġodda setgħu jgħidu lil oħrajn l-​aħbar tajba dwar Ġesù u wkoll jgħidu lil kulħadd dwar l-​abbiltà li Ġeħova għandu biex iqajjem il-​mejtin. (Atti 9:36-42) Kien hemm uħud li raw b’għajnejhom stess irxoxt ieħor. Darba, l-​appostlu Pawlu kien waqt laqgħa f’kamra taʼ fuq fi Troas, li issa hi fil-​Majjistral tat-​Turkija. Pawlu baqaʼ jitkellem sa nofsillejl. Żagħżugħ jismu Ewtiku kien qiegħed bilqiegħda f’ħoġor taʼ tieqa jisimgħu. Imma hu raqad u waqaʼ mit-​tielet sular għal isfel. Forsi Luqa kien l-​ewwel wieħed li wasal ħdejn Ewtiku. Bħala tabib, Luqa rrealizza li ż-​żagħżugħ ma kienx sempliċiment imweġġaʼ u mitluf minn sensih, imma kien mejjet! Pawlu niżel isfel u ħaddan lil Ewtiku, u mbagħad b’sorpriża għal kulħadd qal: “Ħajtu qiegħda fih.” Dan il-​miraklu effettwa bil-​kbir lil kull min ra dak li ġara. Meta saru jafu li ż-​żagħżugħ li kien miet ġie rxoxtat, huma “tfarrġu bla qjies.”—Atti 20:7-12. w17.12 5-6 ¶10-11

L-​Erbgħa, 11 taʼ Settembru

“Ejjew, araw l-​attivitajiet taʼ Ġeħova.”—Salm 46:8.

Qegħdin in-​nies fl-​aħħar isibu mod kif isolvu l-​problemi tad-​dinja? Żgur li ma tgħallmux jevitaw il-​gwerer. Il-​kriminalità li ssir fuq l-​internet (cybercrime), il-​vjolenza domestika, u t-​terroriżmu qed jiżdiedu b’rata allarmanti. U mard li jġib il-​mewt għadu mifrux ħafna. Illum, l-​organizzazzjonijiet ekonomiċi u politiċi huma kkontrollati minn nies egoisti. Dawn in-​nies ma jistgħux itemmu l-​gwerer, il-​kriminalità, il-​mard, u l-​faqar. Is-​Saltna t’Alla biss tistaʼ tagħmel dan. Aħseb dwar dak li Ġeħova se jagħmel għall-​umanità. Is-​Saltna tiegħu se tneħħi dak kollu li jikkaġuna l-​gwerer, bħall-​egoiżmu, il-​korruzzjoni, il-​patrijottiżmu, ir-​reliġjon falza, u lil Satana nnifsu. (Salm 46:9) Is-​Saltna t’Alla se ttemm il-​kriminalità. Din is-​Saltna diġà qed tgħallem lil miljuni taʼ nies biex iħobbu u jafdaw lil xulxin. M’hemmx gvern ieħor li jistaʼ jagħmel dan. (Is. 11:9) Ġeħova dalwaqt se jtemm il-​mard u jagħti lil kulħadd saħħa perfetta. (Is. 35:5, 6) Hu se jtemm il-​faqar u se jagħmilha possibbli għal kulħadd biex ikollu ħajja kuntenta u relazzjoni mill-​qrib miegħu.—Salm 72:12, 13. w17.11 25-26 ¶14-16

Il-​Ħamis, 12 taʼ Settembru

“Ebda ħtija tad-​demm ma jkollok fuqek.”—Dt. 19:10.

L-​iskop prinċipali tal-​bliet tar-​refuġju kien biex jipproteġi l-​Iżraelin milli jkunu ħatja tad-​demm. Ġeħova jħobbha l-​ħajja, u hu jobgħod l-​“idejn li qed ixerrdu demm innoċenti.” (Prov. 6:16, 17) Bħala Alla ġust u qaddis, ma setax jinjora qtil anke jekk dan kien b’aċċident. Għall-​kuntrarju taʼ Ġeħova, l-​iskribi u l-​Fariżej urew li ma qisuhiex taʼ valur il-​ħajja t’oħrajn. Ġesù qalilhom: “Intom . . . ħadtu l-​muftieħ taʼ l-​għarfien; intom stess ma dħaltux, u lil min kien dieħel fixkiltuh!” (Lq. 11:52) X’ried ifisser Ġesù? L-​iskribi u l-​Fariżej suppost kellhom jispjegaw il-​Kelma t’Alla lin-​nies u jgħinuhom jiksbu l-​ħajja taʼ dejjem. Minflok, huma waqqfu lin-​nies milli jsegwu lil Ġesù, “l-​Aġent Ewlieni tal-​ħajja.” (Atti 3:15) B’dan il-​mod, kienu qed iwasslu n-​nies għall-​qerda. L-​iskribi u l-​Fariżej kienu kburin u egoisti, u ma kienx jimpurtahom mill-​ħajja tan-​nies. Kemm kienu kattivi u bla qalb! w17.11 17-18 ¶9-10

Il-​Ġimgħa, 13 taʼ Settembru

Kulmin jistħi minħabba fija, Bin il-​bniedem ukoll jistħi minħabba fih.—Mk. 8:38.

Meta għall-​ewwel bdejna nistudjaw max-​Xhieda taʼ Ġeħova, forsi ma konniex għedna lill-​familja tagħna. Imma hekk kif il-​fidi tagħna kibret, irrealizzajna li kellna bżonn ngħidulhom li ridna naqdu lil Ġeħova. Il-​lealtà tiegħek lejn Alla setgħet qalgħet problema bejnek u bejn il-​familja tiegħek. Li tistaʼ tagħmel biex iżżomm il-​paċi u fl-​istess ħin tibqaʼ leali lejn Ġeħova hu li tipprova tifhem kif iħossuhom. Aħna ferħanin ħafna li nafu l-​verità mill-​Bibbja. Madankollu, dawk li jiġu minna forsi jaħsbu li ġejna ingannati jew li sirna parti minn xi grupp reliġjuż stramb. Għandhom mnejn jaħsbu li m’għadniex inħobbuhom għax ma niħdux sehem f’ċelebrazzjonijiet magħhom. Forsi jaħsbu wkoll li se tiġrilna xi ħaġa ħażina wara li mmutu. Jeħtieġ li nipprovaw nifhmu kif iħossuhom u nisimgħu sew x’jgħidulna biex hekk inkunu nafu għala jinkwetaw għalina. (Prov. 20:5) L-​appostlu Pawlu pprova jifhem lil “nies taʼ kull xorta” biex ikun jistaʼ jgħallimhom l-​aħbar tajba. Jekk nipprovaw nifhmu lill-​membri tal-​familja tagħna, dan jistaʼ fil-​fatt jgħinna nkunu nafu kif ngħallmuhom il-​verità.—1 Kor. 9:19-23. w17.10 12 ¶11-12

Is-​Sibt, 14 taʼ Settembru

Għannu lil Ġeħova.—Salm 33:2.

Forsi nibżgħu nkantaw għax ma nafux kif inkantaw. Madankollu, hemm xi affarijiet sempliċi li nistgħu nagħmlu biex intejbu l-​kant tagħna. Int tistaʼ tkanta b’vuċi soda u għolja billi titgħallem kif tieħu n-​nifs sew. Bħalma l-​elettriku jagħti l-​enerġija lil bozza, in-​nifs tiegħek jagħti s-​saħħa lill-​vuċi tiegħek meta titkellem jew tkanta. Int għandek tkanta bl-​istess volum taʼ meta titkellem jew saħansitra iktar għoli minn hekk. Fil-​fatt, il-​Bibbja kultant tgħid lill-​aduraturi taʼ Ġeħova biex ‘jgħajtu bil-​ferħ’ meta jkantaw l-​għanjiet taʼ tifħir. (Salm 33:1-​3) Ipprova dan li ġej: Agħżel waħda mill-​għanjiet favoriti tiegħek mill-​ktieb tal-​għanjiet tagħna. Aqra l-​kliem tagħha b’vuċi għolja, soda, u kunfidenti. Imbagħad, waqt li tuża l-​istess volum, għid il-​kliem kollu minn frażi waħda f’nifs wieħed. Imbagħad, kanta l-​frażi u uża l-​istess vuċi soda. (Is. 24:14) Il-​vuċi tal-​kant tiegħek se ssir iżjed b’saħħitha, u din hi xi ħaġa tajba. Tħallix il-​vuċi tiegħek tbeżżgħek jew iġġiegħlek tistħi! w17.11 6 ¶11-13

Il-​Ħadd, 15 taʼ Settembru

Kulmin l-​ispirtu tiegħu tqanqal mill-​Alla l-​veru, qam biex jitlaʼ u jibni mill-​ġdid id-​dar taʼ Ġeħova, li kienet f’Ġerusalemm.—Esd. 1:5.

In-​nies kellhom ħafna ħin biex jaħsbu u jitkellmu dwar dik li kienet se tkun id-​dar tagħhom. Uħud kbar fl-​età kienu qalulhom kemm darba Ġerusalemm u t-​tempju kienu sbieħ. (Esd. 3:12) Li kieku kont qed tivvjaġġa magħhom, kif kont tħossok l-​ewwel darba li tara ’l Ġerusalemm? Kont tkun imdejjaq li tara l-​bini rrovinat miksi ħaxix ħażin u s-​swar imġarrfin tal-​belt b’toqob kbar fejn darba kien hemm il-​bibien u t-​torrijiet? Forsi kont tqabbel dawn is-​swar imġarrfin mas-​swar enormi u b’saħħithom taʼ Babilonja. Imma l-​Lhud ma kinux skuraġġiti. Għala le? Għaliex waqt il-​vjaġġ twil tagħhom, Ġeħova kien għenhom u pproteġiehom. Hekk kif waslu Ġerusalemm, huma bnew artal fejn qabel kien hemm it-​tempju u kuljum bdew joffru sagrifiċċji lil Ġeħova.—Esd. 3:1, 2. w17.10 21-22 ¶2-3

It-​Tnejn, 16 taʼ Settembru

Tibżax u titwerwirx, għax Ġeħova qiegħed miegħek.—1 Kron. 28:20.

Salamun żgur li tgħallem ħafna dwar il-​kuraġġ mingħand missieru. David wera kuraġġ kbir meta ġġieled kontra suldat b’saħħtu u tat-​twerwir, il-​ġgant Gulija. Iva, bl-​għajnuna taʼ Ġeħova u ċagħqa żgħira, hu għeleb lil Gulija. (1 Sam. 17:45, 49, 50) Nistgħu nifhmu għala David kien il-​persuna t-​tajba biex iħeġġeġ lil Salamun ikun kuraġġuż u jibni t-​tempju. Ġeħova kien se jkun maʼ Salamun sakemm itemm il-​bini tat-​tempju. Salamun żgur li mmedita fuq dan il-​kliem, u ma ħalliex iż-​żgħożija u n-​nuqqas t’esperjenza tiegħu jwaqqfuh milli jagħmel ix-​xogħol. Minflok, hu wera kuraġġ kbir u, bl-​għajnuna taʼ Ġeħova, lesta t-​tempju grandjuż f’sebaʼ snin u nofs. Ġeħova għen lil Salamun, u hu jistaʼ jgħin lilna wkoll biex inkunu kuraġġużi u nwettqu xogħolna, kemm fil-​familja tagħna u kemm fil-​kongregazzjoni. (Is. 41:10, 13) Jekk nuru kuraġġ hekk kif naqdu lil Ġeħova, nistgħu nkunu ċerti li hu se jberikna issa u fil-​futur. w17.09 28 ¶3-4; 32 ¶20-21

It-​Tlieta, 17 taʼ Settembru

“Il-​kelma t’Alla hi ħajja u qawwija.”—Ebr. 4:12.

In-​nies taʼ Ġeħova huma konvinti li kelmtu, il-​messaġġ tiegħu lill-​bnedmin, “hi ħajja u qawwija.” Aħna rajna l-​qawwa tal-​Bibbja f’ħajjitna u fil-​ħajja t’oħrajn. Qabel ma saru Xhieda, xi nies kienu ħallelin, kellhom il-​vizzju tad-​droga, jew kienu involuti fl-​immoralità sesswali. Oħrajn kienu popolari jew sinjuri imma xorta ħassew li kien hemm xi ħaġa nieqsa f’ħajjithom. (Ekk. 2:3-11) B’ferħ, ħafna li ħassewhom mitlufin u kienu bla tama issa għandhom direzzjoni u tama. Fit-​Torri tal-​Għassa, aħna qrajna u ħadna pjaċir b’ħafna esperjenzi bħal dawn fis-​serje t’artikli “Il-​Bibbja tbiddel il-​ħajjiet.” U rajna li anki wara li jsiru Kristjani, in-​nies għandhom ikomplu jsaħħu r-​relazzjoni tagħhom maʼ Ġeħova bl-​għajnuna tal-​Bibbja. w17.09 21 ¶1

L-​Erbgħa, 18 taʼ Settembru

Minħabba l-​mogħdrija taʼ Ġeħova għalih, ħarġuh u ħallewh barra l-​belt.—Ġen. 19:16.

Bħalma Ġeħova fehem is-​sitwazzjoni taʼ Lot, aħna nistgħu nkunu żguri li hu jifhem kwalunkwe diffikultà li ngħaddu minnha. (Is. 63:7-9; Ġak. 5:11; 2 Pt. 2:9) Ġeħova wkoll għallem lin-​nies juru mogħdrija. Aħseb dwar waħda mil-​liġijiet li ta lil Iżrael. Jekk persuna kellha d-​dejn maʼ xi ħadd, dak li sellifha l-​flus setaʼ jieħu l-​libsa tagħha bħala garanzija li din il-​persuna kellha tħallas il-​flus lura. (Eżo. 22:26, 27) Iżda min jislef kellu jirritorna l-​libsa lill-​persuna sa nżul ix-​xemx biex din tkun tistaʼ tibqaʼ sħuna matul il-​lejl. Xi ħadd li ma kellux mogħdrija forsi ma kienx ikun irid jagħti l-​libsa lura, imma Ġeħova għallem lin-​nies tiegħu jħennu għal ħaddieħor. X’jgħallimna l-​prinċipju wara din il-​liġi? Qatt tinjora l-​bżonnijiet taʼ Kristjan sieħbek. Jekk nistgħu nkunu t’għajnuna għal xi ħu jew oħt li tkun qed tbati, aħna se nkunu rridu nagħmlu dan.—Kol. 3:12; Ġak. 2:15, 16; 1 Ġw. 3:17. w17.09 10 ¶4-5

Il-​Ħamis, 19 taʼ Settembru

“Missier, aħfrilhom, għax ma jafux x’qed jagħmlu.”—Lq. 23:34.

Meta Ġesù kien fuq iz-​zokk tat-​tortura, hu talab lil Missieru biex jaħfer lin-​nies li riedu joqtluh. Anki meta Ġesù kien taħt stress jew muġugħ, hu baqaʼ juri ħlewwa u paċenzja. (1 Pt. 2:21-23) Pawlu semma mod wieħed kif nistgħu nuru ħlewwa u paċenzja meta kiteb: “Komplu ssaportu lil xulxin u aħfru lil xulxin mill-​qalb jekk xi ħadd għandu għalxiex jilmenta kontra ħaddieħor. Bħalma Ġeħova ħafrilkom mill-​qalb, agħmlu hekk intom ukoll.” (Kol. 3:13) Sabiex naħfru lil oħrajn, hemm bżonn li nuru ħlewwa u paċenzja. Dan se jinkuraġġixxi u jżomm l-​għaqda fil-​kongregazzjoni. Ġeħova jistenna li nuru ħlewwa u paċenzja m’oħrajn. Dawn il-​kwalitajiet huma importanti jekk irridu ngħixu fid-​dinja l-​ġdida tiegħu. (Mt. 5:5; Ġak. 1:21) Meta nkunu paċenzjużi u nuru ħlewwa, aħna nonoraw lil Ġeħova u ngħinu lil oħrajn jagħmlu l-​istess.—Gal. 6:1; 2 Tim. 2:24, 25. w17.08 25 ¶15-17

Il-​Ġimgħa, 20 taʼ Settembru

“Ġeħova jaf kif jeħles mill-​provi lil dawk li huma devoti lejh.”—2 Pt. 2:9.

Fil-​Bibbja nsibu ħafna eżempji taʼ meta Ġeħova għamel dak li mhux mistenni. Pereżempju, meta Ħeżekija kien sultan taʼ Ġuda, Sennakerib, is-​sultan tal-​Assirja, invada lil Ġuda u ħa f’idejh il-​bliet kollha tagħha minbarra Ġerusalemm. (2 Slat. 18:1-3, 13) Imbagħad, Sennakerib mar biex jattakka lil Ġerusalemm. X’għamel is-​Sultan Ħeżekija? L-​ewwel, talab lil Ġeħova għall-​għajnuna u mar jieħu parir mingħand Isaija, il-​profeta taʼ Ġeħova. (2 Slat. 19:5, 15-20) Wara, Ħeżekija wera li kien raġunevoli billi ħallas il-​multa li Sennakerib talab b’awtorità. (2 Slat. 18:14, 15) Fl-​aħħar, Ħeżekija pprepara l-​belt għal assedju twil. (2 Kron. 32:2-4) Kif spiċċat is-​sitwazzjoni? Ġeħova bagħat anġlu biex f’lejl wieħed jeqred 185,000 suldat taʼ Sennakerib. Lanqas Ħeżekija stess ma kien qed jistenna li jiġri dan!—2 Slat. 19:35. w17.08 11 ¶7; 12 ¶12

Is-​Sibt, 21 taʼ Settembru

Agħmlu dixxipli min-​nies u għallmuhom josservaw dak kollu li ordnajtilkom.—Mt. 28:19, 20.

Kif tistaʼ tipprepara lilek innifsek għall-​ministeru full-​time? Sabiex taqdi lil Ġeħova bl-​aħjar mod li tistaʼ, għandek bżonn tiżviluppa kwalitajiet Kristjani. Studja l-​Kelma t’Alla regolarment, immedita fil-​fond fuqha, u pprova esprimi l-​fidi tiegħek fil-​laqgħat tal-​kongregazzjoni. Sakemm għadek l-​iskola, tistaʼ ttejjeb l-​abbiltà tiegħek biex titkellem m’oħrajn dwar l-​aħbar tajba. Tgħallem uri interess fin-​nies billi bit-​tattika tistaqsi l-​opinjoni tagħhom u tismaʼ t-​tweġibiet li jagħtu. Ukoll, tistaʼ toffri li tagħmel affarijiet fil-​kongregazzjoni, bħal li tgħin fit-​tindif u l-​manutenzjoni tas-​Sala tas-​Saltna. Ġeħova jieħu pjaċir juża lill-​umli u lil dawk li jridu jaħdmu minn jeddhom. (Salm 110:3; Atti 6:1-3) L-​appostlu Pawlu stieden lil Timotju biex jaqdi bħala missjunarju għax “kienu jitkellmu tajjeb dwaru.”—Atti 16:1-5. w17.07 23 ¶7; 25 ¶14

Il-​Ħadd, 22 taʼ Settembru

“Kull irkoppa tintlewa quddiemi, kull ilsien se jaħlifli.”—Is. 45:23.

Sakemm il-​kwistjoni dwar jekk Ġeħova għandux id-​dritt li jmexxi tibqaʼ mhux issetiljata fl-​imħuħ tal-​bnedmin jew l-​anġli, ma jistax ikun hemm paċi u unità vera. Imma wara li tingħata prova tad-​dritt tas-​sovranità taʼ Ġeħova, kulħadd se jgħix taħt it-​tmexxija meraviljuża tiegħu għal dejjem. Se jkun hemm il-​paċi fl-​univers kollu. (Efes. 1:9, 10) Id-​dritt tas-​sovranità t’Alla se jintwera, u t-​tmexxija minn Satana u l-​bnedmin se tisfaxxa u titneħħa. It-​tmexxija minn Alla permezz tas-​Saltna Messjanika se tirnexxi. Nies leali se jkunu taw prova li l-​bnedmin jistgħu jżommu l-​lealtà tagħhom u jappoġġjaw lealment it-​tmexxija t’Alla. (Is. 45:24) Irridu aħna nkunu fost dawn l-​uħud leali? Dażgur! Allura, għandna bżonn nifhmu kemm din il-​kwistjoni hi verament importanti. w17.06 16 ¶4-5

It-​Tnejn, 23 taʼ Settembru

“Ħabib veru jħobb il-​ħin kollu; huwa ħu mwieled għal meta jkun hemm in-​niket.”—Prov. 17:17.

Hu impossibbli li tkun taf bl-​eżatt kemm kull persuna se ddum titnikket. Meta xi ħadd maħbub imut, għall-​ewwel ħafna ħbieb u qraba jkunu hemm biex jagħtu l-​faraġ. Imma wara li jerġgħu lura għall-​ħajja normali tagħhom, dawk li jkunu qed jitnikktu xorta jkollhom bżonn il-​faraġ. Allura kun lest li tgħin. Jeħtieġ li nfarrġu lil dawk imnikktin għal kemm ikollhom bżonn. (1 Tess. 3:7) Ftakar li persuna f’daqqa waħda tistaʼ tinħakem minn niket kbir fi kwalunkwe ħin. Dan jistaʼ jkun minħabba anniversarji, ċerta mużika, ritratti, attivitajiet, jew saħansitra xi riħa speċifika, ħoss, jew staġun tas-​sena. Meta armel jew armla mnikkta tagħmel xi ħaġa waħedha għall-​ewwel darba, bħal li tattendi xi assemblea jew it-​Tifkira, jistaʼ jkun taʼ wġigħ kbir. Però ftakar li dawk li qed jitnikktu jkollhom bżonn l-​inkuraġġiment mhux f’okkażjonijiet speċjali biss. w17.07 13-14 ¶17-19

It-​Tlieta, 24 taʼ Settembru

“Tfittxux l-​interessi persunali tagħkom biss, imma wkoll l-​interessi persunali taʼ l-​oħrajn.”—Flp. 2:4.

Meta nkunu aljenati f’li nagħmlu affarijiet tajbin għal ħaddieħor, ħafna drabi ninsew dwar il-​problemi tagħna stess. Pereżempju, ħafna aħwa nisa, miżżewġin jew le, jafu li meta jaqsmu l-​aħbar tajba dwar is-​Saltna m’oħrajn, ikunu qed jaħdmu flimkien maʼ Ġeħova u jagħmlu dak li jixtieq hu. Dan iferraħhom. Fil-​fatt, ilkoll kemm aħna nistgħu nuru li jinteressana minn oħrajn billi naqsmu l-​aħbar tajba magħhom. U meta nagħmlu affarijiet b’qalb tajba għal ħutna, se nersqu eqreb lejhom. L-​appostlu Pawlu hekk għamel. Hu ħa ħsieb oħrajn bħal kif omm tgħożż lit-​tarbija tagħha. Ukoll, Pawlu farraġ u inkuraġġixxa lil ħutu “bħalma jagħmel missier maʼ wliedu.” (1 Tess. 2:7, 11, 12) Tfal li tgħallmu jħobbu lil Ġeħova jistgħu jfarrġu u jinkuraġġixxu lill-​membri tal-​familja tagħhom. Kif? Billi jirrispettaw lill-​ġenituri u jaħdmu iebes biex jgħinuhom b’modi prattiċi. Ukoll, meta t-​tfal jibqgħu leali lejn Ġeħova, dan ikun taʼ inkuraġġiment għall-​familja kollha. w17.06 6-7 ¶13-14; 8 ¶17

L-​Erbgħa, 25 taʼ Settembru

“Agħmlu għalikom ħbieb permezz taʼ l-​għana mhux ġust.”—Lq. 16:9.

Waqt li xi nies għandhom biżżejjed flus biex iservuhom għal mijiet taʼ snin, biljuni oħra huma foqra ħafna. Ġesù kien jaf li s-​Saltna t’Alla biss setgħet tbiddel is-​sistema kummerċjali taʼ did-​dinja. Il-​Bibbja turi li “l-​merkanti,” jew is-​sistema kummerċjali, flimkien mas-​sistemi politiċi u reliġjużi, huma parti mid-​dinja taʼ Satana. (Riv. 18:3) Il-​poplu t’Alla jistaʼ jissepara kompletament minn mal-​politika u r-​reliġjon falza. Madankollu, il-​biċċa l-​kbira mill-​poplu t’Alla ma jistax jissepara kompletament minn mal-​parti kummerċjali tad-​dinja taʼ Satana. Bħala Kristjani, għandna bżonn neżaminaw l-​attitudni li għandna lejn is-​sistema kummerċjali tad-​dinja. Biex nagħmlu dan nistgħu nistaqsu lilna nfusna: ‘Kif nistaʼ nuża l-​affarijiet materjali tiegħi biex nuri li jien leali lejn Alla? Kif nistaʼ nsir inqas involut fid-​dinja kummerċjali? Liema esperjenzi juru li l-​poplu t’Alla llum jafda fih kompletament?’ w17.07 3-4 ¶1-3

Il-​Ħamis, 26 taʼ Settembru

“Oqogħdu attenti għalikom infuskom li qlubkom qatt ma jitqalu b’ikel u xorb żejjed u ansjetajiet tal-​ħajja.”—Lq. 21:34.

Ġesù kien jaf li l-​ħajja f’din is-​sistema kienet se tkun mimlija stress u li konna se niffaċċjaw ansjetajiet u sfidi. Fit-​tixbiha tiegħu taʼ dak li jiżraʼ, Ġesù qal li xi nies kienu se jaċċettaw “il-​kelma tas-​saltna” u għall-​ewwel ikunu żelużi. Iżda iktar tard, “l-​ansjetà taʼ din is-​sistema u l-​qawwa qarrieqa tar-​rikkezzi” kienu se “joħonqu l-​kelma,” u dawk in-​nies kienu se jitilfu ż-​żelu tagħhom. (Mt. 13:19-22; Mk. 4:19) Jekk ma noqogħdux attenti, l-​ansjetajiet taʼ kuljum tal-​ħajja jistgħu jfixklu s-​servizz tagħna lil Ġeħova. Bħal Pietru, aħna nistgħu nuru li nħobbu lil Kristu billi npoġġu x-​xogħol tal-​ippritkar l-​ewwel post f’ħajjitna. Kif nistgħu nagħmlu ċert li nkomplu nagħmlu dan? Nistgħu nistaqsu lilna nfusna: ‘X’jagħmilni ferħan, li naqdi lil Ġeħova jew li nieħu sehem f’attivitajiet oħrajn?’ w17.05 22 ¶3-4

Il-​Ġimgħa, 27 taʼ Settembru

Lissnu kliem li jinftiehem faċilment.—1 Kor. 14:9.

Meta “residenti barranin” ikunu jgħixu ’l bogħod minn Xhieda oħra li jitkellmu bil-​lingwa tagħhom, huma jkollhom bżonn jassoċjaw maʼ kongregazzjoni li titkellem bil-​lingwa lokali. (Salm 146:9) Imma jekk hemm kongregazzjoni viċin li tuża l-​lingwa tagħhom proprja, il-​kap tal-​familja għandu jiddeċiedi b’liema lingwa hu l-​aħjar li l-​familja tattendi l-​laqgħat. Qabel ma jieħu d-​deċiżjoni, hu se jaħseb sew u jitlob dwarha. Ukoll, se jitkellimha mal-​mara u t-​tfal. (1 Kor. 11:3) Il-​ġenituri għandhom iqisu dak li verament għandhom bżonn uliedhom. Biex jifhmu l-​veritajiet tal-​Bibbja sew, it-​tfal għandhom bżonn iktar minn sempliċement ftit sigħat taʼ tagħlim Bibliku kull ġimgħa fil-​laqgħat. Imma kkunsidra dan: Waqt il-​laqgħat li jsiru bil-​lingwa li t-​tfal jifhmu l-​iktar, huma jistgħu jibbenefikaw sempliċement mill-​fatt li jkunu hemm, u jistaʼ jkun li jitgħallmu iktar minn kemm il-​ġenituri jistgħu jobsru. Imma jekk ma jifhmux il-​lingwa sew, jistgħu ma jkunux qed jitgħallmu.—1 Kor. 14:11. w17.05 11-12 ¶10-11

Is-​Sibt, 28 taʼ Settembru

“Talli n-​nies offrew ruħhom bħala volontieri, bierku lil Ġeħova.”—Mħ. 5:2.

Jeħtieġ neżaminaw l-​attitudni tagħna stess dwar is-​servizz volontarju. Nistgħu nistaqsu lilna nfusna: ‘Qed nuri l-​fidi u l-​kuraġġ billi nuża r-​riżorsi li għandi biex naqdi lil Ġeħova? Qiegħed naħseb biex immur ngħix f’belt jew pajjiż ieħor biex nagħmel iktar flus u jkolli ħajja aħjar? Jekk inhu hekk, qed nitlob lil Ġeħova dwar kif din iċ-​ċaqliqa se teffettwa l-​familja u l-​kongregazzjoni tiegħi?’ Ġeħova jagħtina unur inkredibbli billi jħallina nappoġġjaw it-​tmexxija tiegħu. Minn żmien Adam u Eva, ix-​Xitan ried li l-​bnedmin iżommu miegħu u jiħduha kontra Ġeħova. Imma meta nappoġġjaw it-​tmexxija taʼ Ġeħova, aħna nuru lil Satana b’mod ċar maʼ min inżommu. Il-​fidi u l-​lealtà tagħna jimmotivawna biex inkunu volontieri fis-​servizz taʼ Ġeħova, u dan iferrħu ħafna. (Prov. 23:15, 16) Alla tagħna jistaʼ juża l-​appoġġ u l-​ubbidjenza leali tagħna biex iwieġeb it-​tgħajjir taʼ Satana. (Prov. 27:11) L-​ubbidjenza tagħna hi xi ħaġa li nistgħu nagħtu lil Ġeħova. Din hi prezzjuża għalih u tferrħu ferm. w17.04 32 ¶15-16

Il-​Ħadd, 29 taʼ Settembru

“Kulmeta twiegħed wegħda lil Alla, taħsibhiex darbtejn biex troddha, għax ma fihomx għaxqa l-​istupidi. Dak li twiegħed, roddu.”—Ekk. 5:4.

Fil-​Liġi Mosajka, naqraw li jekk raġel jagħmel wegħda lil Ġeħova, “m’għandux jikser kelmtu. Għandu jagħmel skond kulma ħareġ minn fommu.” (Num. 30:2) Iktar tard, Salamun kiteb il-​kliem tal-​iskrittura tal-​lum. Ġesù għallem dwar is-​serjetà taʼ li nagħmlu wegħda lil Alla meta qal: “Lil dawk taʼ żmien il-​qedem intqalilhom, ‘Tiksirx il-​ħalfa li tagħmel, imma wettaq il-​wegħdi li tagħmel lil Ġeħova.’” (Mt. 5:33) Huwa ċar li għandna nieħdu b’serjetà kbira kwalunkwe wegħda li nagħmlu lil Ġeħova. Il-​mod kif inqisu l-​wegħdi tagħna jaffettwa r-​relazzjoni tagħna miegħu. David wera dan biċ-​ċar meta staqsa: “Min jistaʼ jitlaʼ fuq il-​muntanja taʼ Ġeħova? U min jistaʼ jitlaʼ fil-​post qaddis tiegħu?” Imbagħad wieġeb billi qal li Ġeħova se jaċċetta lil kull min ‘ma ħalifx bil-​qerq.’—Salm 24:3, 4. w17.04 4 ¶3-4

It-​Tnejn, 30 taʼ Settembru

Ma jimmalafamax bi lsienu.—Salm 15:3.

Jekk naħsbu li esperjenzajna l-​inġustizzja fil-​kongregazzjoni, irridu noqogħdu b’sebaʼ għajnejn biex ma nitkellmux dwar is-​sitwazzjoni m’oħrajn. Ovvjament, għandna nitolbu l-​għajnuna tal-​anzjani jekk ħu jikkommetti dnub serju. (Lev. 5:1) Madankollu, f’ħafna każi fejn ma jkunx involut dnub serju, jistaʼ jkun possibbli li tagħmel paċi maʼ ħuk mingħajr ma tgħid lil ħadd, lanqas lill-​anzjani. (Mt. 5:23, 24; 18:15) Ejja nkunu leali u f’sitwazzjonijiet bħal dawn napplikaw prinċipji Bibliċi. Kultant forsi nirrealizzaw li nkunu fhimna sitwazzjoni ħażin u li wara kollox ma konniex vittma tal-​inġustizzja. Meta jiġri hekk se nkunu grati li ma ggravajniex is-​sitwazzjoni billi għedna affarijiet ħżiena dwar xi ħadd minn ħutna. Ftakar li għandekx raġun jew le, li tgħid xi ħaġa li tweġġaʼ qatt mhu se jagħmel sitwazzjoni aħjar. Il-​lealtà lejn Ġeħova u ħutna se tipproteġina milli nagħmlu żbalji bħal dawn. w17.04 19 ¶14

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja