LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • es19 pp. 98-108
  • Ottubru

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Ottubru
  • Neżaminaw l-Iskrittura Kuljum—2019
  • Sottitli
  • It-​Tlieta, 1 t’Ottubru
  • L-​Erbgħa, 2 t’Ottubru
  • Il-​Ħamis, 3 t’Ottubru
  • Il-​Ġimgħa, 4 t’Ottubru
  • Is-​Sibt, 5 t’Ottubru
  • Il-​Ħadd, 6 t’Ottubru
  • It-​Tnejn, 7 t’Ottubru
  • It-​Tlieta, 8 t’Ottubru
  • L-​Erbgħa, 9 t’Ottubru
  • Il-​Ħamis, 10 t’Ottubru
  • Il-​Ġimgħa, 11 t’Ottubru
  • Is-​Sibt, 12 t’Ottubru
  • Il-​Ħadd, 13 t’Ottubru
  • It-​Tnejn, 14 t’Ottubru
  • It-​Tlieta, 15 t’Ottubru
  • L-​Erbgħa, 16 t’Ottubru
  • Il-​Ħamis, 17 t’Ottubru
  • Il-​Ġimgħa, 18 t’Ottubru
  • Is-​Sibt, 19 t’Ottubru
  • Il-​Ħadd, 20 t’Ottubru
  • It-​Tnejn, 21 t’Ottubru
  • It-​Tlieta, 22 t’Ottubru
  • L-​Erbgħa, 23 t’Ottubru
  • Il-​Ħamis, 24 t’Ottubru
  • Il-​Ġimgħa, 25 t’Ottubru
  • Is-​Sibt, 26 t’Ottubru
  • Il-​Ħadd, 27 t’Ottubru
  • It-​Tnejn, 28 t’Ottubru
  • It-​Tlieta, 29 t’Ottubru
  • L-​Erbgħa, 30 t’Ottubru
  • Il-​Ħamis, 31 t’Ottubru
Neżaminaw l-Iskrittura Kuljum—2019
es19 pp. 98-108

Ottubru

It-​Tlieta, 1 t’Ottubru

“Jekk xi ħadd minnkom jonqsu l-​għerf, ħa jibqaʼ jitlob lil Alla, għax hu jagħti b’mod ġeneruż u mingħajr ma jċanfar lil ħadd.”—Ġak. 1:5.

L-​għerf jiġi mingħand Ġeħova, u hu jaqsmu m’oħrajn b’mod ġeneruż. Mod wieħed kif niksbu l-​għerf hu billi naċċettaw id-​dixxiplina t’Alla. Li nagħmlu dan jipproteġina milli nagħmlu affarijiet ħżiena u jgħinna nibqgħu qrib Ġeħova. (Prov. 2:10-​12) B’hekk, ikollna t-​tama mill-​isbaħ taʼ ħajja taʼ dejjem. (Ġuda 21) Peress li aħna imperfetti jew minħabba t-​trobbija tagħna, xi kultant ikun diffiċli naċċettaw id-​dixxiplina jew inqisuha bħala xi ħaġa tajba. Imma meta f’ħajjitna nesperjenzaw il-​benefiċċji tad-​dixxiplina t’Alla, aħna nifhmu kemm verament iħobbna. Proverbji 3:11, 12 jgħidilna: “O ibni, id-​dixxiplina taʼ Ġeħova tirrifjutahiex.” Imbagħad jgħid: “Għax Ġeħova jwiddeb lil min iħobb.” Aħna nistgħu nkunu ċerti li Ġeħova jrid l-​aħjar għalina. (Ebr. 12:5-​11) Peress li Alla jafna sew, id-​dixxiplina tiegħu hi dejjem xierqa u hi propju dak li jkollna bżonn. w18.03 27 ¶1-2

L-​Erbgħa, 2 t’Ottubru

“Uru l-​ospitalità maʼ xulxin.”—1 Pt. 4:9.

L-​appostlu Pietru kiteb il-​kliem fl-​iskrittura tal-​lum lill-​kongregazzjonijiet fl-​Asja Minuri li kellhom aħwa minn kulturi differenti. Huma kienu qed jiffaċċjaw ‘nar jaqbad fosthom bħala prova.’ X’kien se jgħin lill-​Kristjani kullimkien biex jgħaddu minn dan iż-​żmien stressanti? (1 Pt. 1:1; 4:4, 7, 12) Pietru kien qed iħeġġeġ lil ħutu biex juru l-​ospitalità “ma’ xulxin,” allavolja kienu diġà jafu lil xulxin u kienu qed jagħmlu l-​affarijiet flimkien. Li jkunu ospitabbli kif kien se jgħinhom? Dan kien se jressaqhom eqreb lejn xulxin. Xi ngħidu għalik? Tiftakar il-​memorji sbieħ taʼ meta ġejt mistieden għand xi ħadd? U meta stidint lil xi ħadd għandek, ma saħħaħx dan il-​ħbiberija tagħkom? Mod tajjeb kif insiru nafu lil ħutna hu billi nuruhom l-​ospitalità. Il-​Kristjani li għexu fi żmien Pietru kellhom bżonn jersqu eqreb lejn xulxin hekk kif il-​problemi bdew jiggravaw. F’dawn “l-​aħħar jiem,” jeħtieġ li nagħmlu l-​istess.—2 Tim. 3:1. w18.03 15-16 ¶1-3

Il-​Ħamis, 3 t’Ottubru

“Henjin dawk li huma konxji tal-​bżonn spiritwali tagħhom, għax tagħhom hi s-​saltna tas-​smewwiet.”—Mt. 5:3.

Ġesù qal li dawk li għandhom moħħhom iffokat fuq affarijiet spiritwali huma ferħanin. Rumani 8:6 jispjega li l-​ħajja tagħna tiddependi fuq li naħsbu bħalma jaħseb Ġeħova: “Li tkun moħħok fil-​laħam ifisser mewt, imma li tkun moħħok fl-​ispirtu jfisser ħajja u paċi.” Allura, jekk aħna moħħna ffokat fuq affarijiet spiritwali, issa stess jistaʼ jkollna l-​paċi m’Alla u magħna nfusna, u jistaʼ jkollna t-​tama taʼ ħajja taʼ dejjem. Madankollu, aħna ngħixu f’dinja perikoluża. Peress li mdawrin b’nies li ma jaħsbux bħal Alla, jirrikjedi sforz kbir biex nipproteġu ’l moħħna. Jekk ma nimlewhx bil-​ħsibijiet taʼ Ġeħova, id-​dinja se timlihulna bl-​attitudnijiet u l-​ħsibijiet tal-​laħam li toffri hi. Ġuda qal li nies fiżiċi jistgħu saħansitra jitilfu l-​ispirtu taʼ Ġeħova.—Ġuda 18, 19. w18.02 17 ¶5; 18 ¶7-8

Il-​Ġimgħa, 4 t’Ottubru

“In-​nies mill-​agħar u l-​impusturi jibqgħu sejrin mill-​ħażin għall-​agħar.”—2 Tim. 3:13.

Ħafna tobba u infermieri jaħdmu fost nies li għandhom mard li jittieħed. Huma jieħdu ħsieb il-​pazjenti tagħhom għax iridu jgħinuhom. Imma jridu wkoll jipproteġu lilhom infushom biex ma jiġux infettati bil-​marda li qed jipprovaw ifejqu. Bħala l-​qaddejja taʼ Ġeħova, aħna f’ċertu sens qegħdin f’sitwazzjoni simili. Ħafna minna jgħixu u jaħdmu maʼ nies li huma infettati b’attitudnijiet u kwalitajiet li huma kompletament differenti mill-​kwalitajiet t’Alla. Dan jistaʼ jagħmilhielna diffiċli. Fl-​aħħar jiem taʼ dis-​sistema, nies li ma jaqdux lil Alla jinjoraw il-​livelli tiegħu taʼ x’inhu tajjeb u ħażin. L-​appostlu Pawlu ddeskriva l-​kwalitajiet negattivi tagħhom meta kiteb l-​ittra tiegħu lil Timotju. (2 Tim. 3:1-5) Għalkemm dawn il-​kwalitajiet ħżiena jistgħu jkunu xokkanti għalina, xorta waħda nistgħu niġu influwenzati mill-​mod kif in-​nies taʼ madwarna jaħsbu, jitkellmu, u jaġixxu. (Prov. 13:20) Għalhekk, għandna nipproteġu lilna nfusna milli niġu infettati minn kwalitajiet ħżiena waqt li ngħinu n-​nies isiru jafu lil Ġeħova. w18.01 27 ¶1-2

Is-​Sibt, 5 t’Ottubru

Agħmlu dixxipli min-​nies tal-​ġnus kollha u għammduhom.—Mt. 28:19.

Fis-​sena 33, ftit wara l-​irxoxt tiegħu, Ġesù kellem lil iktar minn 500 raġel u mara u possibbilment anke tfal. Jistaʼ jkun li kien f’din l-​okkażjoni meta qal il-​kliem t’hawn fuq. (1 Kor. 15:6) Ġesù kkmanda lis-​segwaċi tiegħu biex jagħmlu dixxipli. Xi ħadd li jrid ikun dixxiplu tiegħu, jew jieħu “l-​madmad” tiegħu, għandu jitgħammed. (Mt. 11:29, 30) Sabiex wieħed jaqdi lil Alla b’mod li jogħġob Lilu, hu għandu jaċċetta li Alla juża lil Ġesù biex iwettaq ir-​rieda Tiegħu. Imbagħad, dan l-​individwu jkun jistaʼ jitgħammed bl-​approvazzjoni t’Alla. Fil-​Bibbja hemm ħafna evidenza li d-​dixxipli li kellu Ġesù fil-​bidu kienu jafu kemm kien importanti li jitgħammdu. Huma ma kinux jaħsbu li kellhom jistennew u jitgħammdu iktar tard.—Atti 2:41; 9:18; 16:14, 15, 32, 33. w18.03 5 ¶8

Il-​Ħadd, 6 t’Ottubru

“O Danjel, raġel maħbub ħafna.”—Dan. 10:11.

Id-​dinja li qed ngħixu fiha llum hi mimlija bl-​immoralità u qima falza. In-​nies ġew influwenzati minn Babilonja l-​Kbira, l-​imperu dinji taʼ reliġjon falza, li l-​Bibbja ssejħilha “post fejn jgħammru d-​demonji.” (Riv. 18:2) B’hekk, in-​nies jistgħu jaraw li aħna differenti ħafna, u jwaqqgħuna għaċ-​ċajt. (Mk. 13:13) Madankollu, bħal Danjel, ejja nersqu qrib lejn Alla tagħna, Ġeħova. Meta nkunu umli, nafdaw f’Ġeħova, u nobduh, hu se jqisna bħala prezzjużi wkoll. (Ħag. 2:7) Il-​ġenituri jistgħu jitgħallmu lezzjonijiet importanti mill-​ġenituri taʼ Danjel. Meta Danjel kien tifel żgħir f’​Ġuda, il-​biċċa l-​kbira tan-​nies madwaru kienu mill-​agħar ħafna. Madankollu, hu sar iħobb lil Ġeħova. Il-​ġenituri tiegħu żgur li għallmuh dwar Ġeħova. (Prov. 22:6) Saħansitra ismu stess, Danjel, li jfisser “L-​Imħallef Tiegħi Hu Alla,” juri li l-​ġenituri tiegħu kienu jħobbu lil Ġeħova. Għalhekk, ġenituri, kunu paċenzjużi meta tgħallmu lil uliedkom dwar Ġeħova. Taqtgħux qalbkom. (Efes. 6:4) Itolbu magħhom. Itolbu għalihom. Agħmlu mill-​aħjar li tistgħu biex tgħallmuhom iħobbu dak li Ġeħova jgħid li hu tajjeb, u Ġeħova jberikkom bil-​kbir.—Salm 37:5. w18.02 6-7 ¶12, 14-15

It-​Tnejn, 7 t’Ottubru

“Kollox minnek ġej, u minn idek stess tajniek aħna.”—1 Kron. 29:14.

Aħna nagħtu lil Ġeħova għax dan hu mod kif inqimuh. Permezz taʼ viżjoni, l-​appostlu Ġwanni sema’ lill-​qaddejja taʼ Ġeħova fis-​sema jgħidu: “Int jistħoqqlok, Ġeħova, Alla tagħna, li tirċievi l-​glorja u l-​unur u l-​qawwa, għax int ħlaqt l-​affarijiet kollha, u bir-​rieda tiegħek eżistew u nħolqu.” (Riv. 4:11) Żgur naqblu li Ġeħova jistħoqqlu kull glorja u unur, u allura aħna se nkunu rridu nagħtuh mill-​aħjar tagħna. Ġeħova kkmanda lill-​poplu taʼ Iżrael, permezz taʼ Mosè, biex jagħmel tliet festi kull sena. F’dawn il-​festi, li jagħtu lil Ġeħova kienet parti mill-​qima tagħhom. Il-​poplu kien intqallu biex ma ‘jidhirx quddiem Ġeħova b’idu vojta.’ (Dt. 16:16) Anke llum il-​ġurnata, li nagħtu b’mod ġeneruż hu parti importanti mill-​qima tagħna. B’dan il-​mod, inkunu qed nuru li napprezzaw u nappoġġjaw ix-​xogħol tal-​organizzazzjoni taʼ Ġeħova. w18.01 16 ¶4, 5

It-​Tlieta, 8 t’Ottubru

“Jien inserraħkom.”—Mt. 11:28.

Ġesù żied: “Ħudu l-​madmad tiegħi fuqkom.  . . Għax il-​madmad tiegħi ħelu u t-​tagħbija tiegħi ħafifa.” (Mt. 11:29, 30) Dan hu tassew minnu! Xi drabi, għandu mnejn inħossuna bla saħħa meta nitilqu mid-​dar biex nattendu laqgħa jew noħorġu fuq il-​ministeru. Imma kif inħossuna wara? Aħna nsibu serħan u nħossuna iktar preparati biex inkampaw mal-​problemi tagħna. Tabilħaqq, il-​madmad taʼ Ġesù hu ħelu. Ikkunsidra l-​esperjenza taʼ waħda minn ħutna. Hi tbati minn sindromu taʼ għeja kronika, dipressjoni, u migranja. Allura xi drabi jkun diffiċli ħafna għaliha biex tattendi l-​laqgħat. Minkejja dan, ġurnata minnhom, wara li għamlet l-​isforz biex tattendi laqgħa, hi kitbet: “It-​taħdita kienet dwar l-​iskuraġġiment. L-​informazzjoni tant kienet preżentata b’empatija u interess ġenwin li qabiżli d-​dmugħ. Jien ġejt imfakkra li l-​laqgħat huma l-​post fejn għandi nkun.” Kemm kienet ferħana li għamlet l-​isforz biex tattendi! w18.01 5 ¶6-7

L-​Erbgħa, 9 t’Ottubru

“Saqajja kienu kważi żvijaw.”—Salm 73:2.

X’tistaʼ tagħmel jekk wara l-​magħmudija ibnek jew bintek tibda tesprimi d-​dubji dwar il-​verità? Pereżempju, hu jew hi tistaʼ tibda tinġibed lejn l-​affarijiet tad-​dinja. Jew tibda tiddubita jekk li ssegwi prinċipji Bibliċi huwiex verament l-​aħjar tip taʼ ħajja. (Salm 73:1, 3, 12, 13) Il-​mod kif int tirreaġixxi jistaʼ jeffettwa jekk ibnek jew bintek tibqax taqdi lil Ġeħova. Ipprova tiġġilidx miegħu jew magħha dwar dan, anke jekk għadha żgħira ħafna jew jekk issa hi żagħżugħa. Minflok, agħmel ċert li hi taf li int tħobbha u trid tgħinha. Żagħżugħ jew żagħżugħa li hi mgħammda għamlet dedikazzjoni lil Ġeħova. Din hi wegħda li tħobbu u taqdih iktar minn kull ħaġa oħra. (Mk. 12:30) Ġeħova jqis id-​dedikazzjoni bħala wegħda serja, u hekk għandna nqisuha aħna.—Ekk. 5:4, 5. w17.12 19-20 ¶16-17

Il-​Ħamis, 10 t’Ottubru

Naf li ħija jqum fl-​irxoxt fl-​aħħar jum.—Ġw. 11:24.

Bħalma kienet taf Marta, il-​qaddejja leali taʼ Ġeħova kienu jafu li kien se jkun hemm irxoxt fil-​futur. Aħseb dwar dak li Ġeħova talab lil Abraham biex jagħmel b’Iżakk, l-​iben li stenna tant għalih. Ġeħova qal: “Jekk jogħġbok, ħu lil ibnek Iżakk, l-​uniku iben tiegħek li tant tħobb, u vvjaġġa lejn l-​art taʼ Morija u hemmhekk offrih bħala offerta tal-​ħruq.” (Ġen. 22:2) Kif taħseb li ħassu Abraham meta sema’ dan il-​kmand? Ġeħova kien wiegħed li l-​ġnus kollha kienu se jitbierku permezz tad-​dixxendenti t’Abraham. (Ġen. 13:14-16; 18:18; Rum. 4:17, 18) Ukoll, Ġeħova qal li l-​barka kienet se tiġi “permezz taʼ Iżakk.” (Ġen. 21:12) Imma dan kif setaʼ jiġri li kieku Abraham issagrifika lil ibnu? Pawlu ġie mnebbaħ biex jispjega li Abraham emmen li Alla setaʼ jirxoxta lil Iżakk. (Ebr. 11:17-19) Abraham ma setax ikun jaf meta ibnu kien se jiġi rxoxtat. Imma hu fada li Ġeħova kien se jerġaʼ jqajjem lil Iżakk. w17.12 6-7 ¶12-14

Il-​Ġimgħa, 11 t’Ottubru

“Jien nadif mid-​demm tal-​bnedmin kollha.”—Atti 20:26.

Bħall-​appostlu Pawlu, għandna nqisu l-​ħajja kif iqisha Ġeħova. Hu jrid li kulħadd jindem ħalli jkun jistaʼ jgħix. (2 Pt. 3:9) Sabiex nimitaw lil Ġeħova, għandna bżonn inħobbu lin-​nies. Il-​ħniena se timmotivana nippritkaw b’żelu u se tagħtina l-​ferħ hekk kif nagħmlu dan. Sabiex inqisu l-​ħajja kif iqisha Ġeħova, hemm bżonn ukoll li jkollna l-​attitudni t-​tajba dwar is-​sigurtà. Meta nsuqu u naħdmu dejjem għandna noqogħdu attenti, anke meta ngħinu fil-​bini u fil-​manutenzjoni tal-​postijiet taʼ qima jew meta nivvjaġġaw għal-​laqgħat. In-​nies, is-​sigurtà, u s-​saħħa dejjem huma iktar importanti milli tiffranka l-​ħin jew il-​flus. Alla tagħna dejjem jagħmel dak li hu sew, u aħna rridu nkunu bħalu. L-​anzjani b’mod speċjali għandhom bżonn jaħsbu dwar is-​sigurtà, kemm tagħhom kif ukoll t’oħrajn. (Prov. 22:3) Jekk anzjan ifakkrek dwar ir-​regoli tas-​sigurtà, ismaʼ minnu. (Gal. 6:1) Qis il-​ħajja kif iqisha Ġeħova, u “ebda ħtija tad-​demm ma jkollok fuqek.”—Dt. 19:10. w17.11 18 ¶11-12

Is-​Sibt, 12 t’Ottubru

“Tħallu lill-​ebda bniedem iċaħħadkom mill-​premju.”—Kol. 2:18.

Il-​Kristjani midlukin għandhom tama prezzjuża. Huma jħarsu ’l quddiem għal li jgħixu fis-​sema. Din it-​tama l-​appostlu Pawlu sejħilha “l-​premju tas-​sejħa t’Alla għal hemm fuq.” (Flp. 3:14) Fis-​sema, huma se jsaltnu maʼ Ġesù Kristu fis-​Saltna tiegħu u se jaħdmu miegħu biex jgħinu lin-​nies isiru perfetti. (Riv. 20:6) X’tama meraviljuża hi din! In-​nagħaġ oħrajn iħarsu ’l quddiem għal premju differenti. Huma jittamaw li jgħixu għal dejjem f’Ġenna fuq l-​art, u din it-​tama tagħmilhom verament ferħanin! (2 Pt. 3:13) Pawlu ried jgħin lil sħabu Kristjani midlukin biex jibqgħu leali u jirbħu l-​premju. Hu qalilhom: “Żommu moħħkom fiss fuq l-​affarijiet taʼ fuq.” (Kol. 3:2) Huma kellhom bżonn jiffokaw fuq it-​tama prezzjuża tagħhom għas-​sema. (Kol. 1:4, 5) Li naħsbu dwar il-​barkiet taʼ Ġeħova jgħin lill-​qaddejja kollha t’Alla jżommu għajnejhom fuq il-​premju.—1 Kor. 9:24. w17.11 27 ¶1-2

Il-​Ħadd, 13 t’Ottubru

“Kantaw lil Ġeħova.”—Salm 96:1.

Ħafna mill-​għanjiet tal-​ktieb “Sing Out Joyfully” to Jehovah huma bħal talb. Dawn jistgħu jgħinuk tgħid lil Ġeħova kif tħossok. Għanjiet oħrajn se jgħinu biex nitqanqlu “għall-​imħabba u l-​għemejjel tajbin.” (Ebr. 10:24) Aħna rridu nsiru familjari mal-​melodiji, ir-​ritmi, u l-​kliem tal-​għanjiet tagħna. Mod wieħed kif nistgħu nagħmlu dan hu billi nisimgħu rekordings t’aħwa rġiel u nisa jkantaw l-​għanjiet. Dawn ir-​rekordings tistaʼ ssibhom bl-​Ingliż fuq jw.org. Meta tipprattika l-​għanjiet id-​dar, int tkun tistaʼ titgħallem tkantahom b’kunfidenza u sentiment. Ftakar li l-​kant huwa parti importanti mill-​qima tagħna. Huwa mod qawwi biex nuru lil Ġeħova li nħobbuh u li aħna grati għal dak kollu li għamel għalina. (Is. 12:5) Meta tkanta b’entużjażmu, se tinkuraġġixxi lil oħrajn jagħmlu l-​istess. Dawk kollha fil-​kongregazzjoni, kemm jekk żgħar, kbar, jew ġodda fil-​verità, jistgħu jqimu lil Ġeħova b’dan il-​mod. Allura żżommx lura milli tkanta mill-​qalb. Iva, kanta bil-​ferħ! w17.11 8 ¶18-19

It-​Tnejn, 14 t’Ottubru

“Uru li intom attenti bħas-​sriep iżda innoċenti bħall-​ħamiem.”—Mt. 10:16.

Illum, ħafna mir-​refuġjati jiġu minn pajjiżi fejn ix-​xogħol tal-​ippritkar hu pprojbit. Grazzi għal Xhieda żelużi, eluf taʼ refuġjati qed jisimgħu “l-​kelma tas-​saltna” għall-​ewwel darba. (Mt. 13:19, 23) Ħafna li huma “mgħobbijin” qed isibu faraġ u serħan fil-​laqgħat tagħna u ma jdumux ma jgħidu: “Alla tassew qiegħed fostkom.” (Mt. 11:28-30; 1 Kor. 14:25) Hemm bżonn inkunu għaqlin u “attenti” meta nippritkaw lir-​refuġjati. (Prov. 22:3) Ismaʼ bil-​paċenzja waqt li r-​refuġjati jkunu qed jitkellmu, imma titkellimx dwar il-​politika. Għandna nsegwu d-​direzzjoni li nirċievu mill-​uffiċċju tal-​fergħa kif ukoll mill-​awtoritajiet biex b’hekk ma nitfgħux lilna nfusna jew lil oħrajn f’riskju. Peress li r-​refuġjati jiġu minn reliġjonijiet u kulturi differenti, jeħtieġ li nitgħallmu dwar is-​sentimenti u opinjonijiet tagħhom u nirrispettawhom. Pereżempju, nies minn ċerti pajjiżi għandhom opinjonijiet sodi dwar kif mara għandha tilbes. Għalhekk, meta nkunu qed nippritkaw lil dawn in-​nies, nagħmlu tajjeb li nilbsu b’mod li mhux se joffendihom. w17.05 8 ¶17-18

It-​Tlieta, 15 t’Ottubru

“Ħa jkun kliemkom dejjem kollu ħlewwa.”—Kol. 4:6.

Aħna nistgħu nitolbu lil Ġeħova għall-​ispirtu qaddis tiegħu biex jgħinna nuru ħlewwa u qalb tajba maʼ qrabatna li ma jemmnux bħalna. M’għandniex nipprovaw nargumentaw magħhom dwar it-​twemmin falz kollu tagħhom. Jekk inħossuna mweġġgħin b’xi ħaġa li jgħidu jew jagħmlu, nistgħu nimitaw lill-​appostli. Pawlu qal: “Meta jgħajruna, inbierku; meta jippersegwitawna, nissaportu; meta jimmalafamawna, nitolbu bil-​ħrara,” jew, inwieġbu bil-​ħlewwa. (1 Kor. 4:12, 13) Dan għala hu importanti? Għalkemm li nitkellmu bil-​ħlewwa jistaʼ jgħinna nżommu l-​paċi maʼ qrabatna, il-​kondotta tajba tagħna tistaʼ tkun saħansitra iktar effettiva. (1 Pt. 3:1, 2, 16) Ħalli ’l qrabatek jaraw mill-​eżempju tiegħek li x-​Xhieda taʼ Ġeħova għandhom żwiġijiet henjin, jieħdu ħsieb uliedhom sew, jgħixu fi qbil maʼ livelli Bibliċi, u għandhom ħajja bi skop. Anke jekk dawk li jiġu minna qatt ma jaċċettaw il-​verità, aħna nistgħu nkunu ferħanin għax nafu li l-​kondotta tajba tagħna togħġob lil Ġeħova. w17.10 12-13 ¶13-14

L-​Erbgħa, 16 t’Ottubru

Idher quddiem Alla bħala bniedem approvat.—2 Tim. 2:15.

Mhix taʼ sorpriża li ħafna nies jagħmlu bidliet kbar meta jitgħallmu l-​verità. Ħutna fl-​ewwel seklu li kellhom it-​tama għas-​sema għamlu bidliet bħal dawn. (1 Kor. 6:9-11) Meta Pawlu tkellem dwar dawk li ma kinux se jirtu s-​Saltna t’Alla, hu żied jgħid: “Hekk kienu xi wħud minnkom.” Il-​Kelma t’Alla u l-​ispirtu qaddis tiegħu għenu lil dawn in-​nies jinbidlu. Imma anki wara li saru Kristjani, uħud minnhom għamlu żbalji serji li affettwaw ir-​relazzjoni tagħhom maʼ Ġeħova. Pereżempju, il-​Bibbja ssemmi ħu midluk li kellu jiġi maqtugħ mis-​sħubija. Iktar tard, hu għamel bidliet biex b’hekk setaʼ jerġaʼ jkun parti mill-​kongregazzjoni Kristjana. (1 Kor. 5:1-5; 2 Kor. 2:5-8) Huwa inkuraġġanti li ħutna setgħu jagħmlu dawn il-​bidliet kollha permezz tal-​qawwa tal-​Kelma t’Alla. Żgur li rridu nagħmlu l-​aħjar użu minnha. w17.09 21-22 ¶2-3

Il-​Ħamis, 17 t’Ottubru

“Ħa ma nħobbu la bil-​kliem u lanqas bl-​ilsien, imma bl-​għemil u l-​verità.”—1 Ġw. 3:18.

Ġeħova hu s-​Sors tal-​imħabba. (1 Ġw. 4:7) L-​ogħla forma taʼ mħabba hi bbażata fuq prinċipji tajbin. Fil-​Bibbja, din it-​tip taʼ mħabba hi deskritta bil-​kelma Griega agape. Din l-​imħabba tistaʼ tinkludi affezzjoni u sentimenti teneri għal xi ħadd, imma tinvolvi iktar minn sempliċi sentimenti. Din tintwera b’azzjonijiet mhux egoistiċi għall-​benefiċċju t’oħrajn. Hija mħabba li timmotivana nagħmlu affarijiet tajbin għal ħaddieħor. Din it-​tip taʼ mħabba tagħtina ferħ u skop fil-​ħajja. Ġeħova wera li jħobb lill-​bniedem saħansitra qabel ħalaq lil Adam u Eva. Hu għamel l-​art b’tali mod li jkollha dak kollu li l-​bniedem kien se jkollu bżonn biex jgħix. Iżjed minn hekk, hu għamilha bħal dar fejn verament inkunu nistgħu ngawdu l-​ħajja. Ġeħova m’għamilx dan għalih innifsu. Hu għamel kollox għalina. Ladarba d-​dar tagħna kienet lesta, hu ħalaq il-​bnedmin u tahom it-​tama li jgħixu għal dejjem f’art magħmula ġenna. w17.10 3 ¶1-2

Il-​Ġimgħa, 18 t’Ottubru

“Ħobb lill-​proxxmu tiegħek bħalek innifsek.”—Ġak. 2:8.

Ġakbu żied: “Jekk tkomplu tħarsu lejn l-​uċuħ, tkunu qed tidinbu.” (Ġak. 2:9) Jekk inħobbu lin-​nies, aħna mhux se nkunu preġudikati kontra xi ħadd minħabba l-​edukazzjoni, ir-​razza, jew l-​istat soċjali tiegħu. Aħna ma nistgħux sempliċement nippretendu li aħna imparzjali. Jeħtieġ li l-​imparzjalità tkun parti ġenwina mill-​personalità tagħna. Ukoll, l-​imħabba “tistabar fit-​tul u qalbha tajba” u “ma tintefaħx.” (1 Kor. 13:4) Hemm bżonn li nkunu paċenzjużi, qalbna tajba, u umli sabiex inkomplu naqsmu l-​aħbar tajba mal-​ġirien tagħna. (Mt. 28:19) Dawn il-​kwalitajiet jagħmluha wkoll iktar faċli biex ningwalawha maʼ ħutna kollha fil-​kongregazzjoni. Meta lkoll kemm aħna nuru mħabba bħal din, il-​kongregazzjonijiet tagħna se jkunu magħqudin u se jonoraw lil Ġeħova. Oħrajn se jinnotaw din l-​għaqda u jinġibdu lejn il-​verità. Bix-​xieraq, id-​deskrizzjoni tal-​Bibbja tal-​personalità l-​ġdida tikkonkludi hekk: “Minbarra dawn l-​affarijiet kollha, ilbsu l-​imħabba, għax hi rabta perfetta li tgħaqqad.”—Kol. 3:14. w17.08 26 ¶18-19

Is-​Sibt, 19 t’Ottubru

Ġeħova wissihom darba wara l-​oħra għaliex ħass mogħdrija għall-​poplu tiegħu.—2 Kron. 36:15.

B’mod simili, aħna għandna nħossu mogħdrija għal dawk li għadhom ma jafux lil Ġeħova imma li forsi għad jindmu u jsiru ħbiebu. Ġeħova ma jrid lil ħadd jinqered fil-​ġudizzju li ġej. (2 Pt. 3:9) Allura waqt li għad baqaʼ ż-​żmien, aħna rridu naqsmu l-​messaġġ taʼ twissija tiegħu maʼ kull min nistgħu u ngħinu lil kemm jistaʼ jkun nies biex jibbenefikaw mill-​mogħdrija t’Alla. Ġesù kien eżempju eċċellenti tal-​mogħdrija. Hu tħassar lin-​nies għax ra li “kienu maltrattati u mferrxin bħal nagħaġ mingħajr ragħaj.” Allura x’għamel? Hu “beda jgħallimhom ħafna affarijiet.” (Mt. 9:36; Mk. 6:34) B’kuntrast, il-​Fariżej ma kellhomx mogħdrija u ma ridux jgħinu lin-​nies. (Mt. 12:9-14; 23:4; Ġw. 7:49) Għandek int xewqa qawwija li tgħin lin-​nies u tgħallimhom dwar Ġeħova, bħal Ġesù? w17.09 11 ¶6; 12 ¶9

Il-​Ħadd, 20 t’Ottubru

“Se nieħu azzjoni, u min jistaʼ jreġġagħha lura?”—Is. 43:13.

Waqt li kien mixħut ġo ħofra f’ħabs fl-​Eġittu, Ġużeppi ma setax immaġina li kien se jsir it-​tieni persuna l-​iktar setgħana fl-​Eġittu jew li Ġeħova kien se jużah biex isalva ’l familtu milli jmutu bil-​ġuħ. (Ġen. 40:15; 41:39-43; 50:20) Bla dubju, l-​azzjonijiet taʼ Ġeħova kienu bil-​wisq iktar minn dak kollu li stenna Ġużeppi. Aħseb ukoll dwar Sara. Fl-​età avvanzata li kellha, kienet hi qed tistenna li Ġeħova jippermettilha tiled iben? It-​twelid taʼ Iżakk kien ħafna iktar minn dak li Sara qatt setgħet immaġinat. (Ġen. 21:1-3, 6, 7) Aħna ma nistennewx li qabel tiġi d-​dinja l-​ġdida Ġeħova se jneħħi l-​problemi kollha tagħna b’mod mirakoluż. U aħna ma nitolbux li Ġeħova jagħmel affarijiet spettakolari f’ħajjitna. Imma li nafu hu li fil-​passat, Ġeħova għen lill-​qaddejja leali tiegħu b’modi tal-​għaġeb. U hu ma nbidilx. (Is. 43:10-12) Nistgħu nkunu ċerti li hu se jagħtina l-​qawwa li għandna bżonn sabiex nagħmlu r-​rieda tiegħu. (2 Kor. 4:7-9) Iva, jekk aħna nibqgħu leali lejn Ġeħova, hu jistaʼ jgħinna anke meta nkunu fl-​iktar sitwazzjonijiet diffiċli. w17.08 13 ¶13-14

It-​Tnejn, 21 t’Ottubru

“Erħi l-​ħidma tiegħek f’idejn Ġeħova u l-​pjanijiet tiegħek ikunu stabbiliti fis-​sod.”—Prov. 16:3.

Is-​servizz full-​time jgħinek issir Kristjan matur hekk kif taħdem maʼ qaddejja oħra full-​time. Ukoll, ħafna sabu li l-​fatt li kienu fis-​servizz full-​time meta kienu żgħar, iktar tard għenhom fil-​ħajja miżżewġa tagħhom. Spiss, dawk li jkunu għamlu x-​xogħol taʼ pijunier qabel iżżewġu jkomplu jagħmluh flimkien bħala koppja miżżewġa. (Rum. 16:3, 4) Salm 20:4 jgħid dwar Ġeħova: “Ħa jagħtik skond ma tixtieq qalbek, u jwettaq kull pjan li tagħmel.” Hekk kif tippjana għall-​futur tiegħek, aħseb dwar dak li verament tixtieq tagħmel f’ħajtek. Aħseb dwar x’qed jagħmel Ġeħova fi żmienna u x’tistaʼ tagħmel int fix-​xogħol tiegħu. Imbagħad ippjana biex tagħmel dak li jogħġob lilu. Meta tuża ħajtek biex taqdi lil Ġeħova bis-​sħiħ u tonorah, se tkun kuntent ħafna. Int se ‘titgħaxxaq b’Ġeħova bil-​kbir, u hu jagħtik dak li tixtieq qalbek.’—Salm 37:4. w17.07 26 ¶15-18

It-​Tlieta, 22 t’Ottubru

Faħħru lil Jah, għax dan hu pjaċevoli—it-​tifħir hu xieraq.—Salm 147:1.

Meta niġu impressjonati b’dak li xi ħadd jgħid jew jagħmel, spiss infaħħruh. Mela kemm iżjed niġu mqanqlin biex infaħħru lil Alla Ġeħova! Aħna nfaħħruh għall-​qawwa kbira li għandu u li naraw fil-​ħolqien meraviljuż tiegħu, u nfaħħruh għall-​imħabba profonda tiegħu għalina li naraw fis-​sagrifiċċju b’fidwa taʼ Ibnu stess. Meta naqraw Salm 147, naraw ċar li l-​kittieb kellu xewqa kbira li jfaħħar lil Ġeħova. Ukoll, hu inkuraġġixxa oħrajn biex ifaħħru lil Alla miegħu. (Salm 147:7, 12) Ma nafux min kiteb Salm 147. Imma l-​kittieb jistaʼ jkun li għex fiż-​żmien meta l-​Iżraelin irritornaw Ġerusalemm wara li Ġeħova ħelishom minn Babilonja. (Salm 147:2) Is-​salmista faħħar lil Ġeħova għax għal darb’oħra n-​nies Tiegħu setgħu jqimu f’arthom stess. Liema raġunijiet għandek int biex tgħid “Ħallelujah,” jew “Faħħru lil Jah”?—Salm 147:1; Riv. 19:1, nota taʼ taħt. w17.07 15 ¶1-3

L-​Erbgħa, 23 t’Ottubru

“Agħmlu għalikom ħbieb permezz taʼ l-​għana mhux ġust, sabiex meta jispiċċa, jilqgħukom fl-​għamajjar taʼ dejjem.”—Lq. 16:9.

Ġesù kien jaf li l-​biċċa l-​kbira mis-​segwaċi tiegħu kienu se jsibuha diffiċli ħafna jmantnu lilhom infushom f’did-​dinja inġusta. Għalkemm Ġesù ma jispjegax għala jsejjaħ l-​affarijiet materjali ‘mhux ġusti,’ il-​Bibbja tagħmilha ċara illi li tagħmel ħafna flus mill-​affarijiet ma kienx parti mill-​iskop t’Alla. Pereżempju, Ġeħova b’mod ġeneruż ta lil Adam u Eva iktar milli kellhom bżonn fil-​ġnien tal-​Għeden. (Ġen. 2:15, 16) Iktar tard, meta Alla ta l-​ispirtu qaddis lill-​midlukin tiegħu, “ħadd minnhom ma kien jgħid li dak li kellu kien tiegħu; imma kienu jaqsmu kollox bejniethom.” (Atti 4:32) Il-​profeta Isaija qal li kien se jkun hemm żmien meta kull bniedem kien se jgawdi bl-​abbundanza kulma tipproduċi l-​art. (Is. 25:6-​9; 65:21, 22) Imma sa ma jasal dak iż-​żmien, is-​segwaċi taʼ Ġesù kien se jkollhom bżonn ‘l-​għaqal taʼ moħħhom.’ Kien se jkollhom bżonn jgħixu billi jużaw l-​affarijiet materjali taʼ din id-​dinja li huma inġusti u, fl-​istess ħin, jipprovaw ukoll jogħġbu lil Alla.—Lq. 16:8. w17.07 4 ¶4-6

Il-​Ħamis, 24 t’Ottubru

“Kulma għandu hu f’idek.”—Ġob 1:12.

Fil-​ktieb taʼ Ġob, wieħed mill-​ewwel kotba tal-​Bibbja li nkitbu, naqraw li Satana sostna illi li kieku Ġob sofra ħafna, kien se jiċħad lil Alla. Satana saħansitra qal lil Alla biex iġiegħel lil Ġob isofri. Ġeħova ma kienx se jagħmel dan, iżda ppermetta lil Satana biex jittestja lil Ġob. Ftit wara dan, Ġob tilef lill-​qaddejja tiegħu u l-​affarijiet li kellu. Imbagħad sab li l-​għaxart itfal tiegħu kienu mietu b’mod traġiku. Satana għamilha tidher li Alla kien ikkaġuna dawn it-​traġedji. (Ġob 1:13-​19) Imbagħad, Satana marrad lil Ġob b’marda taʼ wġigħ u moqżieża. (Ġob 2:7) Biex l-​affarijiet imorru iżjed għall-​agħar, mart Ġob stess u tlett iħbieb foloz ilkoll qalulu affarijiet li jweġġgħu u jiskuraġġixxu. (Ġob 2:9; 3:11; 16:2) L-​istqarrija taʼ Satana kienet tajba? Le. Għalkemm Ġob sofra traġedji tal-​biżaʼ, hu qatt ma ċaħad lil Ġeħova.—Ġob 27:5. w17.06 17 ¶9-10

Il-​Ġimgħa, 25 t’Ottubru

Jekk xi ħadd ma jipprovdix għall-​membri taʼ daru, ikun ċaħad il-​fidi.—1 Tim. 5:8.

Ġeħova ta lill-​kapijiet tal-​familja r-​responsabbiltà biex jipprovdu għal familthom. Huma jkollhom jaħdmu iebes biex jagħmlu dan. Madankollu, f’dawn l-​aħħar jiem, ix-​xogħol sekulari jistaʼ jġib miegħu ħafna ansjetà. Spiss hemm iżjed nies li għandhom bżonn xogħol milli hemm xogħol għalihom. Minħabba f’hekk, in-​nies jikkompetu biex isibu xogħol. Ħafna jħossu li jkollhom jaħdmu iżjed sigħat, spiss b’inqas paga. Il-​kumpaniji qed jipprovaw jipproduċu iktar affarijiet b’inqas ħaddiema minn qatt qabel. Allura, il-​ħaddiema għandhom mnejn isiru stressati, għajjenin mejta, u saħansitra jimirdu. Ħafna jinkwetaw li se jitilfu l-​impjieg tagħhom jekk ma jagħmlux kulma jitlobhom l-​imgħallem. Bħala Kristjani, aħna iktar leali lejn Ġeħova milli lejn kwalunkwe persuna oħra, inkluż min iħaddimna. (Lq. 10:27) Ix-​xogħol sekulari tagħna huwa mezz li bih nipprovdu l-​bżonnijiet bażiċi tagħna u jgħinna fil-​ministeru tagħna. Imma jekk ma noqogħdux attenti, ir-​responsabbiltajiet tagħna fuq ix-​xogħol jistgħu jfixklu l-​qima tagħna. w17.05 22 ¶5-7

Is-​Sibt, 26 t’Ottubru

“Ismaʼ minn missierek li nisslek, u tistmerrx lil ommok imbilli xjaħet.”—Prov. 23:22.

Xi drabi, uħud ġodda forsi jitolbuna ngħinuhom jgħallmu lil uliedhom dwar Ġeħova. Meta ġenitur jitlobna nistudjaw il-​Bibbja mat-​tifel jew it-​tifla tiegħu, nagħmlu tajjeb li niftakru li m’għandniex l-​istess awtorità tal-​ġenitur. (Efes. 6:1-4) Kultant forsi nistudjaw maʼ tfal li l-​ġenituri tagħhom mhumiex fil-​verità. Meta t-​tfal ma jkunux tagħna, ikun għaqli li nistudjaw fid-​dar tagħhom meta jkun hemm il-​ġenituri jew Xhud matur ieħor jew nistudjaw f’post pubbliku. B’dal-​mod, ma nagħtu impressjoni ħażina lil ħadd. U forsi maż-​żmien, il-​ġenituri stess ikunu kapaċi jgħallmu lil uliedhom dwar Ġeħova. w17.06 8 ¶15-16

Il-​Ħadd, 27 t’Ottubru

Jekk ma nifhimx lil min jitkellem, min jitkellem ikun barrani għalija.—1 Kor. 14:11.

Jekk it-​tfal ma jħossux li huma parti mill-​kultura tal-​ġenituri, huma jistgħu ma jkunux iridu jitgħallmu l-​lingwa u r-​reliġjon t’ommhom u missierhom. Ġenituri Kristjani jpoġġu l-​bżonnijiet tat-​tfal qabel il-​preferenzi personali tagħhom. (1 Kor. 10:24) Ħu jismu Samuel jgħid: “Jien u marti nnotajna lil uliedna biex naraw liema lingwa l-​iktar li tmissilhom qalbhom, u tlabna għall-​għerf. Meta rajna li ma tantx kienu qed jibbenefikaw bil-​lingwa tagħna, iddeċidejna li mmorru f’kongregazzjoni tal-​lingwa lokali. Flimkien, aħna attendejna l-​laqgħat u ħadna sehem fil-​ministeru regolarment. Stidinna wkoll ħbieb mil-​lokal biex jieklu magħna u noħorġu flimkien. Dan kollu għen lit-​tfal isiru jafu lill-​aħwa u jsiru jafu lil Ġeħova, mhux biss bħala Alla tagħhom imma wkoll bħala Missier u Ħabib. Aħna nqisu dan taʼ ħafna iktar importanza milli jkunu jafu sew il-​lingwa tagħna.” w17.05 12 ¶11-13

It-​Tnejn, 28 t’Ottubru

Bierku lil Ġeħova.—Mħ. 5:2.

Dalwaqt, kulħadd se jippreferi t-​tmexxija taʼ Ġeħova minn kwalunkwe tmexxija oħra. Kemm inħarsu ’l quddiem għal dan iż-​żmien! Aħna nħossuna bħal Debora u Barak, li kantaw: “Ħa jgħibu l-​għedewwa kollha tiegħek, O Ġeħova, u ħa jkunu dawk li jħobbuk bħal meta x-​xemx toħroġ fl-​aqwa tagħha.” (Mħ. 5:31) Dan se jiġri meta Ġeħova jġib fix-​xejn id-​dinja mill-​agħar taʼ Satana. Meta l-​battalja t’Armageddon tibda, Ġeħova mhux se jkollu bżonn volontieri umani biex jeqred lill-​għadu. Minflok, aħna se nieqfu sodi u ‘naraw is-​salvazzjoni minn Ġeħova.’ (2 Kron. 20:17) Sadattant, għandna opportunitajiet meraviljużi biex nappoġġjaw it-​tmexxija taʼ Ġeħova b’kuraġġ u żelu. Debora u Barak bdew l-​għanja taʼ rebħa tagħhom b’tifħir lil Ġeħova, mhux lill-​bnedmin. Huma kantaw: “Talli n-​nies offrew ruħhom bħala volontieri, bierku [jew faħħru] lil Ġeħova.” (Mħ. 5:1, 2) B’mod simili, meta naqdu lil Ġeħova fi kwalunkwe mod meħtieġ, oħrajn jistgħu jiġu inkuraġġiti jfaħħru lil Ġeħova wkoll! w17.04 32 ¶17-18

It-​Tlieta, 29 t’Ottubru

“Jien m’għamilt assolutament xejn biex tefgħuni f’din il-​ħofra fil-​ħabs.”—Ġen. 40:15.

M’għandniex xi ngħidu, Ġużeppi ma nesiex l-​inġustizzja li bata matul it-​13-​il sena, imma ma mteliex bir-​rabja. (Ġen. 45:5-8) L-​iktar importanti hu li ma ħalliex l-​imperfezzjonijiet u l-​azzjonijiet ħżiena t’oħrajn jisseparawh minn Ġeħova. Il-​lealtà taʼ Ġużeppi għamlitha possibbli li jara lil Ġeħova jikkoreġi l-​inġustizzja u jbierek lilu u lill-​familja tiegħu. B’mod simili, għandna ngħożżu u nipproteġu r-​relazzjoni tagħna maʼ Ġeħova. Qatt m’għandna nħallu l-​imperfezzjonijiet taʼ ħutna jifirduna minn mal-​Alla li nħobbu u naqdu. (Rum. 8:38, 39) Minflok, jekk nesperjenzaw inġustizzja fil-​kongregazzjoni ejja nimitaw lil Ġużeppi u nersqu saħansitra eqreb taʼ Ġeħova. Ipprova ara l-​affarijiet bħalma jarahom Hu. Wara li nkunu għamilna kulma stajna biex insolvu l-​problema billi nsegwu prinċipji Bibliċi, irridu nħallu l-​kwistjoni f’idejn Ġeħova. Nistgħu nkunu fiduċjużi li hu se jikkoreġi l-​kwistjoni fil-​ħin tiegħu u bil-​mod tiegħu. w17.04 18 ¶12; 19 ¶15-16

L-​Erbgħa, 30 t’Ottubru

Jekk int tagħti lill-​ilsira tiegħek tarbija tifel, jien nagħtih lil Ġeħova l-​jiem kollha taʼ ħajtu.—1 Sam. 1:11.

Ħanna għamlet eżatt kif kienet wiegħdet lil Ġeħova. Hi ħadet lil Samwel għand il-​Qassis il-​Kbir Għeli fit-​tabernaklu f’Silo u qalet: “Kien minħabba dan it-​tifel li tlabt lil Ġeħova biex jismaʼ t-​talba tiegħi u jagħtini dak li tlabtu. U jien, min-​naħa tiegħi, sliftu lil Ġeħova. Il-​jiem kollha taʼ ħajtu jkun mogħti lil Ġeħova.” (1 Sam. 1:24-28) Minn dak iż-​żmien ’il quddiem, Samwel għex fit-​tabernaklu. Il-​Bibbja tgħid li “t-​tifel Samwel kompla jikber quddiem Ġeħova.” (1 Sam. 2:21) Setaʼ ma kienx faċli għal Ħanna li żżomm il-​wegħda tagħha. Dan kien ifisser li ma kinitx se tkun tistaʼ tgħaddi kull ġurnata mat-​tifel prezzjuż tagħha li tant kienet tħobb. Ma kinitx se tarah jikber. Imma l-​wegħda li għamlet Ħanna lil Ġeħova kienet xi ħaġa serja għaliha. Hi kienet lesta li tibqaʼ mingħajr ċerti affarijiet li kienu importanti għaliha sabiex iżżomm il-​wegħda tagħha lil Alla.—1 Sam. 2:1, 2; Salm 61:1, 5, 8. w17.04 5 ¶7-8

Il-​Ħamis, 31 t’Ottubru

“Kun af dan, li fl-​aħħar jiem ikun hawn żminijiet kritiċi li diffiċli biex issib tarfhom.”—2 Tim. 3:1.

L-​appostlu Pawlu qal li fl-​aħħar jiem kien se jkun hemm “żminijiet kritiċi li diffiċli biex issib tarfhom.” Imbagħad żied jgħid: “In-​nies mill-​agħar u l-​impusturi jibqgħu sejrin mill-​ħażin għall-​agħar.” (2 Tim. 3:2-5, 13) Int esperjenzajtu dan? Ħafna minna konna vittmi taʼ nies mill-​agħar bħal bulijiet vjolenti, razzisti mimlijin mibegħda, u kriminali bla qalb. Uħud minnhom ma jipprovawx jaħbu l-​affarijiet ħżiena li jagħmlu. Oħrajn jagħmlu tabirruħhom li jgħinu lin-​nies, imma fil-​fatt ikunu mill-​agħar. Madankollu, anke jekk ma sfajniex vittmi taʼ xi kriminalità, aħna xorta għadna affettwati min-​nies mill-​agħar. Niddiżgustaw ruħna meta nisimgħu dwar il-​mod krudil li bih jittrattaw lit-​tfal, lill-​anzjani, u oħrajn li ma jistgħux jiddefendu lilhom infushom. Dawn in-​nies mill-​agħar jaġixxu b’mod li jagħmilhom jidhru bħal annimali selvaġġi jew saħansitra demonji. (Ġak. 3:15) B’ferħ, il-​Kelma taʼ Ġeħova tagħtina tama. w17.04 11 ¶4

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja