LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w92 2/15 pp. 3-7
  • Il-kontroll Fuqek Innifsek—Għala Tant Importanti?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Il-kontroll Fuqek Innifsek—Għala Tant Importanti?
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1992
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Għala l-​Kontroll Fuqek Innifsek Hu Tant Importanti
  • Eżempji taʼ Twissija
  • X’Għandna Bżonn Nikkontrollaw
  • Għala l-​Kontroll Fuqna Nfusna Hu Tant taʼ Sfida
  • Nikkultivaw il-Frott tal-Kontroll Fuqna Nfusna
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1992
  • Sabiex Tirbaħ il-Premju, Eżerċita r-Rażna!
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2003
  • Żid maʼ l-Għarfien ir-Rażna
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2003
  • Aħdem fuq ir-rażan
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2017
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1992
w92 2/15 pp. 3-7

Il-kontroll Fuqek Innifsek—Għala Tant Importanti?

“Billi tikkontribwixxu bi tweġiba l-​isforz ħerqan kollu tagħhom, ipprovdu lill-​fidi tagħkom virtù, lill-​virtù tagħkom għarfien, lill-​għarfien tagħkom kontroll fuqkom infuskom.”—2 PIETRU 1:​5, 6.

1. Liema wirja tal-​għaġeb taʼ kontroll fiżiku seħħet fis-​seklu 19?

BLA dubju, waħda mill-​iktar wirjiet tal-​għaġeb taʼ kontroll fiżiku ġiet fornuta minn Charles Blondin fit-​tieni nofs tas-​seklu 19. Skond rapport wieħed, hu qasam in-​Niagara Falls għadd taʼ drabi, l-​ewwel fl-​1859, fuq ħabel miġbud twil 1,100 pied u 160 pied ’il fuq mill-​ilma. Wara dan, hu għamel hekk kull darba b’wirja differenti tal-​abbiltà tiegħu: b’għajnejh imgħottijin, ġo xkora, iġorr karretta, fuq strippi, u b’raġel fuq dahru. F’post ieħor, beda jagħmel gabirjoli fuq l-​istrippi fuq ħabel miġbud 170 pied ’il fuq mill-​art. Biex iżomm bilanċ bħal dak kien jinħtieġ kontroll fiżiku kbir fuqu nnifsu. Għall-​isforzi tiegħu, Blondin ġie ppremjat kemm bil-​fama u kemm bil-​fortuna.

2. Liema forom oħra taʼ attività hemm li jinħtieġu kontroll fiżiku?

2 Waqt li ftit huma dawk li kapaċi saħansitra jersqu qrib li jirrepetu wirjiet bħal dawk, l-​importanza taʼ kontroll fiżiku fuqek innifsek fl-​eżerċitar taʼ kapaċitajiet professjonali jew fl-​isports nistgħu narawha lkoll. Per eżempju, waqt li ddeskriva t-​talenti tal-​pjanista famuż Vladimir Horowitz li llum mejjet, wieħed mużiċista qal: “Għalija l-​ħaġa affaxxinanti kienet sens taʼ kontroll komplet . . ., is-​sens taʼ enerġija li ma titwemminx qed tiġi mrażżna.” Rapport ieħor dwar Horowitz tkellem dwar “tmenin sena taʼ swaba jtiru b’kontroll perfett.”

3. (a) Liema hi l-​iktar forma iebsa taʼ kontroll, u kif tingħata definizzjoni tagħha? (b) X’inhi t-​tifsira tal-​kelma Griega tradotta bħala “kontroll fuqek innifsek” fil-​Bibbja?

3 Trid tagħmel sforz kbir biex tiżżviluppa kapaċitajiet bħal dawn. Madankollu, saħansitra iktar importanti u taʼ sfida huwa l-​kontroll fuqek innifsek. Dan ingħata definizzjoni tiegħu bħala “rażna eżerċitata fuq l-​impulsi, l-​emozzjonijiet, jew ix-​xewqat tiegħek stess.” Fl-​Iskrittura Griega Kristjana, il-​kelma tradotta “kontroll fuqkom infuskom” fit-​2 Pietru 1:6 u f’postijiet oħra, ingħatat definizzjoni tagħha bħala “l-​virtù taʼ wieħed li jegħleb ix-​xewqat u l-​passjonijiet tiegħu, speċjalment l-​aptiti senswali tiegħu.” Kontroll fuqek innifsek individwali ġie saħansitra msejjaħ “il-​qofol tal-​kisba umana.

Għala l-​Kontroll Fuqek Innifsek Hu Tant Importanti

4. In-​nuqqas taʼ li wieħed jikkontrolla lilu nnifsu ħasad liema frott ħażin?

4 Xi ħsad qed jaħsad il-​nuqqas taʼ li wieħed jikkontrolla lilu nnifsu! Ħafna mill-​inkwiet fid-​dinja llum ġie primarjament min-​nuqqas tan-​nies li jikkontrollaw lilhom infushom. Verament, aħna qegħdin “fl-​aħħar jiem,” meta ‘żminijiet kritiċi li iebes biex issib tarfhom qegħdin hawn.’ In-​nies huma “mingħajr kontroll fuqhom infushom” spiss minħabba r-​regħba, li hija forma waħda taʼ li jkunu “iħobbu l-​pjaċiri minflok ma jħobbu ’l Alla.” (2 Timotew 3:1-5) Din il-​verità li taʼ min jaħseb fuqha tidher b’mod qawwi ferm għalina bil-​qtugħ taʼ ’l fuq minn 40,000 individwu midneb minn sħubija mal-​kongregazzjoni Kristjana matul is-​sena taʼ servizz li għaddiet, il-​biċċa l-​kbira minħabba kondotta ħażina ferm. Maʼ dawn trid iżżid lill-​ħafna li ngħataw ċanfira, il-​biċċa l-​kbira minħabba immoralità sesswali imma lkoll għaliex naqsu li jeżerċitaw kontroll fuqhom infushom. Taʼ min jaħseb fuqu wkoll huwa l-​fatt li xi anzjani li kienu ilhom jaqdu għal żmien twil tilfu l-​privileġġi kollha tagħhom bħala indokraturi għall-​istess raġuni.

5. L-​importanza tal-​kontroll fuqna nfusna kif tistaʼ tingħata stampa tagħha?

5 L-​importanza tal-​kontroll fuqna nfusna tistaʼ tingħata stampa tagħha b’karozza. Għandha erbaʼ roti li jagħmluha kapaċi tiċċaqlaq, magna b’saħħitha li tistaʼ ddawwar dawn ir-​roti b’veloċità kbira, u l-​brejkijiet li jistgħu jwaqqfuhom. Madankollu, jistaʼ jirriżulta diżastru jekk ma jkunx hemm xi ħadd bħala sewwieq biex jiddeċiedi fejn imorru dawk ir-​roti, b’liema veloċità jduru, u meta jieqfu, billi jagħmel użu kkontrollat mill-​isteering wheel, mill-​aċċelleratur, u mill-​brejkijiet.

6. (a) Liema kriterju rigward l-​imħabba jistaʼ sew jiġi applikat għall-​kontroll fuqna nfusna? (b) Liema parir ieħor irridu nżommu f’moħħna?

6 Ikun diffiċli li tenfasizza żżejjed l-​importanza tal-​kontroll fuqek innifsek. Dak li qal l-​appostlu Pawlu fl-​1 Korintin 13:1-3 dwar l-​importanza tal-​imħabba jistaʼ sew jintqal dwar il-​kontroll fuqna nfusna. Aħna kemm aħna elokwenti bħala kelliema pubbliċi, għandna kemm għandna għarfien u fidi li stajna ksibna permezz taʼ drawwiet tajbin taʼ studju, huma x’inhuma x-​xogħlijiet li forsi qegħdin nagħmlu għall-​ġid taʼ oħrajn, jekk ma neżerċitawx kontroll fuqna nfusna, dan kollu għalxejn. Għandna nżommu f’moħħna l-​kliem taʼ Pawlu: “Ma tafux intom li l-​ġerrejja f’tiġrija jiġru kollha, imma wieħed biss jirċievi l-​premju? Iġru b’tali mod li tistgħu takkwistawh. Iktar minn hekk, kull raġel li jieħu sehem f’kompetizzjoni jeżerċita kontroll fuqu nnifsu f’kollox.” (1 Korintin 9:24, 25) Biex tgħinna neżerċitaw kontroll fuqna nfusna f’kollox hemm it-​twissija taʼ Pawlu fl-​1 Korintin 10:12: “Ħalli min jaħseb li hu wieqaf joqgħod attent li ma jaqax.”

Eżempji taʼ Twissija

7. (a) In-​nuqqas taʼ li wieħed jikkontrolla lilu nnifsu kif ta bidu għall-​ġirja umana ’l isfel? (b) Liema eżempji oħra bikrin taʼ wħud li wrew nuqqas taʼ kontroll fuqhom infushom tagħtina l-​Iskrittura?

7 Billi ħalla l-​emozzjoni minflok ir-​raġuni tiggverna fuq l-​azzjonijiet tiegħu, Adam naqas li jeżerċita kontroll fuqu nnifsu. Bħala riżultat, “id-​dnub daħal fid-​dinja u l-​mewt permezz tad-​dnub.” (Rumani 5:12) L-​ewwel qtil ukoll kien minħabba nuqqas taʼ li wieħed jikkontrolla lilu nnifsu, għax Alla Jehovah kien wissa lil Kajjin: ‘Għala int sħun bir-​rabja u għala tqarras wiċċek? Hemm id-​dnub jitbaxxa fid-​daħla, u sejjer int trażżnu?’ Billi Kajjin ma rażżanx id-​dnub, hu qatel lil ħuh Abel. (Ġenesi 4:6-12) Mart Lot ukoll naqset li teżerċita kontroll fuqha nfisha. Ma felħitx tirreżisti t-​tentazzjoni li tħares lura. Xi swielha n-​nuqqas tagħha taʼ kontroll fuqha nfisha? Ħeqq, ħajjitha stess!—Ġenesi 19:​17, 26.

8. L-​esperjenzi taʼ liema tlett irġiel tal-​qedem jipprovdu twissijiet għalina dwar il-​ħtieġa taʼ kontroll fuqna nfusna?

8 L-​ewwel imwieled taʼ Ġakobb, Ruben, tilef id-​dritt tal-​primaġenitura minħabba li naqas li jikkontrolla lilu nnifsu. Hu għamel vjolazzjoni fuq is-​sodda taʼ missieru billi kellu x’jaqsam maʼ waħda mill-​konkubini taʼ Ġakobb. (Ġenesi 35:22; 49:3, 4; 1 Kronaki 5:1) Talli Mosè telgħulu minħabba l-​mod kif l-​Iżraeliti dejquh bit-​tgergir, l-​ilmenti, u l-​irvell tagħhom, hu ġie mċaħħad mill-​privileġġ tant mixtieq li jidħol fl-​Art Imwiegħda. (Numri 20:1-13; Dewteronomju 32:50-52) Saħansitra l-​leali Sultan David, ‘raġel li jaqbel għall-​qalb infisha t’Alla,’ ġie f’inkwiet kbir minħabba li naqas li jikkontrolla lilu nnifsu f’okkażjoni waħda. (1 Samwel 13:14; 2 Samwel 12:7-14) Dawn l-​eżempji kollha jipprovdu għalina twissijiet taʼ min jixtarrhom dwar kemm għandna bżonn neżerċitaw kontroll fuqna nfusna.

X’Għandna Bżonn Nikkontrollaw

9. Liema huma xi skritturi li jenfasizzaw l-​importanza tal-​kontroll fuqna nfusna?

9 L-​ewwelnett, il-​kontroll fuqna nfusna jinvolvi l-​ħsibijiet u l-​emozzjonijiet tagħna. Dawn spiss issir referenza għalihom fl-​Iskrittura bl-​użu figurattiv taʼ kelmiet bħal “qalb” u “kliewi.” Dak li fuqu nħallu lil imħuħna jaħsbu jistaʼ jew igħinna jew itellifna mill-​isforz tagħna biex nogħġbu lil Jehovah. Il-​kontroll fuqna nfusna huwa meħtieġ jekk se nagħtu kas il-​parir Skritturali li nsibu f’​Filippin 4:8, biex nibqgħu nikkunsidraw affarijiet li huma veri, nodfa, u virtużi. Is-​salmista David esprima sentimenti simili fit-​talb, billi qal: ‘Ħalli . . . l-​meditazzjoni taʼ qalbi ssir pjaċevoli quddiemek O Jehovah il-​Blata tiegħi u r-​Redentur tiegħi.’ (Salm 19:14) Il-​għaxar kmandament—li ma tixtieq xejn li jappartjeni lil sieħbek—jinħtieġ kontroll fuq il-​ħsibijiet tiegħek. (Eżodu 20:17) Ġesù enfasizza s-​serjetà taʼ li nikkontrollaw il-​ħsibijiet u l-​emozzjonijiet tagħna meta qal: “Kulmin jibqaʼ jħares lejn mara biex ikollu passjoni għaliha diġà kkommetta adulterju magħha f’qalbu.”−Mattew 5:28.

10. Liema testi fil-​Bibbja jagħfsu dwar l-​importanza li nikkontrollaw id-​diskors tagħna?

10 Il-​kontroll fuqna nfusna jinvolvi wkoll il-​kliem tagħna, id-​diskors tagħna. Bosta tabilħaqq huma l-​iskritturi li jagħtuna parir biex neżerċitaw kontroll fuq ilsienna. Per eżempju: “Il-​veru Alla qiegħed fis-​smewwiet imma int qiegħed fuq l-​art. Għalhekk kliemek għandu jkun ftit.” (Ekkleżjasti 5:2) “Fl-​abbundanza tal-​kliem ma jonqosx li jkun hemm nuqqas, imma dak li qiegħed irażżan xofftejh qiegħed jaġixxi b’mod diskret.” (Proverbji 10:19) “Tħallu ebda qawl imħassar joħroġ minn fommkom, imma kull qawl li hu tajjeb biex jibni fejn ikun hemm bżonn . . . Ħallu kull . . . twerżieq u kliem t’abbuż jittieħed lil hinn minnkom flimkien maʼ kull ħażen.” U Pawlu jkompli billi jagħtina parir li nwarrbu minna kliem iblah u ċajt oxxen.—Efesin 4:29, 31; 5:​3, 4.

11. Ġakbu kif jittratta l-​problema taʼ li wieħed jikkontrolla l-​ilsien?

11 Ġakbu, ħu Ġesù mill-​omm, jikkundanna d-​diskors mhux imliġġem u juri kemm hu iebes li tikkontrolla lill-​ilsien. Hu jgħid: “L-​ilsien huwa membru ċkejken u madankollu jagħmel ftaħir kbir. Ħares! Kemm trid ftit nar biex tqabbad bosk daqshekk kbir bin-​nar! Sewwa, l-​ilsien huwa nar. L-​ilsien huwa kostitwit dinja taʼ nuqqas taʼ tjieba fost il-​membri tagħna, għax itabbaʼ lill-​ġisem kollu u jqabbad lir-​rota tal-​ħajja naturali f’ħuġġieġa u jaqbad f’ħuġġieġa b’Geħenna. Għax kull speċi taʼ bhima selvaġġa kif ukoll għasfur u ħaġa li titkaxkar u ħlejqa tal-​baħar trid tiġi mmansata u ġiet immansata mill-​bniedem. Imma l-​ilsien, lanqas wieħed mill-​bnedmin ma jistaʼ jimmansah. Ħaġa inġurjuża indixxiplinata, huwa mimli velenu li jġib il-​mewt. Bih inbierku lil Jehovah, saħansitra l-​Missier, u madankollu bih nisħtu lil bnedmin li bdew jeżistu ‘fix-​xebh t’Alla.’ Mill-​istess fomm joħorġu barka u saħta. Mhux xieraq, ħuti, li dawn l-​affarijiet ikomplu jseħħu b’dan il-​mod.”−Ġakbu 3:5-10.

12, 13. Liema huma xi skritturi li juru l-​importanza taʼ li nikkontrollaw l-​azzjonijiet u l-​kondotta tagħna?

12 M’għandniex xi ngħidu, il-​kontroll fuqna nfusna jinvolvi l-​azzjonijiet tagħna. Aspett wieħed fejn hu meħtieġ kontroll kbir fuqna nfusna għandu x’jaqsam mar-​relazzjonijiet tagħna maʼ dawk tas-​sess oppost. Il-​Kristjani huma kkmandati: “Aħarbu mill-​immoralità sesswali.” (1 Korintin 6:18, New International Version) L-​irġiel miżżewġin huma mħeġġin biex jillimitaw l-​interess sesswali tagħhom għan-​nisa tagħhom infushom, billi jintqalilhom f’parti: “Ixrob l-​ilma mill-​ġiebja tiegħek stess, u taqtir minn nofs il-​bir tiegħek stess.” (Proverbji 5:15-20) Jintqalilna ċar u tond li “Alla se jiġġudika liż-​żienja u lill-​adulteri.” (Ebrej 13:4) Il-​kontroll fuqna nfusna hu meħtieġ b’mod speċjali minn dawk li jridu jikkultivaw il-​għotja taċ-​ċelibat.—Mattew 19:11, 12; 1 Korintin 7:37.

13 Ġesù ġabar fil-​qosor il-​kwistjoni kollha rigward l-​azzjonijiet tagħna lejn sħabna l-​bnedmin meta ta dik li hi spiss imsejħa r-​“Regola tad-​Deheb,” billi qal: “L-​affarijiet kollha, għalhekk, li tridu lill-​bnedmin jagħmlu lilkom, intom ukoll tridu tagħmluhom bl-​istess mod lilhom; dan, fil-​fatt, hu li jfissru l-​Liġi u l-​Profeti.” (Mattew 7:12) Verament, hemm bżonn taʼ kontroll fuqna nfusna biex ma nħallux l-​inklinazzjonijiet egoistiċi tagħna jew pressjonijiet minn barra jew tentazzjonijiet iġagħluna naġixxu maʼ oħrajn b’mod differenti minn kif kieku rridu lilhom jaġixxu magħna.

14. Liema parir tagħti l-​Kelma t’Alla rigward l-​ikel u x-​xorb?

14 Imbagħad hemm il-​kwistjoni tal-​kontroll fuqna nfusna rigward l-​ikel u x-​xorb. Il-​Kelma t’Alla tagħtina parir b’mod għaqli: “Tiġix li tkun fost dawk li jixorbu ħafna nbid, fost dawk li jieklu l-​laħam bi ħniżrija.” (Proverbji 23:20) B’mod partikulari rigward żmienna, Ġesù wissa: “Oqogħdu attenti għalikom infuskom li qlubkom qatt ma jitqalu b’ikel żejjed u xorb żejjed u anzjetajiet tal-​ħajja, u f’daqqa waħda dak il-​jum ikun minnufih fuqkom bħal nassa.” (Luqa 21:​34, 35) Iva, il-​kontroll fuqna nfusna jinvolvi l-​ħsibijiet tagħna u s-​sentimenti tagħna, kif ukoll il-​kliem tagħna u l-​azzjonijiet tagħna.

Għala l-​Kontroll Fuqna Nfusna Hu Tant taʼ Sfida

15. L-​Iskrittura kif turi r-​realtà tal-​oppożizzjoni taʼ Satana għall-​eżerċitar minn Kristjani taʼ kontroll fuqhom infushom?

15 Il-​kontroll fuqna nfusna ma jiġix faċilment għaliex, bħalma jafu l-​Kristjani kollha, għandna tliet forzi b’saħħithom ferm jiġġieldu kontra l-​eżerċitar tagħna taʼ kontroll fuqna nfusna. L-​ewwelnett, hemm Satana u d-​demonji tiegħu. L-​Iskrittura ma tħalli ebda dubju dwar ir-​realtà tagħhom. B’hekk, naqraw li “Satana daħal f’[Ġuda]” sewwa sew qabel ma dan mar biex jittradixxi lil Ġesù. (Ġwann 13:27) L-​appostlu Pietru staqsa lil Ananija: “Għala mlielek qalbek Satana biex tqarraq bl-​ispirtu qaddis?” (Atti 5:3) B’mod xieraq ferm, Pietru wkoll wissa: “Ibqgħu f’sensikom, kunu għassa. L-​avversarju tagħkom, ix-​Xitan, idur bħal iljun igħajjat, ifittex biex jiblaʼ lil xi ħadd.”−1 Pietru 5:8.

16. Il-​Kristjani għala jridu jeżerċitaw kontroll fuqhom infushom rigward din id-​dinja?

16 Fl-​isforzi tagħhom biex juru kontroll fuqhom infushom, il-​Kristjani jridu wkoll iħabbtuha maʼ did-dinja li qiegħda “taħt il-​qawwa tal-​wieħed mill-​agħar,” Satana x-​Xitan. Dwarha, l-​appostlu Ġwanni kiteb: “Kunu tħobbu la lid-​dinja u lanqas l-​affarijiet fid-​dinja. Jekk xi ħadd iħobb lid-​dinja, l-​imħabba tal-​Missier mhix fih; għaliex kulma hemm fid-​dinja—ix-​xewqa tal-​laħam u x-​xewqa tal-​għajnejn u li wieħed jiffanfra bil-​mezzi tal-​ħajja—ma joriġinax mill-​Missier, imma joriġina mid-​dinja. Barra minn dan, id-​dinja qed tgħaddi u l-​istess ix-​xewqa tagħha, imma dak li jagħmel ir-​rieda t’Alla jibqaʼ għal dejjem.” Jekk ma neżerċitawx kontroll fuqna nfusna u nirreżistu bil-​qawwa kull tendenza biex inħobbu d-​dinja, se nċedu għall-​influwenza tagħha, bħalma ġralu Demas li darba kien sieħeb Pawlu fix-​xogħol.—1 Ġwann 2:15-17; 5:19; 2 Timotew 4:10.

17. B’liema problema rigward il-​kontroll fuqna nfusna aħna mweldin?

17 Bħala Kristjani, aħna wkoll ninħtieġu kontroll fuqna nfusna jekk se nħabbtuha b’suċċess mad-​djufijiet u n-​nuqqasijiet tagħna stess li writna f’laħamna. Ma nistgħux naħarbu l-​fatt li “l-​inklinazzjoni taʼ qalb il-​bniedem hi ħażina minn żogħżitu ’l fuq.” (Ġenesi 8:21) Bħas-​Sultan David, ‘bi żball aħna nġibna ’l quddiem b’weġgħat tal-​ħlas, u fid-​dnub ommijietna kkonċepewna.’ (Salm 51:5) Tarbija li għadha titwieled ma taf xejn dwar kontroll fuqha nfisha. Meta trid xi ħaġa, sempliċement tibqaʼ tibki sakemm takkwistaha. Rapport wieħed dwar it-​taħriġ tat-​tfal jistqarr: ‘It-​tfal jirraġunaw b’mod għalkollox differenti mill-​adulti. It-​tfal jaħsbu fihom infushom biss u spiss ma jwiġbux għall-​iktar persważjoni loġika għaliex ma humiex kapaċi “ipoġġu lilhom infushom f’post ħaddieħor.”’ Verament, “il-​bluha hi marbuta mal-​qalb taʼ tifel.” Madankollu, bl-​applikar tal-​“bastun tad-​dixxiplina,” bil-​mod il-​mod hu jibda jitgħallem li hemm regoli li jrid jobdihom u li l-​egoiżmu jrid jiġi megħlub.—Proverbji 22:15.

18. (a) Skond Ġesù liema tendenzi jgħammru fil-​qalb figurattiva? (b) Liema kelmiet taʼ Pawlu juru kemm kien konxju hu tal-​problema taʼ li jeżerċita kontroll fuqu nnifsu?

18 Iva, it-​tendenzi egoistiċi li twelidna bihom huma taʼ sfida għalina meta niġu biex neżerċitaw kontroll fuqna nfusna. Dawk it-​tendenzi jgħammru fil-​qalb figurattiva, li dwarha Ġesù qal: “Mill-​qalb joħorġu raġunar mill-​agħar, qtil, adulterji, żina, serqiet, għoti taʼ xihdiet foloz, dagħa.” (Mattew 15:19) Hu għalhekk li Pawlu kiteb: “It-​tajjeb li nixtieq ma nagħmlux, imma l-​ħażin li ma nixtieqx hu dak li nipprattika. Jekk, issa, dak li ma nixtieqx hu dak li nagħmel, dak li qed iwettqu mhux iktar jien, imma d-​dnub li qed igħammar fija.” (Rumani 7:19, 20) Madankollu, din ma kinetx battalja mitlufa, għax Pawlu kiteb ukoll: “[I]nsawwat lil ġismi u mmexxih bħala rsir, li, wara li nkun ippridkajt lil oħrajn, jien innifsi ma niġix b’xi mod mhux approvat.” Li jsawwat lil ġismu kien jirrikjedi li jeżerċita kontroll fuqu nnifsu.—1 Korintin 9:27.

19. Għala setaʼ Pawlu jgħid sewwa li hu sawwat lil ġismu?

19 Sewwa setaʼ Pawlu jgħid li hu sawwat lil ġismu, għax l-​eżerċitar taʼ kontroll fuqna nfusna hu kkomplikat b’ħafna fatturi fiżiċi, bħalma huma pressjoni għolja tad-​demm, nervi, nuqqas taʼ rqad, uġigħ taʼ ras, indiġestjoni, u affarijiet hekk. Fl-​artiklu li jmiss, se nikkunsidraw kwalitajiet u għajnuniet li se jgħinuna biex neżerċitaw kontroll fuqna nfusna.

Tiftakar?

◻ Il-​kontroll fuqek innifsek għala hu importanti?

◻ Liema huma xi eżempji ta, wħud li batew xi telfa għaliex naqsu li jikkontrollaw lilhom infushom?

◻ F’liema aspetti rridu aħna neżerċitaw kontroll fuqna nfusna?

◻ Liema tliet egħdewwa jagħmluha diffiċli għalina biex neżerċitaw kontroll fuqna nfusna?

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja