LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w98 3/15 pp. 10-11
  • Irsiera tal-Bnedmin jew Qaddejja t’Alla?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Irsiera tal-Bnedmin jew Qaddejja t’Alla?
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1998
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Il-​Perikli f‘li Ssegwi l-​Bnedmin
  • Huma x-Xhieda taʼ Jehovah Kult?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1994
  • Il-Kristjani u s-Soċjetà Umana Llum
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1993
  • Intom Setta Amerikana?
    Mistoqsijiet Komuni dwar ix-Xhieda taʼ Ġeħova
  • Huma x-Xhieda taʼ Ġeħova kult?
    Mistoqsijiet Komuni dwar ix-Xhieda taʼ Ġeħova
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1998
w98 3/15 pp. 10-11

Irsiera tal-​Bnedmin jew Qaddejja t’Alla?

“IX-​XHIEDA TAʼ JEHOVAH, xi ftit jew wisq, huma taʼ min jammirahom.” Hekk jistqarr il-​ktieb Ġermaniż Seher, Grübler, Enthusiasten (Viżjonarji, Meditaturi, Entużjasti). Minkejja li hu kemxejn kritiku lejn ix-​Xhieda, il-​ktieb jammetti: “Fil-​biċċa l-​kbira, jgħixu ħajjiet nodfa u moderati. Huma ħaddiema ħabrieka u kuxjenzjużi, ċittadini kwieti, u onesti f’li jħallsu t-​taxxi. Jevitaw il-​ġiri sfrenat wara r-​rikkezzi. . . . Id-​dixxiplina tagħhom fil-​konvenzjonijiet hija taʼ min ifaħħarha. Għandhom spirtu taʼ li jissagrifikaw lilhom infushom daqs kemm għandhom gruppi reliġjużi oħrajn; fil-​ministeru tagħhom jisbqu lill-​oħrajn kollha. Imma dak li jelevahom fuq kull knisja u grupp Kristjan ieħor taʼ żmienna huwa d-​determinazzjoni li assolutament ma titkissirx li biha l-​biċċa l-​kbira minnhom jipproklamaw id-​duttrini tagħhom taħt kull ċirkostanza u minkejja r-​riskji kollha li jistgħu jiffaċċjaw.”a

Minkejja din l-​istima tant pożittiva, xi opinjonijiet jipprovaw jippreżentaw lix-​Xhieda taʼ Jehovah f’dawl pjuttost differenti. Fil-​biċċa l-​kbira tal-​pajjiżi madwar id-​dinja, ix-​Xhieda wettqu s-​servizzi reliġjużi tagħhom bil-​miftuħ għal għaxriet taʼ snin mingħajr tfixkil. Miljuni taʼ nies jafuhom, jirrispettawhom, u jaqblu li għandhom dritt jipprattikaw ir-​reliġjon tagħhom. Għala, allura, teżisti xi inċertezza dwar min huma x-​Xhieda taʼ Jehovah?

Forsi raġuni waħda għal din l-​inċertezza hija li fi żminijiet reċenti numru taʼ gruppi reliġjużi oħrajn bdew jiġu involuti f’abbuż fuq it-​tfal, suwiċidji taʼ ħafna nies f’daqqa, u attakki terroristiċi. M’għandniex xi ngħidu, imġiba perversa bħal din hija komuni kullimkien, mhux biss fost dawk li huma reliġjużi. Madankollu, fejn għandha x’taqsam ir-​reliġjon, ħafna nies saru xettiċi, xi wħud saħansitra ostili.

Il-​Perikli f‘li Ssegwi l-​Bnedmin

“Setta” ġiet definita bħala “grupp li josserva duttrina distinta jew iżomm sod maʼ xi mexxej.” B’mod simili, dawk li huma membri taʼ “kult” għandhom “devozzjoni kbira lejn xi persuna, idea, jew ħaġa.” Attwalment, il-​membri taʼ kwalunkwe grupp reliġjuż li jżommu sod mal-​mexxejja umani u l-​ideat tagħhom qegħdin fil-​periklu li jsiru rsiera tal-​bnedmin. Relazzjoni mibnija fis-​sod fuq dak li jgħid il-​mexxej tistaʼ twassal għal dipendenza emozzjonali u spiritwali li tkun taʼ ħsara. Il-​periklu jistaʼ jiggrava meta wieħed ikun ġie mrobbi f’atmosfera settarja mit-​tfulija.

Dawk li juru tħassib bħal dan dwar xi reliġjon għandhom bżonn informazzjoni taʼ min joqgħod fuqha. Għandu mnejn li xi wħud intqalilhom li x-​Xhieda taʼ Jehovah jappartjenu lil xi organizzazzjoni reliġjuża li tjassar lill-​membri tagħha, teżerċita kontroll awtoritarju fuqhom, tillimita bla bżonn il-​libertà tagħhom, u ma tippermettilhomx li jimxu maż-​żminijiet.

Ix-Xhieda taʼ Jehovah jafu li dan it-​tħassib m’huwiex iġġustifikat. Għalhekk, huma jistednuk biex tiċċekkja għalik innifsek. Wara li tikkunsidra l-​affarijiet sew, asal għall-​konklużjonijiet tiegħek. Huma x-​Xhieda qaddejja t’Alla, bħalma jsostnu li huma, jew huma attwalment irsiera tal-​bnedmin? X’inhu s-​sors tal-​qawwa tagħhom? Iż-​żewġ artikli f’paġni 12-23 se jipprovdu tweġibiet sodisfaċenti għal dawn il-​mistoqsijiet.

[Nota taʼ taħt]

a L-edizzjoni oriġinali taʼ l-​1950 ma kienx fiha l-​istqarrija t’hawn fuq. Il-​fatt li tidher fl-​edizzjoni riveduta taʼ l-​1982 b’hekk jiżvela tendenza lejn fehma aħjar dwar ix-​Xhieda taʼ Jehovah.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja