Tiftakar Int?
Sibt int il-ħarġiet reċenti taʼ It-Torri taʼ l-Għassa taʼ valur prattiku għalik? Allura għala ma tittestjax il-memorja tiegħek bil-mistoqsijiet li ġejjin?
◻ X’inhi d-differenza bejn “jum il-Mulej” u l-“jum taʼ Jehovah”? (Apokalissi 1:10; Ġoel 2:11, NW)
“Jum il-Mulej” jinkludi t-twettiq tas-16-il viżjoni deskritti f’Apokalissi kapitli 1 sa 22 u tal-ġrajjiet bażiċi li Ġesù bassar bi tweġiba għall-mistoqsija tad-dixxipli tiegħu dwar is-sinjal tal-preżenza tiegħu. Bħala l-punt kruċjali taʼ jum il-Mulej, il-jum li jkexkex taʼ Jehovah jfaqqaʼ meta hu jesegwixxi ħaqq fuq id-dinja korrotta taʼ Satana. (Mattew 24:3-14; Luqa 21:11)—1/1, paġna 5.
◻ X’inhuma xi karatteristiċi impressjonanti tal-Bibbja Makarios? L-isem Jehovah jidher iktar minn 3,500 darba fil-Bibbja Makarios. Wieħed studjuż tal-letteratura reliġjuża Russa qal: “[It-]traduzzjoni hija leali lejn it-test Ebrajk, u l-lingwa tat-traduzzjoni hija safja u tixraq lis-suġġett.”—w97 12/15, paġna 27.
◻ X’inhi “l-verità” li Ġesù qal li se teħlisna? (Ġwann 8:32)
Bil-kelma “verità,” Ġesù ried ifisser it-tagħrif imnebbaħ b’mod divin—speċjalment tagħrif rigward ir-rieda t’Alla—li huwa ppreservat fil-Bibbja.—1/1, paġna 3.
◻ Min huma Ġeħu u Ġeħonadab (jew, Ġonadab) taʼ żmienna?
Ġeħu jagħti stampa taʼ Ġesù Kristu, li huwa rrappreżentat fuq l-art mill-“Iżrael taʼ Alla,” Kristjani midlukin. (Galatin 6:16; Apokalissi 12:17) Sewwa sew bħalma Ġeħonadab ħareġ jiltaqaʼ maʼ Ġeħu, “kotra kbira” mill-ġnus ħarġu biex jappoġġjaw lir-rappreżentanti taʼ Ġesù fuq l-art. (Apokalissi 7:9, 10; 2 Slaten 10:15)—1/1, paġni 23, 24.
◻ X’ifisser li ‘timxi m’Alla’? (Ġenesi 5:24; 6:9)
Ifisser li dawk li jagħmlu hekk, bħal Ħenok u Noè, ġabu ruħhom b’tali mod li taw evidenza taʼ fidi qawwija f’Alla. Għamlu dak li Jehovah kkmandahom u rregolaw il-ħajjiet tagħhom fi qbil maʼ dak li kienu jafu dwaru mill-mod taʼ kif ittratta mal-bnedmin.—1/15, paġna 13.
◻ Il-għala persuna għandu jippjana bil-quddiem għall-possibbiltà li jmut?
F’ċertu sens, tkun qed tagħti għotja lill-familja tiegħek meta tagħmel arranġamenti bħal dawn. Juri mħabba. Dan jagħti prova tax-xewqa li int trid ‘tieħu ħsieb lil dawk tal-familja tiegħek’ saħansitra meta ma tkunx għadek magħhom. (1 Timotju 5:8)—1/15, paġna 22.
◻ Il-“Patt il-Qadim” x’wettaq? (2 Korintin 3:14)
Ipprovda fatturi li taw stampa bil-quddiem tal-patt il-ġdid u, bis-sagrifiċċji ripetuti tiegħu, wera kemm il-bniedem għandu bżonn disperatament tal-fidwa mid-dnub u l-mewt. Kien ‘imexxina qisna tfal lejn Kristu.’ (Galatin 3:24)—2/1, paġna 14.
◻ Il-patt il-ġdid b’liema modi huwa għal dejjem? (Lhud 13:20)
L-ewwelnett, kuntrarju għall-patt tal-Liġi, dan qatt ma se jiġi ssostitwit. It-tieni, ir-riżultati tax-xogħol li wettaq huma permanenti. U t-tielet, sudditi fuq l-art tas-saltna t’Alla se jkomplu jibbenefikaw mill-arranġament tal-patt il-ġdid matul il-Millennju.—2/1, paġna 22.
◻ X’benefiċċji jirriżultaw milli nkunu grati?
Is-sens taʼ kordjalità li wieħed jesperjenza talli jkun grat mill-qalb jikkontribwixxi għall-hena u l-paċi tiegħu. (Qabbel Proverbji 15:13, 15.) Billi hi kwalità pożittiva, il-gratitudni tipproteġih minn sentimenti negattivi bħalma huma r-rabja, l-għira, u r-risentiment.—2/15, paġna 4.
◻ Dawk imnisslin mill-ispirtu f’liema pattijiet iddaħħlu?
Il-patt il-ġdid, li Jehovah jagħmel mal-membri taʼ Iżrael spiritwali, u l-patt għas-Saltna, li Ġesù jagħmel mas-segwaċi midlukin tal-passi tiegħu. (Luqa 22:20, 28-30)—2/15, paġna 16.
◻ L-Iżraeliti liema tliet festi kbar kienu kkmandati li jattendu?
Il-Festa tal-Ħobż Ażżmu, immedjatament wara l-Qbiż taʼ l-14 taʼ Nisan; il-Festa tal-Ġimgħat, fil-ħamsin jum mis-16 taʼ Nisan; u l-Festa tal-Ġbir, jew il-Festa taʼ l-Għerejjex, fis-sebaʼ xahar. (Dewteronomju 16:1-15)—3/1, paġni 8, 9.
◻ Għala huwa privileġġ li nattendu laqgħat Kristjani?
Ġesù qal: “Fejn tnejn jew tlieta jkunu miġbura f’ismi hemm inkun jien f’nofshom”! (Mattew 18:20; 28:20) Ukoll, mod importanti li bih jiġi mqassam l-ikel spiritwali huwa permezz tal-laqgħat tal-kongregazzjoni kif ukoll taʼ laqgħat akbar. (Mattew 24:45)—3/1, paġna 14.
◻ X’inhi l-oriġini taʼ l-isem Nimrod?
Diversi studjużi huma taʼ l-istess opinjoni li l-isem Nimrod ma kienx isem mogħti fit-twelid. Minflok, jikkunsidrawh bħala isem mogħti iktar tard biex jaqbel mal-karattru ribelluż tiegħu wara li dan inkixef maż-żmien.—3/15, paġna 25.
◻ Kemm hija importanti l-familja għas-soċjetà umana?
Il-familja hija bżonn uman. L-istorja turi li meta l-arranġament tal-familja jibda jiġi fix-xejn, is-saħħa tal-komunitajiet u n-nazzjonijiet tiddgħajjef. Mela, il-familja għandha effett dirett fuq l-istabbiltà tas-soċjetà u l-benesseri tat-tfal u taʼ ġenerazzjonijiet futuri.—4/1, paġna 6.
◻ Liema tliet linji taʼ prova juru li l-Bibbja hija l-Kelma t’Alla?
(1) Din hija eżatta xjentifikament; (2) fiha prinċipji li ma jispiċċaw qatt u li huma prattiċi għall-ħajja tal-lum; (3) fiha profeziji speċifiċi li ġew imwettqin, bħalma ġie pprovat minn fatti storiċi.—4/1, paġna 15.