LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w00 3/1 pp. 5-7
  • Alla Tassew Jismaʼ t-Talb

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Alla Tassew Jismaʼ t-Talb
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2000
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Eżempji fi Żmienna
  • Xi Ngħidu jekk ma Tħossokx Denju li Titlob?
  • “Opponu lix-Xitan, u Hu Se Jaħrab Minnkom.”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1994
  • It-Talb Taʼ Min Jinstemaʼ?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1990
  • Żgħażagħ—Saħħu x-Xewqa Tagħkom Biex Taqdu lil Ġeħova
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2010
  • Għala Għandek Titlob?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2000
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2000
w00 3/1 pp. 5-7

Alla Tassew Jismaʼ t-​Talb

Kornelju kien raġel li kien ifittex li jkollu l-​favur t’Alla billi jitlob taʼ spiss u mill-​qalb. Iktar minn hekk, hu għamel użu tajjeb mill-​pożizzjoni tiegħu bħala fizzjal taʼ l-​armata. Skond il-​Bibbja, hu “kien jagħmel ħafna opri taʼ karità” maʼ nies fil-​bżonn.—Atti 10:​1, 2.

DAK iż-​żmien, il-​kongregazzjoni Kristjana kienet magħmula minn kredenti Lhud, proseliti, u Samaritani. Kornelju kien wieħed mill-​Ġentili mhux ċirkonċiżi u ma kienx jagħmel parti mill-​kongregazzjoni Kristjana. Ifisser dan li t-​talb tiegħu kien għalxejn? Le. Alla Jehovah ta kas taʼ Kornelju u tax-​xogħlijiet tiegħu li kienu akkumpanjati mit-​talb.—Atti 10:4.

Permezz taʼ gwida anġelika, Kornelju ġie f’kuntatt mal-​kongregazzjoni Kristjana. (Atti 10:​30-33) B’riżultat taʼ dan, hu u n-​nies taʼ daru kellhom il-​privileġġ li jsiru l-​ewwel Ġentili mhux ċirkonċiżi li ġew aċċettati fil-​kongregazzjoni Kristjana. Alla Jehovah qies l-​esperjenza persunali taʼ Kornelju bħala waħda li jixirqilha li tkun inkluża fir-​rekord Bibliku. Bla dubju, hu għamel ħafna bidliet biex iġib ħajtu f’armonija sħiħa mal-​livelli t’Alla. (Isaija 2:​2-4; Ġwann 17:16) L-​esperjenza taʼ Kornelju għandha tkun taʼ inkuraġġiment kbir għal nies minn kull ġens li qed ifittxu li jkollhom il-​favur t’Alla llum. Ikkunsidra xi eżempji.

Eżempji fi Żmienna

Mara żagħżugħa ġewwa l-​Indja kellha bżonn taʼ ħafna u ħafna faraġ. Hi kienet iżżewġet taʼ 21 sena, u kellha żewġt itfal. Imma ftit wara t-​twelid tat-​tieni tarbija, mitilha żewġha. F’daqqa waħda, fl-​età taʼ 24 sena, sfat armla b’tifla taʼ xahrejn u tifel li kien se jagħlaq sentejn. Mhux taʼ b’xejn li kellha bżonn il-​faraġ! Lejn min setgħet iddur? Lejl minnhom, inkwetata għall-​aħħar, hi bdiet titlob u qalet: “Missierna tas-​sema, jekk jogħġbok farraġni permezz tal-​Kelma tiegħek.”

L-għada fil-​għodu, mar xi ħadd iżurha. Kien wieħed mix-​Xhieda taʼ Jehovah. Dak in-​nhar, kellu ġurnata diffiċli fil-​ministeru tiegħu minn dar għal dar għaliex ftit kienu n-​nies li fetħulu l-​bieb. Billi beda jħossu għajjien u pjuttost skuraġġit, hu kien se jitlaq lejn id-​dar, imma għal xi raġuni beda jħoss li kellu jħabbat l-​aħħar bieb. Kien hemmhekk li sab lil din l-​armla żagħżugħa. Hi stidnitu jidħol ġewwa u aċċettat pubblikazzjoni li tispjega l-​Bibbja. Il-​mara ħassitha verament imfarrġa meta qrat din il-​pubblikazzjoni u permezz tad-​diskussjonijiet li kellha max-​Xhud. Hi tgħallmet dwar il-​wegħda t’Alla li jirxoxta lill-​mejtin u dwar is-​Saltna t’Alla, li dalwaqt se tagħmel lil din l-​art ġenna. U l-​iktar importanti, hi saret taf u tħobb lill-​uniku veru Alla, Jehovah, li kien wieġeb it-​talba tagħha.

Nora, li tgħix fil-​belt taʼ George, fl-​Afrika t’Isfel, ippjanat li tqattaʼ xahar fix-​xogħol taʼ l-​evanġelizzar full-time. Qabel ma bdiet, hi talbet bil-​ħerqa lil Jehovah biex jgħinha ssib lil xi ħadd li kien interessat b’mod ġenwin f’li jistudja l-​Bibbja. It-​territorju li ġiet inkarigata biex taħdem kien jinkludi d-​dar taʼ persuna li fiż-​żjarat taʼ qabel tgħidx kemm kienet insolenti maʼ Nora. B’kuraġġ, Nora marret tħabbat dak il-​bieb għal darb’oħra. B’sorpriża kbira għaliha, hi sabet li kien mar joqgħod xi ħadd ieħor hemmhekk, waħda mara jisimha Noleen. Iktar minn hekk, Noleen u ommha kienu talbu lil Alla għall-​għajnuna biex jifhmu l-​Bibbja. “Meta offrejtilhom studju tal-​Bibbja,” tispjega Nora, “tgħidx kemm ferħu.” Noleen u ommha għamlu progress f’qasir żmien. Maż-​żmien, it-​tnejn li huma bdew jieħdu sehem flimkien maʼ Nora fix-​xogħol taʼ fejqan spiritwali.

Eżempju ieħor li juri l-​qawwa li għandu t-​talb hu dak taʼ koppja li tgħix f’Johannesburg, belt fl-​Afrika t’Isfel. Kien is-​Sibt fil-​għaxija, fl-​1996, u ż-​żwieġ taʼ Dennis u Carol kien wasal f’punt kritiku. Biex żgur ikunu pprovaw kollox, huma ddeċidew li jitolbu lil Alla għall-​għajnuna, u fil-​fatt talbu fuq li talbu sa tard bil-​lejl. L-​għada, f’xi l-​ħdax taʼ fil-​għodu, marru jħabbtulhom tnejn mix-​Xhieda taʼ Jehovah. Dennis mar jiftaħ u qalilhom biex jistennew sakemm jgħajjat lil martu. Dennis imbagħad wissa lil Carol li jekk iddaħħal lix-​Xhieda, setgħet issibha diffiċli biex teħles minnhom. Carol fakkret lil Dennis li huma kienu talbu lil Alla għall-​għajnuna u li din setgħet tkun it-​tweġiba t’Alla għat-​talb tagħhom. Għalhekk, lix-​Xhieda stidnuhom jidħlu, u bdew studju tal-​Bibbja bl-​għajnuna tal-​ktieb Għarfien Li Jwassal Għall-​Ħajja Taʼ Dejjem. Dennis u Carol kienu eċċitati ħafna b’dak li tgħallmu. Dak in-​nhar stess, huma attendew l-​ewwel laqgħa tagħhom fis-​Sala tas-​Saltna lokali tax-​Xhieda taʼ Jehovah. Billi applikaw l-​għarfien li kienu tgħallmu mill-​Bibbja, Dennis u Carol sabu s-​soluzzjoni għall-​problemi li kellhom fiż-​żwieġ tagħhom. Issa huma ferħanin ifaħħru lil Jehovah bħala Xhieda mgħammdin, u qegħdin regolarment jaqsmu t-​twemmin tagħhom ibbażat fuq il-​Bibbja mal-​ġirien tagħhom.

Xi Ngħidu jekk ma Tħossokx Denju li Titlob?

Xi nies sinċieri jistgħu jħossu li m’humiex denji li jitolbu minħabba li jkunu qed jgħixu ħajja ħażina. Ġesù Kristu rrakkonta l-​istorja taʼ raġel bħal dan, kollettur tat-​taxxa mistmerr. Hu u dieħel fil-​bitħa tat-​tempju, dan ir-​raġel beda jħoss li hu ma kienx denju li jmur fil-​post fejn in-​nies kienu jmorru biex jitolbu. Hu qagħad “bil-​wieqfa fil-​bogħod . . . [u] beda jħabbat fuq sidru u jgħid: ‘O Alla, ħenn għalija, għax jien midneb!’” (Luqa 18:13) Skond dak li qal Ġesù, lil dan ir-​raġel Alla semgħu b’approvazzjoni. Dan jagħti prova li Alla Jehovah hu tabilħaqq ħanin u jrid jgħin lil nies midinbin li jindmu sinċerament.

Ikkunsidra l-​każ taʼ raġel żagħżugħ mill-​Afrika t’Isfel jismu Paul. Meta kien tifel, Paul kien jattendi l-​laqgħat Kristjani flimkien m’ommu. Imma meta kien imur l-​iskola sekondarja, beda jagħmilha maʼ żgħażagħ li ma kinux jimxu fil-​mogħdijiet t’Alla. Wara li spiċċa l-​iskola, hu kien jaqdi fl-​armata tal-​gvern li kien hemm qabel fl-​Afrika t’Isfel, li kien favur l-​apartheid. Imbagħad, bla mistenni, in-​namrata tiegħu telqitu. Dan il-​mod taʼ ħajja xejn sodisfaċenti ġagħlu jħossu dipress ħafna lil Paul. “Lejla minnhom,” jiftakar hu, “tlabt lil Jehovah biex jagħtini l-​għajnuna tiegħu, avolja kont ilni ma nitlob lil Alla sinċerament għal snin sħaħ.”

Mhux wisq wara li kien talab din it-​talba, omm Paul stidnitu biex jattendi l-​Mafkar annwali tal-​mewt taʼ Kristu. (Luqa 22:19) Paul raha ħaġa stramba li ommu għamlet hekk, għax hu kien għamel taʼ rasu u ftit li xejn kien juri interess fil-​Bibbja. “Din l-​istedina qistha bħala t-​tweġiba taʼ Jehovah għat-​talba tiegħi, u ħassejt li kelli nwieġbu jien ukoll.” Minn dak iż-​żmien ’il quddiem, Paul beda jattendi l-​laqgħat Kristjani kollha. Wara erbaʼ xhur jistudja l-​Bibbja, hu kkwalifika għall-​magħmudija. Iktar minn hekk, hu waqaf jistudja l-​inġinerija u għażel il-​karriera taʼ evanġelizzatur full-time. Illum, Paul huwa raġel ferħan, u m’għadux dipress minħabba l-​ħajja tiegħu fil-​passat. Għal dawn l-​aħħar ħdax-il sena, hu qeda fl-​uffiċċju tal-​fergħa tal-​Watch Tower Society fl-​Afrika t’Isfel.

Tabilħaqq, Jehovah b’qalb tajba jwieġeb it-​talb u “jagħti l-​ħlas xieraq lil dawk li jfittxuh.” (Lhud 11:6) Dalwaqt, se jasal il-​jum il-​kbir taʼ Jehovah u jtemm il-​ħażen kollu. Sadanittant, Jehovah qed iwieġeb it-​talb tan-​nies tiegħu għall-​qawwa u l-​gwida hekk kif dawn jieħdu sehem b’mod żeluż fix-​xogħol vitali taʼ l-​għoti taʼ xiehda. B’hekk, miljuni taʼ individwi minn kull ġens qed jiġu f’kuntatt mal-​kongregazzjoni Kristjana u jitbierku b’għarfien mill-​Bibbja li jwassal għall-​ħajja taʼ dejjem.—Ġwann 17:3.

[Stampa f’paġna 5]

It-​talba sinċiera taʼ Kornelju wasslet biex hu jkollu żjara mill-​appostlu Pietru

[Stampa f’paġna 6]

It-​talb għen lil ħafna waqt żminijiet taʼ inkwiet

[Stampi f’paġna 7]

Huwa tajjeb li nitolbu għall-​għajnuna biex nifhmu l-​Bibbja

Il-​koppji miżżewġin jistgħu jitolbu għall-​għajnuna biex isaħħu ż-​żwieġ tagħhom

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja