LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w00 12/15 pp. 25-27
  • Imqanqlin Biex Jaqdu

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Imqanqlin Biex Jaqdu
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2000
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Inkuraġġiment taʼ l-​Aħħar
  • Jitkellmu Wħud t’Esperjenza
  • Nies li minn Rajhom Jitqanqlu biex Jiġu Gilgħad
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2001
  • L-Iskola taʼ Gilgħad—60 Sena taʼ Taħriġ għall-Missjunarji
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2003
  • Thennew f’Jehovah u Kunu Ferħanin
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1999
  • Qegħdin Joffru Lilhom Infushom
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2005
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2000
w00 12/15 pp. 25-27

Imqanqlin Biex Jaqdu

X’KIEN se jqanqal lil 24 koppja miżżewġa fl-​aħjar tagħhom biex iħallu lill-​familji tagħhom, lil ħbiebhom, u l-​ambjent familjari tagħhom biex jidħlu għal xogħol missjunarju f’art barranija? Għala kienu ferħanin li jmorru fil-​Papwa-Ginea l-​Ġdida u t-​Tajwan, kif ukoll f’pajjiżi Afrikani jew taʼ l-​Amerika Latina? Kellhom spirtu avventuruż? Le. Huma kienu mqanqlin minn imħabba ġenwina għal Alla u għall-​proxxmu.—Mattew 22:​37-39.

Min huma dawn in-​nies? Dawn huma l-​istudenti li ggradwaw mill-​109 klassi taʼ l-​Iskola taʼ Gilgħad (Watchtower Bible School of Gilead). Il-​gradwazzjoni saret is-​Sibt, 9 taʼ Settembru, 2000. B’kollox kien hemm 5,198 persuna miġburin flimkien fiċ-​Ċentru Edukattiv tal-​Watchtower f’Patterson, New York, u f’postijiet kollegati permezz tas-​satellita, jisimgħu l-​pariri mimlijin imħabba li setgħu jgħinu lill-​gradwati biex ikollhom suċċess bħala missjunarji.

Iċ-chairman tal-​programm kien Stephen Lett, membru tal-​Kumitat tat-​Tagħlim tal-​Ġemgħa li Tiggverna tax-​Xhieda taʼ Jehovah. Hu bbaża r-​rimarki tal-​ftuħ tiegħu fuq Mattew 5:​13, “Intom il-​melħ taʼ l-​art.” Ħuna Lett spjega li bla dubju l-​kliem taʼ Ġesù japplika għall-​istudenti li ggradwaw. Per eżempju, il-​melħ għandu l-​karatteristika li jtejjeb l-​ikel. Bl-​istess mod, bl-​ippridkar effettiv tagħhom, il-​missjunarji huma bħall-​melħ f’sens figurattiv.

Inkuraġġiment taʼ l-​Aħħar

Imbagħad, wara Ħuna Lett telgħu xi kelliema li ilhom żmien twil jaqdu lil Jehovah. Dawn taw taħditiet qosra imma b’punti qawwija mill-​Iskrittura. L-​ewwel wieħed kien John Wischuk, li jaqdi fid-​Dipartiment tal-​Kitba. It-​tema tiegħu, “L-​Iqsar Salm Jinkuraġġixxi l-​Ispirtu Missjunarju,” kienet ibbażata fuq Salm 117. Illum, mad-​dinja kollha, hemm bżonn kbir li tingħata xiehda lill-​“ġnus” u lill-​“popli” dwar Jehovah u s-​Saltna tiegħu. L-​istudenti ġew inkuraġġiti biex iwettqu dak li jgħid Salm 117 billi jħeġġu lil oħrajn ‘ifaħħru lill-​Mulej.’

Imbagħad iċ-​chairman introduċa lil Guy Pierce, membru tal-​Ġemgħa li Tiggverna. Dan tkellem dwar is-​suġġett “Kunu Flessibbli, imma Sodi.” Il-​Kelma t’Alla hija soda. F’Dewteronomju 32:​4, Alla Jehovah huwa msejjaħ il-​Blata. Madankollu, il-​Kelma tiegħu hija flessibbli, fis-​sens li nkitbet għal kull lingwa u kultura. Iva, għall-​bnedmin kollha. L-​istudenti kienu mwissijin biex jippridkaw il-​Kelma t’Alla, u jħallu l-​messaġġ tagħha jilħaq il-​qalb u l-​kuxjenza tan-​nies. (2 Korintin 4:2) “Kunu sodi għall-​prinċipji tajbin, imma kunu flessibbli. Tħarsux bl-​ikrah lejn in-​nies fl-​inkarigu tagħkom għax il-​kultura tagħhom hi differenti,” ħeġġeġ Ħuna Pierce.

It-tema li tkellem dwarha Karl Adams, wieħed mill-​għalliema taʼ Gilgħad li ilu kważi 53 sena jaqdi fil-​kwartieri ġenerali dinjin, iġġagħlek taħseb. Din kienet “Fejn Se Tmorru minn Hawn?” Huwa veru li l-​24 koppja rċivew inkarigi missjunarji f’20 pajjiż differenti madwar id-​dinja, imma tqum il-​mistoqsija, Ladarba qegħdin hemm u rajtu l-​pajjiż ġdid tagħkom, x’se tagħmlu wara? Aħna ngħixu f’dinja li m’għandhiex kwiet. In-​nies dejjem iridu jmorru f’postijiet ġodda u jagħmlu affarijiet differenti biex jieħdu pjaċir. Mill-​banda l-​oħra, l-​istudenti rċivew inkarigu mingħand Jehovah biex imorru fejn Jehovah jridhom li jieħdu ħsieb tan-​“nagħaġ” tiegħu mingħajr egoiżmu. M’għandhomx ikunu bħal dawk f’Iżrael tal-​qedem li minħabba l-​egoiżmu tagħhom tilfu l-​opportunità li kellhom, dik li jintużaw minn Jehovah biex ibierek lill-​bnedmin kollha. Minflok, għandhom jimitaw lil Ġesù Kristu, li dejjem għamel ir-​rieda taʼ Missieru bla egoiżmu u li kien ubbidjenti fi kwalunkwe ċirkustanza li ħabbat wiċċu magħha.—Ġwann 8:29; 10:16.

“Għożż l-​Affarijiet Profondi t’Alla” kienet it-​tema taʼ Wallace Liverance, ir-​reġistratur taʼ l-​Iskola taʼ Gilgħad. Fl-​Iskrittura, il-​Kelma t’Alla hija mxebbha għal darba wara l-​oħra maʼ għana, ħaġar prezzjuż, metall li jiswa l-​flus, u affarijiet oħrajn li għandhom valur għoli u huma mfittxijin ferm. Proverbji 2:​1-5 jurina li biex insibu “t-​tagħrif taʼ Alla,” irridu nfittxu għalih bħal “teżor moħbi.” Il-​kelliemi ħeġġeġ lill-​istudenti biex waqt li jkunu qed jaqdu fl-​inkarigi ġodda tagħhom, jibqgħu jħaffru fl-​affarijiet profondi t’Alla. Ħuna Liverance għamel dan ir-​raġunar: “Dan hu prattiku, għax isaħħilkom il-​fidi u l-​fiduċja f’Jehovah u jqawwilkom id-​determinazzjoni tagħkom biex tibqgħu fl-​inkarigu tagħkom. Jgħinkom titkellmu b’konvinzjoni u tkunu għalliema iktar effettivi hekk kif tispjegaw l-​iskopijiet t’Alla lil oħrajn.”

Għalliem ieħor fl-​Iskola taʼ Gilgħad iddiskuta maʼ xi studenti l-​mod kif Jehovah bierek l-​attività tagħhom fis-​servizz taʼ l-​għalqa fl-​aħħar ħames xhur. Lawrence Bowen ġibed l-​attenzjoni lejn il-​kliem taʼ l-​appostlu Pawlu f’Atti 20:20 dwar il-​ministeru pubbliku tiegħu f’Efesu. Hu enfasizza li Pawlu ħa vantaġġ minn kull opportunità biex jagħti xiehda. L-​esperjenzi taʼ l-​istudenti wrew li bħall-​appostlu Pawlu, dawk li fi żmienna huma mqanqlin mill-​imħabba għal Alla u għall-​proxxmu qatt ma żammew lura milli jxandru l-​verità u jħallu l-​qawwa tal-​Kelma t’Alla taħdem f’oħrajn. Dan jirriżulta f’barkiet għonja mingħand Jehovah.

Jitkellmu Wħud t’Esperjenza

Matul il-​perijodu li qattgħu l-​iskola, l-​istudenti taʼ din il-​klassi taʼ Gilgħad setgħu jibbenefikaw b’mod speċjali minn sħubija maʼ membri tal-​Kumitati tal-​Fergħa minn madwar 23 pajjiż. Dawn ukoll kienu fiċ-​Ċentru Edukattiv taʼ Patterson għal taħriġ speċjali. Leon Weaver u Merton Campbell mid-​Dipartiment tas-​Servizz intervistaw lil xi wħud mill-​membri tal-​Kumitati tal-​Fergħa, li wħud minnhom kienu ggradwaw minn Gilgħad huma stess. Dak li qalu dawn il-​missjunarji t’esperjenza żgur li qawwa qalb l-​istudenti kif ukoll qalb il-​familji tagħhom u ħbiebhom.

Il-parir li ngħata lill-​istudenti li kienu se jiggradwaw biex jgħinhom jaddattaw għall-​inkarigi tagħhom f’art barranija kien jinkludi kummenti bħal dawn: “Kunu pożittivi. Jekk iġġarrbu xi ħaġa li tarawha stramba ħafna jew ma tkunux tistgħu tifhmuha, taqtgħux qalbkom. Strieħu fuq Jehovah”; “tgħallmu kunu kuntenti b’dak li jkollkom, u afdaw fil-​fatt li Jehovah se jipprovdilkom il-​bżonnijiet tal-​ħajja.” Kummenti oħrajn iffokaw fuq li jgħinu lill-​istudenti jibqgħu ferħanin fl-​inkarigu tagħhom. Xi wħud mill-​espressjonijiet kienu: “Tqabblux il-​pajjiż li sejrin fih mal-​pajjiż li ġejjin minnu”; “tgħallmu l-​lingwa lokali u tkellmuha tajjeb biex b’hekk tkunu tistgħu tikkomunikaw man-​nies”; “tgħallmu d-​drawwiet u l-​kultura tan-​nies, għax dan se jgħinkom tibqgħu fl-​inkarigu tagħkom.” Dawn il-​kummenti kienu taʼ inkuraġġiment kbir għall-​missjunarji l-​ġodda.

Wara l-​intervisti kien imiss lil David Splane, li qabel ma beda jaqdi bħala membru tal-​Ġemgħa li Tiggverna tax-​Xhieda taʼ Jehovah kien missjunarju u wieħed mill-​istudenti li ggradwaw mit-​42 klassi taʼ Gilgħad. Hu ta t-​taħdita prinċipali fuq it-​tema interessanti “Studenti jew Gradwati—Liema?” Hu staqsa lill-​istudenti li kienu se jiggradwaw: “Kif se tħarsu lejkom infuskom meta tmorru għall-​inkarigu missjunarju tagħkom? Bħala gradwati li tafu kollox dwar ix-​xogħol missjunarju jew bħala studenti li għad għandkom ħafna x’titgħallmu?” Ħuna Splane wera li gradwat għaqli se jqis lilu nnifsu bħala student. Il-​missjunarji għandhom iħarsu lejn kull persuna li jiltaqgħu magħha fl-​inkarigu missjunarju tagħhom bħala li jistgħu jitgħallmu xi ħaġa mingħandha. (Filippin 2:3) L-​istudenti kienu mħeġġin biex jikkooperaw mill-​qrib mal-​missjunarji sħabhom, l-​uffiċċju tal-​fergħa, u l-​kongregazzjoni lokali. “Intom għaddejtu mill-​eżamijiet taʼ l-​aħħar, imma għadkom studenti. Agħmluha ċara lil kulħadd li intom qegħdin hemmhekk biex titgħallmu,” ħeġġeġ Ħuna Splane.

Wara din it-​taħdita, l-​istudenti rċivew id-​diplomi tagħhom, u l-​inkarigi tagħhom tħabbru lill-​udjenza. Imbagħad inqrat riżoluzzjoni minn rappreżentant tal-​klassi dwar id-​determinazzjoni tal-​gradwati li jħallu dak li tgħallmu mill-​Kelma t’Alla jqanqalhom biex jagħmlu iktar fis-​servizz sagru. Dan kien tassew mument kommoventi għall-​istudenti li kienu għadhom kif iggradwaw.

Dawk kollha fl-​udjenza jaqblu li l-​pariri li ngħataw saħħew id-​determinazzjoni tal-​gradwati biex juru mħabba lejn Alla u lejn il-​proxxmu. Iżjed minn hekk, għamluhom determinati iktar minn qatt qabel biex jgħinu b’mod spiritwali lin-​nies fl-​inkarigu missjunarju tagħhom.

[Kaxxa f’paġna 25]

STATISTIĊI TAL-​KLASSI

Numru taʼ pajjiżi rappreżentati: 10

Numru taʼ pajjiżi li ġew assenjati fihom: 20

Numru taʼ studenti: 48

Età medja: 33.7

Medja taʼ snin fil-​verità: 16.2

Medja taʼ snin fil-​ ministeru full-time: 12.5

[Stampa f’paġna 26]

Il-​109 Klassi li Ggradwat mill-​Iskola taʼ Gilgħad

Fil-​lista t’hawn taħt, ir-​ringieli huma nnumerati minn quddiem għal wara, u l-​ismijiet f’kull ringiela huma mniżżlin mix-​xellug għal-​lemin.

(1) Collins, E.; Miles, L.; Alvarado, A.; Lake, J. (2) Van Dusen, L.; Biharie, A.; Heikkinen, H.; Koós, S.; Smith, H. (3) Ashford, J.; Ashford, C.; Boor, C.; Richard, L.; Wilburn, D.; Lake, J. (4) Chichii, K.; Chichii, H.; Ramirez, M.; Baumann, D.; Becker, G.; Biharie, S.; Ramirez, A. (5) Van Dusen, W.; Lemâtre, H.; Pisko, J.; Cutts, L.; Russell, H.; Johnson, R. (6) Becker, F.; Baumann, D.; Johnson, K.; Pifer, Á.; Madsen, C.; Lemâtre, J.; Heikkinen, P. (7) Smith, R.; Russell, J.; Collins, A.; Pisko, D.; Wilburn, R.; Koós, G. (8) Cutts, B.; Boor, J.; Madsen, N.; Pifer, S.; Richard, E.; Miles, B.; Alvarado, R.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja