LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w02 8/15 pp. 30-31
  • Mistoqsijiet mill-Qarrejja

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Mistoqsijiet mill-Qarrejja
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2002
  • Materjal Simili
  • Il-familja tiegħek tistaʼ tkun ferħana
    X’nistgħu nitgħallmu mill-Bibbja?
  • Żomm il-Paċi f’Darek
    Is-Sigriet taʼ l-Hena fil-Familja
  • Ħajja Tal-Familja Li Togħġob Lil Alla
    Alla X’Jirrikjedi Minna?
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2002
w02 8/15 pp. 30-31

Mistoqsijiet mill-​Qarrejja

L-​Iskrittura xi gwida tipprovdi dwar it-​taħriġ tat-​tfal meta ġenitur ikun Xhud taʼ Jehovah u martu ma tkunx?

Hemm żewġ prinċipji Skritturali u fundamentali li jipprovdu gwida dwar it-​taħriġ tat-​tfal meta ġenitur ikun Xhud u martu ma tkunx. Prinċipju wieħed hu: “Jeħtieġ nobdu aktar lil Alla milli l-​bnedmin.” (Atti 5:29) L-​ieħor hu: “Ir-​raġel hu ras il-​mara, bħalma Kristu hu ras il-​[“kongregazzjoni,” NW].” (Efesin 5:23) Din l-​iskrittura ma tapplikax biss għal nisa miżżewġin li huma Xhieda u li r-​raġel tagħhom hu Xhud imma wkoll għal dawk li r-​raġel tagħhom m’huwiex. (1 Pietru 3:1) Kif jistaʼ ġenitur li hu Xhud jibbilanċja dawn il-​prinċipji meta jgħallem lil uliedu?

Jekk ir-​raġel hu Xhud taʼ Jehovah, għandu r-​responsabbiltà li jipprovdi għall-​familja tiegħu kemm spiritwalment kif ukoll materjalment. (1 Timotju 5:8) Għalkemm l-​omm li mhix taʼ l-​istess twemmin għandha mnejn tqattaʼ iktar ħin mat-​tfal, il-​missier li hu Xhud għandu jgħallem lil uliedu billi jagħtihom taħriġ spiritwali d-​dar u billi jiħodhom miegħu għal-​laqgħat Kristjani, fejn se jibbenefikaw mill-​istruzzjoni morali u mis-​sħubija bnina.

X’jiġri jekk il-​mara li mhix taʼ l-​istess twemmin tinsisti li tieħu lil uliedhom fil-​post taʼ qima tagħha jew li tgħallimhom it-​twemmin tagħha? Il-​liġi tal-​pajjiż jistaʼ jkun li tagħtiha d-​dritt li tagħmel dan. Jekk it-​tfal jiġux imħajrin biex iqimu f’dawn il-​postijiet jistaʼ jiddependi ħafna mill-​kwalità tat-​tagħlim spiritwali tal-​missier. Hekk kif it-​tfal jikbru, l-​edukazzjoni Skritturali li jkun tahom missierhom għandha tgħinhom isegwu l-​verità tal-​Kelma t’Alla. Kemm ikun ferħan ir-​raġel li jemmen jekk uliedu jiddeċiedu li jieħdu l-​waqfa tagħhom favur il-​verità!

Jekk l-​omm hi Xhud taʼ Jehovah, trid tirrispetta l-​prinċipju taʼ l-​istat taʼ kap waqt li tkun konċernata dwar il-​ġid etern taʼ wliedha. (1 Korintin 11:3) F’ħafna każi, żewġha li mhux taʼ l-​istess twemmin mhux se joġġezzjona jekk martu li hi Xhud tagħti edukazzjoni morali u spiritwali lil uliedhom, u l-​għajnuna għal dan l-​għan tkun disponibbli fil-​laqgħat tal-​poplu taʼ Jehovah. L-​omm tistaʼ tgħin lil żewġha biex jara l-​benefiċċji taʼ l-​edukazzjoni edifikanti li jirċievu wliedhom permezz taʼ l-​organizzazzjoni taʼ Jehovah. Hi tistaʼ tenfasizza bit-​tattika l-​importanza li tnaqqax il-​prinċipji morali tal-​Bibbja f’uliedhom, minħabba li dawn qed jgħixu f’dinja li moralment sejra mill-​ħażin għall-​agħar.

Madankollu, il-​missier li mhux taʼ l-​istess twemmin għandu mnejn jinsisti li wliedu jipprattikaw ir-​reliġjon tiegħu, u għalhekk jiħodhom fil-​post taʼ qima tiegħu u jagħtihom edukazzjoni reliġjuża li taqbel mal-​fidi tiegħu. Jew missier għandu mnejn ikun jopponi kull reliġjon u jinsisti li wliedu m’għandhom jingħataw ebda edukazzjoni reliġjuża. Bħala l-​kap tal-​familja, hu l-​wieħed li hu responsabbli primarjament biex jieħu d-​deċiżjoni.a

Waqt li tirrispetta l-​istat taʼ kap taʼ żewġha, bħala Kristjana dedikata, il-​mara li temmen tagħmel tajjeb li żżomm f’moħħha l-​attitudni taʼ l-​appostli Pietru u Ġwanni, li qalu: “Aħna ma nistgħux ma nitkellmux fuq dak li rajna u smajna.” (Atti 4:​19, 20) Peress li jkun jimpurtaha mill-​ġid spiritwali tat-​tfal, omm li tkun Xhud se ssib opportunitajiet biex tipprovdilhom direzzjoni morali. Hi għandha r-​responsabbiltà quddiem Jehovah biex tgħallem lil ħaddieħor dwar dak li taf li hu veru, u l-​istess jgħodd għal uliedha. (Proverbji 1:8; Mattew 28:​19, 20) L-​omm li hi Xhud kif tistaʼ tittratta din il-​problema diffiċli?

Per eżempju, ejja nieħdu l-​kwistjoni taʼ twemmin f’Alla. Forsi l-​mara li hi Xhud ma tkunx tistaʼ tagħmel studju tal-​Bibbja formali maʼ wliedha għax żewġha ma jħallihiex. Għal din ir-​raġuni, għandha hi tevita li tgħid xi ħaġa lil uliedha dwar Jehovah? Le. Dak li tgħid u tagħmel għandu jirrifletti b’mod naturali t-​twemmin tagħha fil-​Ħallieq. Uliedha żgur li se jkollhom xi mistoqsijiet dwar dan is-​suġġett. Hi għandha tħossha ħielsa biex teżerċita l-​libertà tar-​reliġjon tagħha billi tesprimi t-​twemmin tagħha fil-​Ħallieq, inkluż lil uliedha. Anki jekk ma tkunx tistaʼ tikkonduċi studju tal-​Bibbja mat-​tfal jew tiħodhom regolarment għal-​laqgħat, hi tistaʼ tagħtihom għarfien dwar Alla Jehovah.—Dewteronomju 6:7.

Dwar ir-​relazzjoni li teżisti bejn Xhud u martu li mhix taʼ l-​istess twemmin, l-​appostlu Pawlu kiteb: “Ir-​raġel li ma jemminx jitqaddes permezz taʼ martu, u l-​mara li ma temminx titqaddes b’ħuha. Inkella wliedkom ikunu mniġġsa, iżda issa huma qaddisin.” (1 Korintin 7:14) Jehovah iqis ir-​relazzjoni fiż-​żwieġ bħala qaddisa minħabba l-​ġenitur li jemmen, u t-​tfal jitqiesu bħala li huma qaddisin f’għajnejn Jehovah. Il-​mara li hi Xhud għandha tagħmel l-​almu tagħha biex tgħin lil uliedha jifhmu l-​verità u tħalli r-​riżultat aħħari f’idejn Jehovah.

Hekk kif it-​tfal jikbru, ikollhom jiddeċiedu liema waqfa se jieħdu bbażata fuq it-​tagħrif li jkunu rċivew mingħand il-​ġenituri tagħhom. Għandhom mnejn jiddeċiedu li jaġixxu fi qbil mal-​kliem taʼ Ġesù: “Min iħobb lil missieru jew lil ommu iżjed minni ma jistħoqqlux li jkun miegħi.” (Mattew 10:37) Jiġu kmandati wkoll: “Intom it-​tfal, isimgħu mill-​ġenituri tagħkom fil-​Mulej.” (Efesin 6:1) Ħafna żgħażagħ iddeċidew li ‘jobdu lil Alla’ bħala ħakkiem minflok lil xi ġenitur li mhux Xhud, minkejja t-​tbatija li sofrew mingħand dan il-​ġenitur. Kemm ikun premjanti għall-​ġenitur li hu Xhud meta jara li wliedu ddeċidew li jaqdu lil Jehovah minkejja l-​oppożizzjoni!

[Nota taʼ taħt]

a Id-dritt legali tal-​mara li jkollha l-​libertà biex tipprattika r-​reliġjon tagħha jinkludi d-​dritt li għandha biex tattendi l-​laqgħat Kristjani. F’xi każi, ir-​raġel ma jkunx irid jieħu ħsieb it-​tfal żgħar fil-​ħin tal-​laqgħat, u għalhekk f’dawn iċ-​ċirkustanzi l-​omm li tħobb ikollha tiħodhom magħha għal-​laqgħat.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja