LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w04 2/1 pp. 2-4
  • L-Ispiritwalità u Saħħtek

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • L-Ispiritwalità u Saħħtek
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2004
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Rabta Diretta
  • Żomm il-Fidi u s-Saħħa Spiritwali Tiegħek
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1990
  • Werrej
    Stenbaħ!—2019
  • Tfittxija għall-Ispiritwalità
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2007
  • Kif Int Tistaʼ Tissodisfa l-Bżonnijiet Spiritwali Tiegħek
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2004
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2004
w04 2/1 pp. 2-4

L-​Ispiritwalità u Saħħtek

X’AKTARX li int tqattaʼ ħafna mill-​ħin tiegħek tieħu ħsieb saħħtek. Kuljum, forsi tinvesti sa tmien sigħat fl-​irqad, diversi sigħat fit-​tisjir u biex tiekol, u tmien sigħat jew iktar ix-​xogħol biex taqlaʼ x’tiekol u jkollok saqaf fuq rasek. Jekk timrad, x’aktarx li tuża l-​ħin u l-​flus biex tara tabib jew biex tħejji xi kura tradizzjonali. Int tnaddaf, tinħasel, u forsi anki tagħmel eżerċizzju regolarment, kollox għall-​ġid taʼ saħħtek.

Madankollu, li tibqaʼ f’saħħtek jinvolvi iktar milli sempliċement tieħu ħsieb il-​bżonnijiet fiżiċi tiegħek. Hemm xi ħaġa oħra li teffettwalek saħħtek b’mod qawwi. Ir-​riċerka medika wriet li s-​saħħa fiżika tiegħek għandha x’taqsam ħafna mas-​saħħa spiritwali tiegħek—l-​ispiritwalità tiegħek jew in-​nuqqas tagħha.

Rabta Diretta

“Ħafna mill-​artikli oriġinali taʼ riċerka fuq is-​suġġett sabu rabta diretta bejn spiritwalità akbar u saħħa aħjar,” jgħid il-​Professur Hedley G. Peach taʼ l-​Università taʼ Melbourne, fl-​Awstralja. Fil-​kummenti li saru dwar dawn is-​sejbiet, The Medical Journal of Australia (MJA) jgħid: “Ir-​reliġjożità ġiet marbuta wkoll maʼ . . . pressjoni iktar baxxa, inqas kolesterol . . . u anki inqas riskju taʼ kanċer fil-​musrana.”

Bl-istess mod, studju li sar fl-​Istati Uniti fl-​2002 fuq 6,545 ruħ, immexxi mill-​Università taʼ Kalifornja f’Berkeley, sab li “n-​nies li kienu jattendu servizzi reliġjużi darba fil-​ġimgħa kellhom ħafna inqas riskju li jmutu meta mqabblin maʼ dawk li kienu jattendu inqas spiss jew qatt.” Doug Oman, il-​wieħed li hu responsabbli minn dan l-​istudju u li huwa lecturer fl-​Iskola tas-​Saħħa Pubblika fl-​Università taʼ Kalifornja, f’Berkeley, qal: “Sibna din id-​differenza saħansitra wara li kkunsidrajna fatturi bħalma huma konnessjonijiet soċjali u mġiba taʼ saħħa, inkluż it-​tipjip u l-​eżerċizzju.”

Il-ġurnal MJA identifika benefiċċji oħra għal dawk li jħarsu lejn il-​ħajja b’mod spiritwali u qal: “Studji li saru fl-​Awstralja sabu stabbiltà akbar fiż-​żwieġ, inqas abbuż mill-​alkoħol u inqas użu illeċitu taʼ drogi, rati iktar baxxi taʼ suwiċidju u inqas probabbiltà li dan jiġi kunsidrat, inqas ansjetà u dipressjoni, u iktar altruiżmu fost uħud reliġjużi.” Minbarra dan, il-​ġurnal BMJ (li qabel kien magħruf bħala The British Medical Journal) jirrapporta: “Nies li għandhom twemmin spiritwali iktar b’saħħtu donnhom li jneħħu n-​niket tagħhom iktar malajr u b’mod komplet wara li jmutilhom xi ħadd qrib tagħhom milli jagħmlu nies li m’għandhomx twemmin spiritwali.”

Hemm ideat differenti dwar x’inhi l-​ispiritwalità ġenwina. Madankollu, huwa minnu li l-​qagħda spiritwali tiegħek teffettwa s-​saħħa fiżika u mentali tiegħek. Din l-​evidenza taqbel maʼ stqarrija li għamel Ġesù Kristu kważi 2,000 sena ilu. Hu qal: “Henjin dawk li huma konxji tal-​bżonn spiritwali tagħhom.” (Mattew 5:3, NW) Ladarba s-​saħħa u l-​hena tiegħek huma influwenzati mill-​qagħda spiritwali tiegħek, jagħmel sens li tistaqsi: ‘Fejn nistaʼ nsib gwida spiritwali taʼ min joqgħod fuqha? U li tkun bniedem spiritwali x’jinvolvi?’

[Sors tal-​Istampas on page 2]

Photo Credits: Page 18: Mao Tse-tung and Golda Meir: Hulton/Archive by Getty Images; Francis Ferdinand: From the book The War of the Nations; Hirohito, Lindbergh, & Einstein: U.S. National Archives photo; Stalin: U.S. Army photo; Roosevelt: Franklin D. Roosevelt Library; Churchill: The Trustees of the Imperial War Museum (MH 26392)

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja