LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w07 12/1 p. 31
  • Mistoqsijiet mill-Qarrejja

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Mistoqsijiet mill-Qarrejja
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2007
  • Materjal Simili
  • Naqdu Bħala Sajjieda tal-Bnedmin
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1992
  • Nistadu Għall-Bnedmin f’Ilmijiet Globali
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1992
  • Nuru li Aħna “Sajjieda tal-Bnedmin”
    Il-Ministeru tas-Saltna—2000
  • Ix-Xibka l-Kbira u l-Ħut X’Ifissru Għalik?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1992
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2007
w07 12/1 p. 31

Mistoqsijiet mill-​Qarrejja

Il-​Kristjani kif għandhom iħarsu lejn il-​kaċċa u s-​sajd?

Il-​Bibbja ma tikkundannax il-​kaċċa jew is-​sajd. (Dewteronomju 14:​4, 5, 9, 20; Mattew 17:27; Ġwanni 21:6) Xorta waħda, il-​Kristjani li jmorru għall-​kaċċa jew għas-​sajd għandhom bżonn jikkunsidraw diversi prinċipji Skritturali.

Alla ppermetta li Noè u d-​dixxendenti tiegħu joqtlu u jieklu l-​annimali, bil-​kundizzjoni li jiskarnawhom qabel ma jikluhom. (Ġenesi 9:​3, 4) Dan il-​kmand enfasizza li l-​ħajja taʼ l-​annimali għandha tiġi rispettata bħala li oriġinat minn Alla. Għalhekk, il-​Kristjani ma joqtlux l-​annimali sempliċement bħala delizzju jew għall-​pjaċir billi bla ħniena juru diżrispett lejn il-​ħajja.​—Proverbji 12:10.

Hemm aspett ieħor li jinvolvi l-​attitudni tagħna. L-​appostli li kienu sajjieda x’aktarx li ħassewhom sodisfatti meta kien ikollhom qabda tajba. Madankollu, m’hemm ebda indikazzjoni li huma qagħdu jiftaħru dwar kemm kienu kapaċi jistadu jew jikkaċċjaw jew li marru jistadu jew jikkaċċjaw biex jikkompetu maʼ ħaddieħor, biex juru kemm huma kuraġġużi, jew biex ikollhom l-​eċċitament li jħossu meta jsibu l-​annimal, jilħquh, u joqtluh.​—Salm 11:5; Galatin 5:​26.

B’hekk, nistgħu nistaqsu lilna nfusna: ‘Jien eżemplari f’li nuri rispett lejn il-​mod kif Ġeħova jħares lejn il-​ħajja? Huma l-​ħsieb u l-​konversazzjoni tiegħi dominati mill-​kaċċa u mis-​sajd? Il-​mod taʼ ħajti juri li l-​għaxqa tiegħi hija l-​kaċċa u s-​sajd, jew juri li jien ministru t’Alla? II-kaċċa jew is-​sajd qegħdin iwassluni biex nissieħeb mill-​qrib maʼ wħud li ma jemmnux jew iġegħluni nittraskura l-​familja tiegħi?’​—Luqa 6:​45.

Xi wħud li jikkaċċjaw jew jistadu għall-​ikel jistgħu jħossu li huma ġustifikati li jpoġġu fil-​ġenb l-​attivitajiet spiritwali matul l-​istaġuni tal-​kaċċa u tas-​sajd. Madankollu, aħna nuru l-​fidi u l-​fiduċja f’Alla meta ma nħallu xejn jieħu post il-​prijorità li nagħtu lill-​interessi tiegħu. (Mattew 6:​33) Barra minn hekk, il-​Kristjani jobdu l-​liġijiet kollha taʼ “Ċesari” rigward il-​kaċċa u s-​sajd, sew jekk l-​awtoritajiet jinforzawhom u sew jekk le.​—Mattew 22:21; Rumani 13:1.

Sabiex ikunu fi qbil mal-​ħarsa taʼ Ġeħova rigward il-​kaċċa u s-​sajd, xi wħud jistaʼ jkollhom bżonn jaġġustaw ħsibijiethom rigward il-​livelli tiegħu. (Efesin 4:​22-​24) Mill-​banda l-​oħra, aħna għandna bżonn nirrispettaw id-​deċiżjonijiet li jagħmel ħaddieħor wara li jkun ħaseb bir-​reqqa. Fi qbil maʼ dan, l-​appostlu Pawlu ta dan il-​parir: “Ħa ma niġġudikawx iktar lil xulxin, imma minflok ħa tkun din id-​deċiżjoni tagħkom: li quddiem ħukom ma tpoġġu xejn li jistaʼ jfixklu.” (Rumani 14:13) Meta nuru mħabba mhix egoista u rispett bħal dawn, aħna nkunu qed naħdmu għall-​paċi fil-​kongregazzjoni u dan jogħġob lill-​Ħallieq tagħna, is-​Sors taʼ kull ħajja.​—1 Korintin 8:13.a

[Nota taʼ taħt]

a Ara wkoll il-​“Questions From Readers” fil-​ħarġa taʼ The Watchtower tal-​15 taʼ Mejju, 1990.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja