LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w08 1/1 p. 13
  • Is-Saltna t’Alla f’Qalbek Qiegħda?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Is-Saltna t’Alla f’Qalbek Qiegħda?
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2008
  • Materjal Simili
  • Is-Saltna t’Alla hi f’qalbek?
    Mistoqsijiet Dwar il-Bibbja Mweġbin
  • Dak li Ġesù Għallem Dwar is-Saltna t’Alla
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2010
  • Profeti Foloz Illum
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1992
  • Is-Saltna t’Alla Taħkem
    Għarfien Li Jwassal Għall-Ħajja Taʼ Dejjem
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2008
w08 1/1 p. 13

Il-​Qarrejja Tagħna Jistaqsu

Is-​Saltna t’Alla f’Qalbek Qiegħda?

Ħafna llum jemmnu li t-​tweġiba għal din il-​mistoqsija hija iva. Per eżempju, The Catholic Encyclopedia tistqarr: “Is-​saltna t’Alla tfisser . . . li Alla jkun qed jaħkem fi qlubna.” Din l-​idea hija tagħlim komuni tal-​kleru. Veru li l-​Bibbja tgħallem li s-​Saltna t’Alla qiegħda fil-​qlub tal-​bnedmin?

Xi wħud jaħsbu li kien Ġesù nnifsu li ħareġ l-​ewwel darba bl-​idea li s-​Saltna t’Alla qiegħda fil-​qlub tal-​bnedmin. Huwa minnu li Ġesù qal: “Ara! Is-​saltna t’Alla qiegħda f’nofskom.” (Luqa 17:21) Xi traduzzjonijiet hawnhekk jgħidu: “Is-​saltna t’Alla hi ġo fikom.” Hija din traduzzjoni eżatta taʼ l-​espressjoni li qal Ġesù? Tassew li ried ifisser li s-​Saltna t’Alla tinsab fil-​qlub tal-​bnedmin?

L-ewwel, ikkunsidra x’inhi l-​qalb tal-​bniedem. Meta l-​Bibbja tirreferi għaliha, il-​qalb figurattiva tfisser il-​persuna ġewwinija, is-​sors tal-​ħsibijiet, l-​attitudnijiet, u s-​sentimenti taʼ persuna. L-​idea li xi ħaġa sublimi bħalma hi s-​Saltna t’Alla tkun fil-​qalb tal-​bniedem—b’tali mod li, per eżempju, tistaʼ tbiddel lin-​nies u tagħtihom qalb nobbli—forsi ddoqqlok għal widnejk, imma hija raġunevoli?

Il-Bibbja tgħidilna: “Qalb il-​bniedem kollha qerq u mħassra.” (Ġeremija 17:9) Ġesù nnifsu qal: “Minn ġewwa, mill-​qalb tal-​bnedmin, joħroġ irraġunar li jagħmel ħafna ħsara: żína, serq, qtil, adulterji, xenqiet b’għira, atti mill-​agħar.” (Marku 7:20-22) Ikkunsidra: Il-​miżerja li naraw fid-​dinja llum mhux mill-​qlub midinbin tal-​bnedmin oriġinat? Għalhekk, kif tistaʼ s-​Saltna perfetta t’Alla tiġi minn sors bħal dan? Fil-​fatt, daqskemm ix-​xewk ma jistax jipproduċi t-​tin daqshekk ieħor qalb il-​bniedem ma tistax tipproduċi s-​Saltna t’Alla.—Mattew 7:16.

It-tieni, ikkunsidra l-​udjenza li kien qed jindirizza Ġesù meta qal il-​kliem li nsibu f’Luqa 17:21. Il-​vers taʼ qabel jgħid: “Meta l-​Fariżej staqsewh meta kienet ġejja s-​saltna t’Alla, hu wieġeb u qalilhom.” (Luqa 17:20) Il-​Fariżej kienu l-​għedewwa taʼ Ġesù. Ġesù stqarr li dawk l-​ipokriti ma kinux se jidħlu fis-​Saltna t’Alla. (Mattew 23:13) Issa jekk il-​Fariżej ma kinux se jidħlu fis-​Saltna t’Alla, tistaʼ din is-​Saltna tkun fi qlubhom? Impossibbli! Mela, Ġesù x’ried ifisser?

F’xi traduzzjonijiet tal-​Bibbja li ġew tradotti b’ċerta reqqa, dan il-​kliem taʼ Ġesù ġie tradott fi kliem simili għal dak li nsibu fit-​Traduzzjoni tad-​Dinja l-​Ġdida taʼ l-​Iskrittura Griega Kristjana. Xi wħud jgħidu li s-​Saltna qiegħda “fostkom” jew “f’nofskom.” Is-​Saltna t’Alla kif kienet fost dawk in-​nies f’dak iż-​żmien, inkluż il-​Fariżej? Sewwa, Ġesù kien il-​wieħed li Alla Ġeħova ħatar biex ikun is-​Sultan taʼ dik is-​Saltna. Bħala s-​Sultan-Nominat, Ġesù kien qiegħed f’nofs dawk in-​nies. Hu għallem dwar is-​Saltna t’Alla u saħansitra għamel il-​mirakli, u b’hekk tahom dehra bil-​quddiem taʼ dak li kellha twettaq is-​Saltna. Mela, fil-​veru sens tal-​kelma, is-​Saltna kienet f’nofshom.

Jidher ċar li fl-​Iskrittura m’hemm xejn li jappoġġa l-​idea li s-​Saltna t’Alla qiegħda fil-​qlub tal-​bnedmin. Pjuttost, din fil-​fatt hi gvern, wieħed li se jġib bidliet drammatiċi fuq l-​art, sewwasew bħalma bassru l-​profeti.—Isaija 9:5, 6 [9:6, 7, NW]; Danjel 2:44.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja