LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w08 1/15 pp. 17-19
  • Huma Sebbħu Ħajjithom—Tistaʼ Int Tagħmel l-Istess?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Huma Sebbħu Ħajjithom—Tistaʼ Int Tagħmel l-Istess?
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2008
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Uża d-​Dinja, Iżda Mhux bis-​Sħiħ
  • “Inħossuna Iktar Qrib Ġeħova minn Qatt Qabel”
  • ‘Tat-​Tajjeb, Iżda Mhux Kuntenta’
  • X’Ifisser Għalik is-Suċċess?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2000
  • “Ridt Naqdi lil Alla”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2002
  • X’Tiftakar?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2008
  • Il-Barkiet tal-Ministeru Bħala Pijunier
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1997
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2008
w08 1/15 pp. 17-19

Huma Sebbħu Ħajjithom—Tistaʼ Int Tagħmel l-​Istess?

MARC, ħu fil-​Kanada, kien impjegat maʼ kumpanija li tibni sistemi taʼ robots komplikati li jintużaw minn aġenziji spazjali. Hu kien jaħdem part-time u kien jaqdi bħala pijunier regulari. Imbagħad, supervisor offra lil Marc pożizzjoni ogħla fil-​kumpanija—xogħol full-time b’paga ġmielha. X’għamel Marc?

Amy, oħt fil-​Filippini, qdiet bħala pijuniera regulari meta kienet qed ittemm l-​edukazzjoni skolastika tagħha. Wara li ggradwat, hi ġiet offruta xogħol full-time li kien jeħtieġ ħafna mill-​ħin tagħha imma li kien iħallas tajjeb ferm. X’għażla għamlet Amy?

Marc u Amy ħadu deċiżjonijiet differenti minn taʼ xulxin, u r-​riżultati taʼ l-​għażliet tagħhom juru kemm hu għaqli l-​parir mogħti lill-​Kristjani f’Korintu tal-​qedem. L-​appostlu Pawlu kiteb: “Dawk li jużaw id-​dinja [ħalli jkunu] bħal dawk li ma jużawhiex bis-​sħiħ.”—1 Kor. 7:29-31.

Uża d-​Dinja, Iżda Mhux bis-​Sħiħ

Qabel ma nsiru nafu x’sar minn Marc u Amy, ejja nikkunsidraw fil-​qosor l-​espressjoni “d-​dinja” (jew, kosmos bil-​Grieg) li uża Pawlu fl-​ittra tiegħu lill-​Korintin. F’din is-​silta tal-​Bibbja, kosmos tirreferi għas-​sistema dinjija li qed ngħixu fiha—is-​soċjetà umana kollha kemm hi—u tinkludi l-​affarijiet ordinarji li huma parti mill-​ħajja taʼ kuljum, bħall-​post fejn wieħed jgħix, l-​ikel, u l-​ilbies.a Biex niksbu dawn il-​bżonnijiet taʼ kuljum, ħafna minna jkollna naħdmu f’xogħol sekulari. Tabilħaqq, m’għandna ebda għażla oħra ħlief li nużaw id-​dinja biex inwettqu l-​obbligu Skritturali tagħna li nipprovdu għalina u għall-​familji tagħna. (1 Tim. 5:8) Madankollu, fl-​istess ħin, aħna nirrealizzaw li “d-​dinja tgħaddi u x-​xewqa tagħha wkoll.” (1 Ġw. 2:17) Għalhekk, aħna nużaw id-​dinja safejn hemm bżonn imma mhux “bis-​sħiħ.”—1 Kor. 7:31.

Imqanqlin minn dan il-​parir Bibliku biex kemm jistaʼ jkun jużaw id-​dinja b’mod limitat, għadd kbir t’aħwa rġiel u nisa eżaminaw iċ-​ċirkustanzi tagħhom, naqqsu mill-​ħin li jqattgħu fix-​xogħol sekulari, u ssimplifikaw ħajjithom. Wara li għamlu dan, huma ma damux ma skoprew li fil-​fatt ħajjithom sbieħet minħabba li issa għandhom iktar ħin xi jqattgħu mal-​familji tagħhom u fis-​servizz taʼ Ġeħova. Iktar minn hekk, il-​ħajja sempliċi tagħhom għamlithom jiddependu inqas mid-​dinja u iktar minn Ġeħova. Tistaʼ int tagħmel l-​istess—tissimplifika ħajtek sabiex tmexxi ’l quddiem l-​interessi tas-​Saltna t’Alla?—Mt. 6:19-24, 33.

“Inħossuna Iktar Qrib Ġeħova minn Qatt Qabel”

Marc, li semmejna fl-​introduzzjoni, ta kas il-​parir tal-​Bibbja li ma jużax id-​dinja bis-​sħiħ. Hu rrifjuta l-​pożizzjoni għolja li ġiet offruta lilu. Ftit ġranet wara, is-​supervisor taʼ Marc offrielu paga saħansitra ogħla biex jipperswadih ħalli jaċċetta l-​impjieg il-​ġdid. Marc jgħid: “Din kienet prova għalija, imma rġajt irrifjutajt.” Hu jispjega għala: “Jien u marti, Paula, ridna niddedikaw ħajjitna biex naqdu lil Ġeħova bl-​iktar mod sħiħ possibbli. Għalhekk, iddeċidejna li nissimplifikaw ħajjitna. Tlabna lil Ġeħova għall-​għerf biex nilħqu l-​mira tagħna u biex nimmiraw lejn data speċifika ħalli nagħmlu lilna nfusna disponibbli biex naqdu lil Ġeħova iktar bis-​sħiħ.”

Paula tgħid: “Jien kont naħdem tlett ijiem fil-​ġimgħa bħala segretarja fi sptar u kelli paga tajba. Kont naqdi wkoll bħala pijuniera regulari. Però, bħal Marc, jien ridt nagħmel lili nnifsi disponibbli biex naqdi lil Ġeħova, kien fejn kien il-​bżonn akbar għall-​proklamaturi tas-​Saltna. Madankollu, meta applikajt biex nirriżenja, is-​supervisor tiegħi qaltli li jien kont nikkwalifika għall-​pożizzjoni taʼ segretarja esekuttiva li kienet għadha kif saret disponibbli. Din il-​pożizzjoni kienet toffri l-​ogħla paga għal xogħol segretarjali fl-​isptar, imma jien żammejt mad-​deċiżjoni tiegħi li nirriżenja. Meta għedt lis-​supervisor tiegħi għala ma ridtx napplika għall-​pożizzjoni, hi faħħritni għall-​fidi tiegħi.”

Ftit wara dan, Marc u Paula rċivew inkarigu biex jaqdu bħala pijunieri speċjali f’kongregazzjoni żgħira f’territorju li jinsab f’parti iżolata tal-​Kanada. X’riżultati kellhom wara li marru jgħixu f’dan il-​post? Marc jgħid: “Wara li tlaqt xogħol stabbli finanzjarjament li kont ili fih kważi nofs ħajti, jien ħassejtni beżgħan, imma Ġeħova bierek il-​ministeru tagħna. Aħna nħossu l-​ferħ tassew kbir li jiġi milli taqsam għotjiet spiritwali m’oħrajn. Is-​servizz full-time sebbaħ ukoll iż-​żwieġ tagħna. Il-​konversazzjonijiet tagħna huma ffokati fuq dak li hu verament importanti—suġġetti spiritwali. Aħna nħossuna iktar qrib Ġeħova minn qatt qabel.” (Atti 20:35) Paula żżid: “Meta titlaq ix-​xogħol tiegħek u l-​kumdità taʼ dar tal-​familja, ikollok tpoġġi l-​fiduċja kollha tiegħek f’Ġeħova. Aħna hekk għamilna, u Ġeħova berikna. L-​għeżież aħwa fil-​kongregazzjoni l-​ġdida tagħna ġegħluna nħossuna maħbubin u bżonnjużi. L-​enerġija li kont nuża fix-​xogħol sekulari issa qed nużaha biex ngħin lin-​nies spiritwalment. Jien ferħana se ntir li qed naqdi f’dan l-​inkarigu.”

‘Tat-​Tajjeb, Iżda Mhux Kuntenta’

Amy, li semmejnieha qabel, għamlet għażla differenti. Hi aċċettat l-​impjieg prestiġjuż u full-time li ġiet offruta. Amy tgħid: “Fl-​ewwel sena, jien bqajt attiva fil-​ministeru iżda sibt li bil-​mod il-​mod ma bqajtx iffokata fuq l-​interessi tas-​Saltna f’ħajti, iżda minflok iffokajt fuq li navanza fil-​karriera tiegħi. Jien ngħatajt offerti li jħajruk biex timxi ’l quddiem fil-​karriera u bdejt nuża l-​enerġija tiegħi biex navanza għal pożizzjoni ogħla. Hekk kif bdew jiżdiedu r-​responsabbiltajiet taʼ l-​impjieg tiegħi, jien bdejt inqattaʼ inqas u inqas ħin fil-​ministeru. Maż-​żmien waqaft għalkollox mill-​ippridkar.”

Meta tħares lura lejn dan iż-​żmien, Amy tinnota: “Finanzjarjament, kont tat-​tajjeb. Kont nivvjaġġa ħafna u gawdejt il-​prestiġju li ġabet magħha l-​pożizzjoni professjonali tiegħi. Iżda, ma kontx kuntenta. Minkejja l-​flus, kelli ħafna problemi. Ma stajtx nifhem x’kien hemm ħażin. Imbagħad fl-​aħħar irrealizzajt li minħabba li kont qed naħdem għal karriera f’din id-​dinja, jien kważi ġejt ‘żvijata mill-​fidi.’ Minħabba f’hekk, eżatt bħalma tgħid il-​Kelma t’Alla, jien kont qed inbati minn ‘ħafna weġgħat.’”—1 Tim. 6:10.

X’għamlet Amy? Hi tgħid: “Tlabt lill-​anzjani biex jgħinuni nerġaʼ nikseb is-​saħħa spiritwali tiegħi u bdejt nattendi l-​laqgħat. Matul waħda mill-​għanjiet, infqajt nibki. Ftakart f’kemm kont ferħana matul il-​ħames snin li ħadt sehem fil-​ħsad bħala pijuniera, għalkemm dak iż-​żmien kont fqira materjalment. Kont naf li kelli nieqaf naħli l-​ħin niġri wara l-​flus u li kelli bżonn inpoġġi l-​ewwel l-​interessi tas-​Saltna. Aċċettajt pożizzjoni inqas importanti fuq ix-​xogħol, u dan kien ifisser li nitlef 50 fil-​mija mill-​paga tiegħi, u bdejt nieħu sehem fix-​xogħol taʼ l-​ippridkar għal darb’oħra.” Amy tgħid bil-​ferħ: “Kelli l-​ferħ li naqdi bħala pijuniera għal xi snin. Issa għad għandi sens taʼ sodisfazzjon li qatt ma ħassejt meta kont inqattaʼ l-​maġġuranza mill-​ħin tiegħi naħdem għad-​dinja.”

Tistaʼ int taġġusta ċ-​ċirkustanzi tiegħek u tissimplifika ħajtek? Jekk tuża l-​ħin li se jkollok disponibbli biex tmexxi ’l quddiem l-​interessi tas-​Saltna, int ukoll se ssebbaħ ħajtek.—Prov. 10:22.

[Nota taʼ taħt]

a Ara l-​Insight on the Scriptures, it-​2 Volum, paġni 1207-8.

[Kumment f’paġna 19]

Tistaʼ int taġġusta ċ-​ċirkustanzi tiegħek u tissimplifika ħajtek?

[Kaxxa/​Stampa f’paġna 19]

“Diġà Sirt Inħobbu!”

David, anzjan Kristjan fl-​Istati Uniti, xtaq jingħaqad maʼ martu u wliedu fis-​servizz full-time. Hu rnexxielu jirranġa għal impjieg part-time fil-​kumpanija fejn kien jaħdem u beda jaqdi bħala pijunier regulari. Sebbħitlu ħajtu din il-​bidla? Ftit xhur wara, David kiteb lil sieħbu: “M’hemm xejn li jagħtini iktar sodisfazzjon mill-​fatt li qed naqdi lil Ġeħova full-time mal-​familja tiegħi. Jien ħsibt li se ndum ftit biex nidra x-​xogħol taʼ pijunier, imma diġà sirt inħobbu! Huwa xogħol li tassew iġibli serħan.”

[Stampa f’paġna 18]

Marc u Paula fil-​ministeru

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja