Werrej
15 taʼ Marzu, 2013
© 2013 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania. Id-drittijiet kollha riservati.
EDIZZJONI GĦALL-ISTUDJU
29 T’APRIL–5 TAʼ MEJJU, 2013
Għal Dawk li Jħobbu lil Ġeħova, “M’Hemm Ebda Tfixkil”
PAĠNA 3 • GĦANJIET: 45, 32
6-12 TAʼ MEJJU, 2013
Għandek ‘Qalb li Biha Tkun Taf’ lil Ġeħova?
PAĠNA 8 • GĦANJIET: 62, 60
13-19 TAʼ MEJJU, 2013
Issa li Sirna ‘Nafu lil Alla’—X’Se Nagħmlu?
PAĠNA 13 • GĦANJIET: 81, 135
20-26 TAʼ MEJJU, 2013
Ġeħova—Il-Post Fejn Ngħammru Aħna
PAĠNA 19 • GĦANJIET: 51, 95
27 TAʼ MEJJU–2 TAʼ ĠUNJU, 2013
Onora l-Isem il-Kbir taʼ Ġeħova
PAĠNA 24 • GĦANJIET: 27, 101
ARTIKLI GĦALL-ISTUDJU
▪ Għal Dawk li Jħobbu lil Ġeħova, “M’Hemm Ebda Tfixkil”
Il-Kristjani kollha qegħdin f’tellieqa għall-premju tal-ħajja taʼ dejjem. Imma minħabba li writna d-dnub, ilkoll nitfixklu. Dan l-artiklu se jgħinna nidentifikaw ħames affarijiet li jistgħu jġegħluna nitfixklu u se jispjega kif nistgħu nevitawhom sabiex inkunu nistgħu nirbħu t-tellieqa.
▪ Għandek ‘Qalb li Biha Tkun Taf’ lil Ġeħova?
Il-ktieb taʼ Ġeremija jgħidilna ħafna dwar il-qalb. Dan l-artiklu se jgħinna naraw x’inhi ‘qalb mhix ċirkonċiża’ u kif din tistaʼ tkun taʼ periklu anki għall-Kristjani. Ukoll, kif jistaʼ jkollna ‘qalb li biha nkunu nafu’ lil Ġeħova?—Ġer. 9:26; 24:7.
▪ Issa li Sirna ‘Nafu lil Alla’—X’Se Nagħmlu?
X’passi nieħdu biex insiru nafu lil Alla u biex hu jsir jafna? Il-progress tagħna bħala Kristjani kif u għala jkompli wara li nilħqu l-maturità spiritwali? Dan l-artiklu se jgħinek twieġeb dawn il-mistoqsijiet.
▪ Ġeħova—Il-Post Fejn Ngħammru Aħna
Aħna ngħixu f’dinja li tobgħodna, imma m’għandniex għalfejn nibżgħu. Dan l-artiklu juri kif għandna l-aħjar post taʼ sigurtà fejn ngħammru—Alla tagħna Ġeħova.
▪ Onora l-Isem il-Kbir taʼ Ġeħova
Xi jfisser li tkun taf isem Alla? Xi jfisser li timxi f’dan l-isem? U Alla kif iqis lil dawk li jiddisprezzaw lil ismu? Dan l-artiklu jipprovdi t-tweġibiet.
UKOLL F’DIN IL-ĦARĠA
18 Tfarraġ u Farraġ lil Oħrajn
29 Veru li Ġużeppi Flavju Kitibha?
QOXRA: Il-Finlandja għandha kosta twila u ħafna gżejjer. Hemm ukoll eluf taʼ lagi, speċjalment fin-nofs u fil-Lvant tal-Finlandja. Xi pubblikaturi li jmorru jaqdu temporanjament fejn il-bżonn hu akbar għandhom mnejn jużaw dgħajjes biex jagħtu xhieda
IL-FINLANDJA
POPOLAZZJONI:
5,375,276
RATIO:
Xhud 1 għal kull 283 persuna
PIJUNIERI REGULARI:
1,824