LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w13 4/15 p. 32
  • Kont Taf?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Kont Taf?
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2013
  • Materjal Simili
  • Ma Ninqatgħux mil-Laqgħat Tagħna Flimkien
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2002
  • Li wieħed jiġi maqtugħ mis-sħubija hu att taʼ mħabba
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2015
  • Mistoqsijiet mill-Qarrejja
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2002
  • Fidi fil-Profeziji tal-Bibbja Tippreserva l-Ħajja
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2007
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2013
w13 4/15 p. 32

KONT TAF?

It-​tempju taʼ Ġerusalemm qatt reġaʼ nbena wara s-​sena 70 E.K.?

ĠESÙ qal li ma kinitx se titħalla ġebla fuq oħra mit-​tempju taʼ Ġeħova—profezija li twettqet meta l-​armata Rumana mmexxija minn Titu qerdet lil Ġerusalemm fis-​sena 70 E.K. (Mt. 24:2) Iktar tard, l-​Imperatur Ġuljan kellu l-​ħsieb li jerġaʼ jibni t-​tempju.

Ġuljan hu magħruf bħala l-​aħħar imperatur pagan taʼ Ruma. Dan in-​neputi taʼ Kostantinu l-​Kbir irċieva l-​hekk imsejħa edukazzjoni Kristjana. Madankollu, wara li sar imperatur fis-​sena 361 E.K., hu rrifjuta bil-​miftuħ din l-​edukazzjoni u l-​forma korrotta taʼ Kristjanità taʼ żmienu u minflok ipprefera l-​paganiżmu. Il-​kotba tal-​istorja jirreferu għalih bħala “l-​Apostata.”

Ġuljan kien jobgħodha l-​Kristjanità. Raġuni waħda setgħet kienet li meta kellu sitt snin, uħud li sostnew li huma Kristjani qatlu lil missieru u lil xi qraba oħrajn. Skont xi kittieba tal-​istorja tal-​knisja, Ġuljan inkuraġġixxa lil-​Lhud biex jerġgħu jibnu t-​tempju tagħhom għax emmen li dan kien se juri li Ġesù kien profeta falz.a

M’hemm ebda dubju li Ġuljan ried jerġaʼ jibni t-​tempju, imma m’aħniex ċerti jekk attwalment reġax beda jibnih. U jekk fil-​fatt ix-​xogħol kien bdieh, m’aħniex ċerti dwar x’ġiegħlu jwaqqfu. Madankollu, ħaġa waħda hi ċerta—Ġuljan inqatel inqas minn sentejn wara li ħa l-​poter, u t-​tempju qatt ma reġaʼ nbena.

It-​tempju kif setaʼ deher fi żmien Ġesù mqiegħed fuq is-​sit tal-​lum

a Ġesù ma qalx li t-​tempju qatt ma kien se jerġaʼ jinbena imma li kellu jinqered, u fil-​fatt hekk ġara fis-​sena 70 E.K.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja